Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Spanja

L-aħħar aġġornament: 09-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


F’ċerti każijiet, id-dewmien tal-proċeduri jista’ jirrendi ineffettiva l-protezzjoni ġudizzjali mitluba. Għalhekk, fis-sistema legali hemm stabbilita sensiela ta’ miżuri biex tiżgura l-effikaċja tad-dritt li tiegħu tkun qiegħda tintalab il-protezzjoni ġudizzjali.

Fil-leġiżlazzjoni Spanjola ma teżistix lista eżawrjenti tal-miżuri kawtelatorji li jistgħu jiġu adottati. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tgħid li wieħed jista’ jagħmel applikazzjoni fil-qorti biex jiġu adottati l-miżuri kawtelatorji li jinħtieġu biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-protezzjoni ġudizzjali li tista’ tingħata f’deċiżjoni tal-qorti (favur l-applikant) li tingħata sussegwentement. Dan jimplika li anke meta fil-bidu tkun elenkata sensiela ta’ miżuri speċifiċi, din fi kwalunkwe każ ma tkunx komprensiva. Għalhekk, anke jekk jintuża regolament proċedurali standard għall-adozzjoni tal-miżuri kollha, l-għoti tal-miżuri għall-protezzjoni ta’ dritt jista’ jvarja, fejn il-ħtieġa unika tkun il-kunsiderazzjoni li jkunu xierqa biex tinkiseb il-protezzjoni effettiva mitluba lill-qorti.



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. Kif jingħataw il-miżuri kawtelatorji? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. X’inhuma l-kriterji użati mill-qorti meta toħroġ inġunzjoni? 2.2.
3. Għan u natura tal-miżuri kawtelatorji 3.
3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi il-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri ċivili (essenzjalment il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) hija s-sors prinċipali tal-miżuri kawtelatorji, iżda ċerti miżuri huma stabbiliti f’liġijiet speċjali sostantivi.

Il-miżuri stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Artikolu 727) jinkludi dawn li ġejjin:

  1. Sekwestru tal-beni biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tas-sentenzi li jittrattaw ordni biex jiġu ttrasferiti ammonti ta’ flus jew qligħ, dħul u oġġetti funġibbli li jkunu jistgħu jiġu vvalutati fi flus billi jiġu applikati ċerti prezzijiet;
  2. Amministrazzjoni ġudizzjali jew l-għoti f’idejn riċevitur ta’ beni kapitali meta jkun hemm it-tama li tingħata sentenza li tordna li ċ-ċediment tas-sjieda, l-użufrutt jew ta’ kapaċitajiet oħra li jinvolvu interess leġittimu li tinżam jew titejjeb il-produttività, jew meta l-garanzija tal-produttività tkun ta’ interess vitali għall-effikaċja tas-sentenza li tingħata;
  3. Is-sekwestru ta’ proprjetà mobbli meta l-applikazzjoni ssir bl-iskop li tinkiseb ordni biex tiġi ttrasferita l-proprjetà fil-pussess tal-konvenut;
  4. It-tħejjija ta’ l-inventarji tal-beni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-qorti;
  5. L-applikazzjonijiet provviżorji fuq beni jew drittijiet li x’aktarx ikunu rreġistrati f’reġistri pubbliċi;
  6. Ħwejjeġ oħra mniżżla fir-reġistri fil-każijiet fejn il-pubblikazzjoni fir-reġistru tkun utli għal eżekjuzzjoni b’suċċess;
  7. Ordnijiet tal-Qorti għat-twaqqif provviżorju ta’ attività jew biex iwaqqfu temporanjament ċertu tip ta’ mġieba, jew il-projbizzjoni temporanja ta’ l-interruzzjoni jew tat-twaqqif tal-provvista ta’ servizz li jkun qiegħed jingħata;
  8. Il-qbid u l-konfiska tad-dħul miksub minn attività meqjusa bħala illegali, li l-projbizzjoni jew it-twaqqif tagħha jkun sar fl-applikazzjoni, bil-kunsinna jew il-konfiska ta’ l-ammonti mitluba bħala remunerazzjoni għall-proprjetà intellettwali;
  9. Il-konfiska temporanja tal-kopji tax-xogħlijiet jew ta’ l-oġġetti meqjusa li jkunu saru bi ksur tar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali u industrijali, kif ukoll il-konfiska tat-tagħmir użat fil-produzzjoni tagħhom;
  10. Is-sospensjoni tad-deċiżjonijiet korporattivi li kontriehom ikun sar rikors minn rikorrent jew rikorrenti li jkollhom mill-inqas 1% jew 5% tal-kapital tal-kumpanija, skond jekk il-kumpanija konvenuta tkunx harġet sigurtajiet li, fiż-żmien tar-rikors, ikunu kkwotati f’suq sekondarju rregolat.

Minbarra dawn il-miżuri, l-aħħar paragrafu ta’ l-Artikolu 727 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti lill-qrati li jieħdu miżuri oħra li ma jkunux inklużi f’dawl imsemmija aktar ‘l fuq. Il-lista għalhekk ma hijiex eżawrjenti ;

FuqFuq

  1. Miżuri oħra li, għall-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet, hemm dispożizzjonijiet għalihom fil-liġi jew li huma meqjusa meħtieġa biex jiżguraw l-effikaċja tal-protezzjoni ġudizzjali li tista’ tingħata fid-deċiżjoni (għall-applikant) li tkun trid tingħata fil-proċedimenti prinċipali.

Minbarra dan l-arranġament ġenerali, jeżistu dispożizzjonijiet oħra legali li jitrattaw miżuri kawtelatorji, li jinkludu dawn li ġejjin:

  1. Il-proċedimenti li jittrattaw il-kapaċitajiet tal-persuni. L-Artikolu 726 tal-Kodiċi Ċivili jippermetti lill-qrati li jadottaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull miżura li jqisu meħtieġa għall-protezzjoni xierqa tal-persuna li titqies inkapaċi jew tal-proprjetà tagħha;
  2. Il-proċedimenti li jittrattaw il-filjazzjoni, il-paternità u l-maternità. L-Artikolu 768 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fih il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuna u tal-beni ta’ min ikun suġġett għall-awtorità tal-persuna li tidher bħala ġenitur, u l-għoti tal-manteniment provviżorju lill-attur, anke mingħajr seduta preliminarja f’każ urġenti;
  3. Il-protezzjoni tal-beni tal-mejjet. Iż-żamma tal-beni fis-suċċessjoni u tad-dokumenti tal-mejjet tista’ tingħata, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-beni kollha tal-mejjet u l-verifika tal-qraba tiegħu, fost miżuri oħra (l-Artikoli 790 sa 796 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
  4. Id-Dispożizzjonijiet Finali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fihom il-miżuri li huma applikabbli f’każijiet speċifiċi rregolati permezz ta’ liġijiet speċjali bħas-sekwestru tat-tagħmir, ta’ l-apparat u tal-materjali fi proċedimenti marbuta mal-proprjetà intellettwali (It-Tieni Dispożizzjoni Finali) u l-brevetti (Il-Ħames Dispożizzjoni Finali).

2. Kif jingħataw il-miżuri kawtelatorji?

2.1. Il-proċedura

Il-miżuri jingħataw minn dak il-ġudikant kompetenti skond il-kwistjoni u t-territorju, u li jkun qiegħed jisma’ l-każ jew, jekk il-proċedimenti ma jkunux għadhom inbdew, dak li jkollu l-kompetenza li jagħmel dan.

FuqFuq

Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jintalbu qabel ma tiġi ppreżentata applikazzjoni bil-kondizzjoni li ma jkunx impossibbli li jingħataw minħabba n-natura tagħhom (per eżempju fil-każ ta’ applikazzjonijiet), jew bil-kondizzjoni li l-liġi ma tkunx teħtieġ li jintalbu flimkien ma’ l-applikazzjoni (bħal fil-każ tal-twaqqif ta’ l-attivitajiet ipprojbiti jew tas-sospensjoni tad-deċiżjonijiet kollettivi fil-każijiet li jinvolvu kwistjonijet fuq proprjetà f’condominium). Minħabba n-natura eċċezzjonali tagħhom (peress li l-ħaġa normali li ssir hija li l-miżuri jiġu inklużi fl-applikazzjoni nnifisha), irid ikun hemm kemm l-element ta’ l-urġenza kif ukoll tal-ħtieġa fl-istess ħin. Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu adottati mingħajr ma tinstema’ l-persuna li tkun il-parti l-oħra fil-proċedimenti sussegwenti (mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-oġġezzjoni għall-miżuri ladarba jingħataw), għalkemm ma jkunux effettivi jekk, fi żmien għoxrin jum wara li ngħataw, l-applikazzjoni li tikkorrespondi ma tiġix ippreżentata.

Iżda, kif diġà ssemma’, miżuri bħal dawn spiss jintalbu fl-istess ħin li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u f’dan il-każ, il-ġudikant jew il-qorti tordna l-ftuħ ta’ proċedimenti separati li jsiru fl-istess ħin li jinstema’ l-każ prinċipali u li matulhom tinstema’ x-xhieda bħala prova tal-ħtieġa li l-miżuri jingħataw fl-istess ħin. Ir-regola ġenerali hija li, qabel ma jiġu adottati l-miżuri kawtelatorji, il-partijiet jissejħu għal seduta quddiem il-qorti li matulha ssir l-argumetazzjoni u tinstema’ l-evidenza li titqies li tkun relevanti għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi adottata miżura kawtelatorja, irrispettivament mil-miżura kkonċernata, jew, fejn ikun xieraq, id-deċiżjoni biex tinkiseb garanzija mill-parti li tkun qiegħda titlob li tingħata l-miżura kawtelatorja fil-każ li sussegwentement l-applikazzjoni ma tintlaqax. Minkejja dan, il-parti li titlob il-miżura tista’ titlob li din tiġi adottata mingħajr ma tinstema’ l-parti l-oħra meta dan ikun iġġustifikat fuq il-bażi ta’ l-urġenza jew jekk seduta tista’ tikkomprometti l-għan tal-miżura (jekk, per eżempju, jkun hemm riskju ta’ ħabi jew ta’ tixrid tal-beni tad-debitur). F’dan il-każ, ladarba l-miżura tiġi adottata, il-parti offiża tista’ tikkontestaha.

FuqFuq

Il-miżuri jistgħu ukoll jintalbu wara li ssir l-applikazzjoni jew matul il-fażi ta’ l-appell, għalkemm din il-petizzjoni trid tkun ibbażata fuq fatti u ċirkustanżi li jiġġustifikaw li titnalab f’dan il-mument.

L-avukati (lawyer u solicitor) huma meħtieġa biex japplikaw għall-adozzjoni tal-miżuri kawtelatorji f’dawk il-proċedimenti fejn l-involviment ta’ dawn il-professjonisti jkun jenħtieġ. Ir-rappreżentazzjoni legali ma hijiex meħtieġa fil-każ tal-miżuri li jintalbu qabel ma ssir l-applikazzjoni.

2.2. X’inhuma l-kriterji użati mill-qorti meta toħroġ inġunzjoni?

Biex qorti tagħti l-miżuri msemmija hawn fuq, iridu jiġu sodisfatti dawn il-ħtiġiet:

  1. Riskju ta’ ħsara minħabba li jgħaddi ż-żmien jew periculum in mora. Dan jinkludi r-riskju ta’ ħsara li l-attur jista’ jbati minħabba d-dewmien fil-proċedimenti, li jista’ jimpedixxi l-eżekuzzjoni ta’ dak li jingħata fis-sentenza jew fid-deċiżjoni fl-għeluq tal-proċedimenti. Il-parti li titlob il-miżura trid tipprova li, fil-każ ikkonċernat, jekk il-miżuri mitluba ma jingħatawx, jistgħu jiżviluppaw sitwazzjonijiet waqt il-proċedimenti li jfixklu jew idgħajjfu l-effikaċja tal-protezzjoni li tkun tista’ tingħata bid-deċiżjoni (favur l-attur). Fi kwalunkwe każ, il-miżura ma għandhiex tingħata jekk l-attur ikun ilu jbati mis-sitwazzjoni li tikkawża r-riskju għal żmien twil, ħlief fejn ikun hemm raġuni biżżejjed għalfejn il-miżura ma kienetx intalbet minn qabel.
  2. Każ prima facie jew fumus boni iuris. L-attur irid jipprovdi lill-qorti bir-raġunuijiet li jgħinuha tifforma opinjoni peliminari li l-applikazzjoni tkun konformi mal-liġi. Din il-ħtieġa tfisser li l-attur irid jagħti d-dettalji, l-argumenti u d-dokumenti ġustifikattivi li jwasslu l-qorti, mingħajr preġudizzju għall-merti tal-każ (minħabba li fi Spanja il-miżuri kawtelatorji jiġu adottati mill-istess qorti li aktar tard tiddeċiedi l-każ), biex tagħti opinjoni provviżorja jew indikattiva favur il-punti prinċipali ta’ l-applikazzjoni. Barra mix-xhieda dokumentarja, jiġu aċċettati forom oħra ta’ evidenza (xhieda, esperti, dikjarazzjonijiet mill-partijiet, eċċ.);
  3. Sigurtà. Ħlief għal meta jkun meħtieġ mod ieħor, l-applikant li jitlob li tiġi applikata miżura jrid jiddepożita sigurtà suffiċjenti biex ikopri l-danni li l-miżura kawtelatorja tista’ tagħmel lill-beni tal-konvenut. L-ammont jiġi ddeterminat mill-qorti wara li tqis: (a) in-natura u l-kontenut tat-talba; (b) il-valutazzjoni li tagħmel mill-punti fudnamentali fl-applikazzjoni għall-miżura; u (ċ) ir-raġunijiet jew il-bażi ta’ kemm ikunu xierqa jew suffiċjenti meta mqabbla ma’ l-ammont tad-danni li l-miżuri stess jistgħu joħolqu;
  4. Proporzjonalità. Din il-ħtieġa mhix imniżżla b’mod espliċitu fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, iżda l-kummentaturi legali is-soltu jqisuha kumplementari għall-ħtiġiet imsemmija qabel peress li l-qrati ma jagħtux miżura jekk ma tkunx strettament meħtieġa biex jintlaħaq l-għan tal-proċedimenti li għalihom tkun meħtieġa l-protezzjoni kawtelatorja. Dan joħroġ mill-prinċipji demokratiċi u l-prinċipju ta’ l-indħil minimu fil-libertà ta’ l-individwu li jirregolaw is-sistema legali sħiħa u huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni.

3. Għan u natura tal-miżuri kawtelatorji

L-għan ta’ l-adozzjoni ta’ miżura kawtelatorja huwa li tiġi ttrattat jew li jittieħed ħsieb ta’ l-eventwalità li waqt il-proċediment preżenti u futuri, il-konvenut jista’ jiġi obbligat li jew ma jkomplix iwettaq ċerti atti jew li jwettaq oħrajn fejn jidħlu l-beni tiegħu. Dan, għalhekk, huwa pass biex ma jħallix lill-konvenut iwettaq ċerti atti li ma jħallux beni jew tad-drittijiet jidħlu fil-proprjetà tiegħu, li jikkaġunaw jew li jippermettu li jsir dannu għall-beni u li jwasslu biex jonqos li jqiegħed ċerti beni fil-kustodja tal-qorti, u b’hekk tinħoloq sitwazzjoni fejn ma jkunx jistgħu jiġu ssaldjati d-djun sabiex deċiżjoni eventwali ma tkunx tista’ tiġi eżegwita b’mod effikaċi.

FuqFuq

Fil-leġiżlazzjoni Spanjola, il-miżuri kawtelatorji huma ġudizzjali fin-natura tagħhom minħabba li jistgħu jiġu adottati biss mill-qrati. Ma jistgħux jiġu adottati minn medjaturi jew arbitri; ma jikkostitwixxux sensiela speċifika u eżawrjenti ta’ miżuri; għandhom natura dispożittiva (jistgħu jiġu adottati biss jekk jintalbu minn parti); jittrattaw il-proprjetà fis-sens li jaffettwaw il-beni u d-drittijiet tal-konvenut; l-għan tagħhom huwa li deċiżjoni eventwali tkun tista tiġi eżegwita b’mod effikaċi (favur l-applikant); u fl-aħħar huma strumentali fir-rigward tad-deċiżjoni li jkollha tingħata fil-proċedimenti prinċipali.

Jistgħu jiġu adottati fir-rigward tal-beni kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli. Ma jikkonċernawx biss il-proprjetà fis-sens li l-miżuri li jillimitaw id-drittijiet personali jistgħu jiġu adottati fuq bażi kawtelatorja.

L-ordnijiet u l-projbizzjonijiet, li jinvolvu l-miżuri li jikkonsistu f’li jħallu jew ma jħallux li ssir xi ħaġa, jistgħu jiġu adottati.

3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom?
  1. Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jikkonċernaw beni tanġibbli u speċifiċi, speċjalment dawk li jkunu jistgħu jitkejlu fi flus, bħal dħul mill-bejgħ ta’ oġġetti.

    Jista’ jintalab li jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq dawn il-beni, fejn jinkiseb dritt ta’ pretensjoni li jiġi mill-obbligu ġenerali li fih l-oġġetti dovuti ma jingħaddux individwalment iżda jitqiesu f’somma speċifika li tkun tista’ tiġi vvalutata fi flus permezz ta’ operazzjonijiet matematiċi sempliċi.

    FuqFuq

    Il-beni mobbli konkreti jistgħu jiġu ssekwestrati u mogħtija lil persuna depożitarja, li tinħatar mill-ġudikant fuq il-bażi li tkun il-persuna xierqa fiċ-ċirkustanzi.

    Teżisti wkoll il-possibbiltà ta’ qbid, kunsinna u konfiska ta’ l-ammonti, fejn hemm distinzjoni bejn il-qbid u l-konfiska tad-dħul minn attività illegali u d-dħul minn attivitajiet awtorizzati bħal dak li jiġi minn proprjetà intellettwali.

  2. Grupp ieħor ta’ miżuri li jistgħu jiġu adottati jittrattaw atti li jistgħu jiġu awtorizzati mill-ġudikant b’rabta ma’ pretensjoni mitluba fl-applikazzjoni li ma tirriferix għall-beni ddefiniti b’mod speċifiku.

    Dan jinkludi l-possibbiltà ta’ l-amministrazzjoni ġudizzjali jew ta’ l-għoti fidejn riċevitur tal-beni kapitali fil-każ ta’ talba għaċ-ċediment tas-sjieda, l-użufrutt jew ta’ kapaċitajiet oħra li jinvolvu interess leġittimu.

    Jista’ jintalab ukoll inventarju tal-beni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-qorti.

    Tista’ ssir applikazzjoni rreġistrata provviżorjament meta din tkun tirreferi għall-beni jew għad-drittijiet li x’aktarx ikunu mniżżla fir-reġistri pubbliċi jew ħwejjeġ oħra mniżżla fir-reġistri fejn il-pubbliċità tkun utli għall-għan ta’ l-operazzjoni.

    Fl-aħħar, ordni tal-qorti trid tinħareġ għat-twaqqif temporanju ta’ attività, għat-twaqqif temporanju milli titwettaq xi ħaġa , jew għall-projbizzjoni temporanja ta’ l-interruzzjoni jew għat-twaqqif tal-provvista ta’ servizz li jkun qiegħed jingħata

  3. L-aħħar grupp ta’ affarijiet li l-inġunzjonijiet jistgħu japplikaw għalihom jikkonċernaw il-materjali u l-kampjuni li jaqgħu taħt is-sistema ta’ l-esklussività (sekwestru ġudizzjali jew konfiska ta’ ħwejjeġ użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti li jiġġeneraw id-drittijiet industrijali u intellettwali).

    FuqFuq

    Id-deċiżjonijiet korporattivi ta’ kwalunkwe tip ta’ kumpanija involuta fil-kummerċ jistgħu ukoll jiġu sospiżi.

  4. Fl-aħħar, huwa possibbli skond l-liġi Spanjola li jiġu adottati sensiela ta’ miżuri mhux determinati li jipproteġu d-drittijiet imħarsa bil-liġijiet jew li huma meqjusa meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjali. Ma humiex speċifikati dawk l-affarijiet li għalihom jistgħu jiġu applikati dawn il-miżuri; jistgħu ikunu ta’ kull tip sakemm ikun jenħtieġu.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?
  1. Bil-mandat ta’ sekwestru fuq oġġetti, flus, u dħul li jistgħu jingħaddu, l-għan huwa li tiġi żgurata, permezz tal-miżura, l-eżistenza ta’ somma żejda biex ikopru l-ispejjeż tas-sentenza miksuba kontra l-konvenut, speċjalment fil-każijiet fejn il-konvenut ma jimxix min jeddu skond is-sentenza mogħtija.
  2. Il-konfiska tal-proprjetà mobbli tista’ ssir biss meta l-applikazzjoni tkun għaċ-ċediment ta’ oġġett speċifiku fil-pussess stal-konvenut.
  3. L-amministrazzjoni ġudizzjali jew l-għoti lil riċevitur huwa maħsub biex jissalvagwardja b’mod partikulari il-beni kapitali produttivi, li jevitaw li jkun hemm amministrazzjoni ineffiċjenti li twassal għal nuqqas jew għal telf tad-dħul mill-produzzjoni.
  4. It-tqegħid tal-beni kapitali f’idejn l-amministraturi tinvolvi kontroll ġudizzjali iżda ma tneħħix id-dritt tal-konvenut li jimmaniġġa hu. Madankollu, l-għoti f’idejn ta’ riċevitur huwa pass aktar fil-fond, fejn ir-riċevitur jieħu post il-konvenut bħala maniġer.
  5. Il-petizzjoni biex jiġu stabbiliti l-inventarji tista’ tingħata f’kull tip ta’ proċedura, irrispettivament mill-pretensjoni, fejn il-ħtieġa unika tkun li l-inventarju jkun meħtieġ sabiex tkun tista’ tingħata s-sentenza (favur l-applikant). Il-ġudikant irid jistabilixxi b’mod ċar id-dettalji li jrid ikun fih l-inventarju u kif ikunu jridu jsiru.
  6. L-effetti ta’ l-applikazzjoni provviżorja testendi għas-sitwazzjoni tal-proċedura marbuta mal-proċedimenti li għalihom ikunu ngħataw. L-għan tagħhom huwa s-sospensjoni tal-protezzjoni mogħtija min-natura pubblika tar-reġistri u taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni, sabiex is-sid tal-beni jew tad-dritt irreġistrat fir-reġistu jkun jista’ jbiegħu, iżda t-terza parti ma tistax tallega li ma kenitx taf dwar xiex saret l-applikazzjoni provviżorja, li taffettwaha. L-applikazzjonijiet provviżorji jistgħu jingħataw f’kull tip ta’ proċedura fejn il-protezzjoni tista’ tinkiseb f’kull reġistru pubbliku, bħal-fil-każ tar-reġistri tal-proprjetà u tal-kummerċ.
  7. Limitazzjonijet taż-żmien fuq l-azzjoni tal-konvenut. Dawn huma rregolati permezz ta’ diversi liġijiet, u għalhekk dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti f’dawn il-liġijiet. L-effetti jinkludu ordni biex twaqqaf provviżprjament l-attività li tkun qiegħda ssir mill-konvenut, ordni biex jieqaf temporanjament minn forma speċifika ta’ mġieba jew prjbizzjoni fuq il-waqfien jew l-interruzzjoni tal-provvista ta’ servizz li jkun qiegħed jingħata.
  8. Qbid, kunsinna u konfiska ta’ l-ammonti. Din hija ovvjament miżura protettiva u tikkostitwixxi inġunzjoni preventiva billi jiġi żgurat it-twettiq ta’ talba għal ammont speċifiku ta’ flus. Din il-miżura tintuża biex jinqabad jew jiġi kkonfiskat id-dħul minn attività illegali. Il-miżura ma tistax tinqasam, u għalhekk jeħtieġ li jiġi awtorizzat kemm il-qbid kif ukoll il-konfiska. Jekk tkun tenħtieġ jew miżura jew oħra, il-miżuri ġeneriċi analizzata hawn fuq għandhom jintużaw. Għan ieħor ta’ din il-miżura jista’ jkun il-kunsinna jew il-konfiska ta’ l-ammonti mitluba bħala remunerazzjoni għall-proprjetà intellettwali. Din tikkonċerna d-dritt ta’ l-awturi li jiġbru ammonti ta’ flus għal xogħolhom li jkun jikkonsisti f’sehem proporzjonali tad-dħul iġġenerat mid-diversi spettakli pubbliċi rikonoxxuti fil-Liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali.
  9. Depożitu ta’ materjal u ta’ kampjuni taħt is-sistema ta’ l-esklussività. Din hija miżura kawtelatorja li għandha l-oriġini tagħha fil-protezzjoni tad-drittijiet esklussivi mogħtija mil-liġijiet speċjali dwar il-proprjetà industrijali u intellettwali lill-proprjetarji tad-drittijiet. Dan huwa sekwestru ġudizzjali bl-ispeċifikazzjoni ta’ l-oġġett ikkonċernat – il-kampjuni jew il-materjal meħtieġa għall-produzzjoni tal-ħwejjeġ koperti bid-drittijiet esklussivi.
  10. Sospensjoni tad-deċiżjonijiet korporattivi. Din il-miżura hija speċjali minħabba l-leġittimità li tenħtieġ għal meta ssir l-applikazzjoni għaliha, jew 1% tal-kapital tal-kumpanija jekk il-kumpanija tkun ħarġet l-ishma li f’dak iż-żmien li jkun sar ir-rikors kontra d-deċiżjoni kienu kkwotati f’suq sekondaru rregolat, jew 5% tal-kapital tal-kumpanija jekk ma jkunx il-każ. Dan japplika għall-kumpaniji kummerċjali kollha.
3.3. X’inhi il-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji ġeneralment jiġu adottati wara li jinstema’ l-konvenut. Jekk l-applikant jitlob u jipprovdi evidenza li l-kwistjoni hija urġenti, il-ġudikant jista’ jawtorizzahom fi żmien ħamest ijiem, mingħajr proċeduri addizzjonali u mingħajr ma jinstema’ l-konvenut. Ladarba il-miżuri jiġu adottati, jistgħu jiġu mmodifikati jekk jiġu ppreżentati u ppruvati fatti u ċirkustanzi li ma jkunux tqisu meta l-miżuri ġew adottati jew fil-perjodu stabbilit biex tintalab it-tneħħija tal-miżura.

FuqFuq

Jekk is-sentenza ma tinqatax favur l-applikant, il-ġudikant irid jordna immedjatament it-tneħħija tal-miżura, jekk ma jkunx meħtieġ mod ieħor skond iċ-ċirkustanzi tal-każ, u b’żieda tal-garanzija ddepożitata.

Fil-każ ta’ sentenza li tinqata’ parzjalment favur l-applikant, il-ġudikant jisma’ n-naħa l-oħra u jiddeċiedi jekk ineħħix jew iħallix il-miżura.

Jekk iċ-ċaħda tat-talba tiġi kkonfermata ladarba tkun ħarġet id-deċiżjoni finali, il-miżuri jitneħħew awtomatikament u l-parti affetwata bihom tista’ tibda azzjoni għad-danni (l-istess jiġri fil-każ li l-attur jabbanduna l-azzjoni jew iwaqqa’ l-applikazzjoni).

Każ ieħor li fih jistgħu jinbidlu l-miżuri kawtelatorji huwa meta l-miżura titbalab qabel l-applikazzjoni u tiġi adottata qabel ma jinstema’ l-konvenut. F’dan il-każ, jekk l-applikant ma jikkonformax mal-limitu taż-żmien stabbilit ta’ għoxrin ġurnata biex fihom jippreżenta l-applikazzjoni, il-miżura trid titneħħa immedjatament u d-danni jitħallsu lill-konvenut, u l-ispejjeż legali għandhom jitħallsu mill-applikant.

Ma tistax tinżamm miżura wkoll,  jekk il-proċedimenti jkunu sospiżi għal aktar minn sitt xhur minħabba raġuni attribwibbli lill-applikant.

Meta deċiżjonji tiġi eżegwita provviżorjament, kull miżura li setgħet ingħatat fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni inizjali trid titneħħa u tiġi sostitwita b’miżuri eżegwibbli, sabiex tibidel in-natura tal-miżuri kawtelatorji adottati oriġinarjament.

Fl-aħħar, il-konvenut jista’ jitlob lill-qorti li tissostitwixxi l-miżura kawtelatorja ordnata b’sigurtà suffiċjenti li tiggarantixxi il-konformità effettiva mad-deċiżjoni tal-qorti. Il-ġudikant li jadotta l-miżura huwa kompetenti biex jagħmel dan. Huwa jistabbilixxi s-sigurtà li trid tiġi pprovduta fi flus attwali jew f’forma ta’ garanzija.

FuqFuq

4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura?

Ir-regoli tal-proċedura jipprovdu għall-possibbiltà ta’ appell lill-qorti ogħla.

Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni li tkun awtorizzat il-miżura, iżda dan ma jkollux effett li jissospendiha. Jista’ wkoll isir appell kontra d-deċiżjoni li tkun warrbet il-miżura.

Flimkien mal-possibbiltà ta’ l-appell, l-applikant jista fi kwalunkwe każ jippreżenta it-talba tiegħu mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fiż-żmien tal-petizzjoni inizjali tiegħu.

Ebda appell ma jista’ jsir kontra deċiżjoni li tawtorizza miżura kawtelatorja li tkun inħarġet mingħajr ma jkun instema’ l-konvenut minħabba li, f’dan il-każ, il-proċedura li għandha tiġi segwita hija l-proċedura ta’ oppożizzjoni, li tiġi ttrattata mill-ġudikant li adotta l-miżura kawtelatorja. Il-konvenut jista’ jibda l-proċedimenti ta’ l-appell, mingħajr effett ta’ sospensjoni, kontra deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tiegħu. L-applikant għandu l-istess dritt ta’ l-appell fejn l-oppożizzjoni tkun milqugħa b’mod sħiħ jew parzjali.

Għall-kuntrarju, ebda appell ma jista’ jsir meta s-sigurtà tiġi aċċettata jew imwarrba.

Il-perparazzjoni u l-fażijiet ta’ proċedura ta’ l-appell ma humiex sostanzjalment differenti mir-regoli ġenerali. Għalhekk, il-ħsieb li jsir appell jiġi ddikjarat bil-kitba f’dokument perparatorju ppreżentat lill-istess korp li jkun ta d-deċiżjoni li kontrieha jkun sejjer isir l-appell fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika tad-deċiżjoni. Fil-każ ta’ diversi appellanti, il-limitu taż-żmien jiġi kkalkulat individwalment. Il-ħsieb li jsir appell kontra d-deċiżjoni li tiqies bħala preġudizzjali jrid jitniżżel f’dan id-dokument. Wara dan, il-ġudikant jiċċekkja biex jiżgura li l-limitu taż-żmien ikun ġie osservat u li jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni. Jekk dan ikun il-każ, huwa jinforma lill-appellant li fi żmien għoxrin ġuranata, huwa għandu jippreżenta applikazzjoni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ l-appell. F’din l-applikazzjoni, huwa għandu jiddikjara, bl-argumenti meħtieġa, ir-raġunijiet ta’ forma u ta’ sustanza li huwa jqis li jkunu offiżi bid-deċiżjoni. Din l-applikazzjoni tintbagħat lill-partijiet l-oħra li, fi żmien għaxart ijiem, iridu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub fejn joġġezzjonaw għall-appell jew jikkontestaw id-deċiżjoni fuq xi punt li huma jqisu li jkun preġudizzjali għalihom. Fiż-żewġ każijiet, id-dikjarazzjoni jrid ikun fiha l-bażi u r-raġunijiet. Ladarba dawn l-argumenti jkunu ġew ippreżentati, id-dokumenti jingħataw lil qorti ogħla u l-partijiet jitħarrku biex jidhru quddiemha.

Kif issemma aktar ‘il fuq, il-bidu tal-proċedimenti matul il-proċedura ta’ l-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji ma jkollux l-effett li jissospendihom, fi kliem ieħor, il-ġudikant ikompli jawtorizza kull miżura li jqis meħtieġa biex jiżgura li l-miżura kawtelatorja tiġi adottata’

Il-proċedimenti bħal dawn jiġu ttrattati b’mod preferenzjali mill-qorti ta’ l-appell, u d-dati għad-deliberazzjoni, għall-vot u għall-qtugħ tas-sentenza jingħataw mill-aktar fis possibbli.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit