Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 14-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. F’liema kondizzjonijiet għandhom jittieħdu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi. 2.2.
3. L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri? 3.
3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi il-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-miżuri provviżorji huma miżuri kawtelatorji li huma limitati fiż-żmien u maħsuba biex jew jippreżervaw l-istatus quo jew jistabbilixxu sitwazzjoni ġdida u provviżorja sabiex jippermettu li tiġi eżegwiti b’suċċess il-pretensjonijet ta’ kreditur fi żmien aktar tard (miżuri ta’ natura protettiva), jew biex jiġu evitati konsegwenzi serji u ta’ ħsara u t-theddida ta’ vjolenza (miżuri ta’ natura regolatorja).

B’konformità ma’ l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi fi Kwisjonijiet Ċivili u l-Att dwar it-Talbiet ta’ l-Assigurazzjoni (Zakon o izvršbi in zavarovanju – Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika ta’ l-Islovenja, Nru 51/98 et seq.), il-miżuri provviżorji jistgħu jinqasmu f’miżuri biex jissalvagwardjaw il-pretensjonijiet għall-flus u miżuri biex jissalvagwardjaw il-pretensjonijiet li ma humiex ta’ natura ta’ flus.

Il-miżuri provviżorji biex jissalvagwardjaw il-pretensjonijiet għall-flus jinkludu l-miżuri kollha li jistgħu jintużaw biex jintlaħaq dan il-għan u li, fir-rigward tiegħu, huma ta’ natura purament protettiva. Bħala eżempju, l-Att isemmi dawn it-tipi differenti ta’ miżuri provviżorji biex jiġu ssalvagwardjati l-pretensjonijet għall-flus:

  1. miżura li żżomm lil debitur milli jagħmel użu liberu mill-proprjetà mobbli tiegħu, u li tordna li din il-proprjetà tinżamm fiż-żgur;
  2. miżura li żżomm lil debitur milli jittrasferixxi jew li jipoteka l-proprjetà immobbli tiegħu jew id-drittijiet in rem għall-proprjetà li huma rreġistrati f’ismu, u din il-projbizzjoni tkun irreġistrata fir-reġistru ta’ l-artijiet;
  3. miżura li żżomm lil debitur tad-debitur milli jifdi talbiet magħmula lilu jew li jgħaddi proprjetà lid-debitur u li żżomm lid-debitur milli jilqa’ proprjetà, jiġbor dak li jkun talab jew li jagħmel użu liberu minn dak li jkun irċieva f’dan ir-rigward;
  4. istruzzjoni lil organizzazzjoni li xogħolha jinvolvi t-tranżazzjonjijiet tal-ħlas biex tirrifjuta ħlasijiet mill-kont tad-debitur lid-debitur jew lill-persuna oħra fuq struzzjonijiet tad-debitur tas-somma ta’ flus li fuqha tkun ittieħdet il-miżura.

Il-miżuri biex jissalvagwardjaw il-pretensjonijiet li m’humiex ta’ natura ta’ flus jinkludu l-miżuri kollha li jistgħu jintużaw biex jintlaħaq dan il-għan u li, fir-rigward tiegħu, huma ta’ natura protettiva jew regolatorja. Bħala eżempju, l-Att isemmi dawn it-tipi differenti ta’ miżuri provviżorji biex jiġu ssalvagwardjati l-pretensjonijiet li ma humiex ta’ natura ta’ flus:

FuqFuq

  1. miżura li żżomm it-trasferiment jew l-ipoteka ta’ proprjetà mobbli li fuqha jkun hemm pretensjoni u li tordna li din il-proprjetà tinżamm fiż-żgur;
  2. miżura li żżomm lil debitur milli jittrasferixxi jew li jipoteka l-proprjetà immobbli tiegħu, li fuqha jkun hemm pretensjoni, u din il-projbizzjoni tkun irreġistrata fir-reġistru ta’ l-artijiet;
  3. miżura li żżomm lil debitur milli jagħmel xi ħaġa li tista’ tikkaġuna dannu lill-kreditur jew li żżommu milli jibdel xi ħaġa fil-proprjetà li fuqha jkun hemm pretensjoni u li timponi multa fil-każ li tinkiser din il-projbizzjoni;
  4. miżura li żżomm lil debitur tad-debitur milli jgħaddi lil ta’ l-aħħar il-proprjetà li fuqha jkun hemm pretensjoni;
  5. ħlas bħala kumpens ta’ salarju mitluf lil impjegat waqt li kwistjoni tkun għadha għaddejja fuq il-legalità ta’ deċiżjoni tat-tmiem ta’ l-impjieg tiegħu, fejn dan il-kumpens ikun meħtieġ biex imantni lill-impjegat u l-persuni li huwa marbut legalment li jmantni.

2. F’liema kondizzjonijiet għandhom jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1. Il-proċedura
Dejjem meħtieġ li jsir rikors lil qorti għal ordni li tordna l-miżura?

Il-qrati biss għandhom is-setgħa li jagħmlu l-miżuri provviżorji.

Liema hija l-qorti kompetenti biex tordna miżura bħal din?

Fil-każ li l-proposta għal miżura provviżorja tkun ippreżentata waqt il-proċedimenti tal-qorti, is-setgħa li tordna dawn il-miżuri tkun tal-qorti lokali li quddiemha jkunu nġabu l-proċedimenti.

FuqFuq

Madankollu, jekk il-proposta għal miżura provviżorja tkun ippreżentata qabel ma jittieħdu l-passi legali bil-qorti, id-deċiżjoni dwar dik il-proposta tkun affari tal-qorti lokali li kienet kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-proposta ta’ l-eżekuzzjoni. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, il-kwistjoni ta’ liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni lokali biex tagħmel miżuri provviżorji tiddependi mill-oġġett li jkun irid jiġi ssalvagwardjat. Fil-każ ta’ proprjetà mobbli, il-ġuriżdizzjoni lokali tkun tal-qorti li teżegwixxi l-miżura li fit-territorju tagħha tkun tinsab il-proprjetà kkonċernata jew li fit-territorju tagħha d-debitur ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu. Fil-każ ta’ pretensjonijiet għal flus, għal siguratajiet intanġibbli jew drittijiet oħra ta’ proprjetà li jkunu jappartjenu lid-debitur, il-ġuriżdizzjoni ġeneralment tkun tal-qorti li fit-territorju tagħha d-debitur ikun stabbilit jew fejn ikollu r-residenza permanenti tiegħu. Fil-każ ta’ ishma f’kumpanija, il-ġuriżdizzjoni lokali tkun tal-qorti li fit-territorju tagħha l-kumpanija jkollha l-uffiċċju rreġsitrat tagħha. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-ġuriżdizzjoni lokali tkun tal-qorti li fit-territorju tagħha tkun tinstab il-proprjetà.

Irid bilfors ikun hemm rappreżentazzjoni bl-avukat?

Le.

X’inhu r-rwol ta’ l-intermedjarji bħall-aġenti ta’ l-eżekuzzjoni u l-marixxalli?

Ir-rwol ta’ l-aġenti ta’ l-eżekuzzjoni fil-proċedura huwa li jieħdu l-azzjoni diretta biex jiżguraw il-proprjetà mobbli ( per eżempju, li jiħduha biex iżommuha fiż-żgur jew li jħejju inventarju) jew jiżguraw li d-debitur jagħmel ċerti azzjonijiet jew servizzi.

FuqFuq

Jekk jogħġbok agħti skala ta’ l-ispejjeż għal kull miżura.

L-ispejjeż għall-ħruġ ta’ kull tip ta’ miżura provviżorja tikkonsisti fid-drittijiet tal-qorti u l-ħlas għax-xogħol ta’ l-uffiċjal eżekuttiv (jekk il-miżura tkun tikkonċerna proprjetà mobbli jew tkun teħtieġ li d-debitur jagħmel ċerti azzjonijiet jew li jibqa’ lura milli jagħmilhom).

Id-drittijiet tal-qorti huma stabbiliti kif ġej:

  • biex issir applikazzjoni għal miżura provviżorja – SIT 1 900,
  • biex tinħareġ il-miżura provviżorja – SIT 1 900.

Il-ħlas għax-xogħol ta’ l-uffiċjal eżekuttiv jiddependi fuq it-tip ta’ azzjoni li tkun trid tittieħed jew fuq l-ammont tal-pretensjoni li jrid jinżamm fiż-żgur. Jitħallas ammont fiss ta’ SIT 12 5000 għall-ħidmiet li jsiru mill-uffiċjal eżekuttiv fil-każijiet fejn id-debitur ikun meħtieġ li jagħmel, jippermetti jew li jkun irid jibqa’ lura milli jagħmel ċerti azzjonijiet. Madankollu, jekk dawk il-ħidmiet jieħdu aktar minn siegħa, iridu jitħallsu SIT 2 500 aktar għal kull nofs siegħa addizzjonali. Il-ħlas għat-tħejjija ta’ inventarju tal-proprjetà mobbli jiddependi fuq il-valur tal-pretensjoni : per eżempju jekk l-ammont tal-pretensjoni jkun ta’ bejn SIT 150 000 u SIT 1 000 000, il-ħlas ikun ta’ SUIT 40 000 ; jekk l-ammont tal-pretensjoni jkun ta’ bejn SIT 1 000 000 u SIT 25 000 000, il-ħlas ikun ta’ SUIT 75 000 . Meta l-proprjetà mobbli tinżamm fiż-żgur, il-ħlas ikun jiddependi mill-piż ta’ l-oġġetti jew mit-tul taż-żmien li jinżammu. Per eżempju, il-ħlas biex jinżammu l-oġġetti f’postijiet magħluqa huwa ta’ SIT 100 għal kull perjodu ta’ sebat ijiem li jinbeda u għal kull 100 kg jew parti minnu.

FuqFuq

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi.

Qorti toħroġ miżura provviżorja biex tisslavagwardja l-pretensjoni għall-flus fejn jiġu ssodisfatti dawn il-kondizzjonijiet.

  1. il-kreditur juri l-probabbiltà li teżisti pretensjoni u li sejjer ikun hemm pretensjoni fir-rigward tad-debitur; u
  2. il-kreditur juri li hemm riskju probabbli li l-beni jiġu ttrasferiti, moħbija jew b’xi mod imneħħija, li jagħmilha impossibbli jew ferm diffiċli biex il-pretensjoni tiġi eżegwita (riskju suġġettiv).

Qorti toħroġ miżura provviżorja biex tisslavagwardja l-pretensjoni għall-flus fejn jiġu ssodisfatti dawn il-kondizzjonijiet.

  1. il-kreditur juri l-probabbiltà li teżisti pretensjoni u li sejjer ikun hemm pretensjoni fir-rigward tad-debitur; u
  2. il-kreditur juri l-probabbiltà li tista’ ssir mill-inqas waħda minn dawn l-assunzjonijiet:
    • hemm riskju li l-eżekuzzjoni tal-pretensjoni tkun impossibbli jew ferm diffiċli (riskju oġġettiv);
    • il-miżura hija meħtieġa biex jiġi evitat l-użu tal-forza jew li ssir ħsara serja li tkun trid tiġi kkumpensata;
    • jekk, waqt il-proċedura, jinstab li l-miżura provviżorja ma kellhiex bażi soda fuqhiex tinħareġ, id-debitur ma jkunx sofra konsegwenzi agħar minn dawk li kien isofri l-kreditur li kieku ma kenitx inħarġet il-miżura provviżorja.

Fl-ebda wieħed mill-każijiet imsemmija hawn fuq (pretensjonijiet għall-flus jew għall-pretensjonijiet li ma humiex ta’ natura ta’ flus) ma jenħtieġ li l-kreditur juri xi riskju jekk ikun kapaċi juri l-probabbiltà li d-debitur isofri dannu żgħir ħafna bħala riżultat tal-miżura proposta. Madankollu, fiż-żewġ każijiet jitqies li jkun jeżisti riskju jekk il-pretensjoni tkun ġiet eżegwita barra l-pajjiż.

FuqFuq

Il-qorti tista’ toħroġ ukoll miżura provviżorja fejn il-kreditur ma jkunx wera l-probabbiltà li jkun hemm pretensjoni u riskju jekk, f’limitu taż-żmien preskritt, il-kreditur iqiegħed somma flus stabbilita mill-qorti bħala granzija għal xi dannu li d-debitur jista’ jsorfri bħala riżultat tal-ħruġ u l-eżekuzzjoni tal-miżura provviżorja.

3. L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom?

Il-miżuri provviżorji jistgħu jinħarġu fuq il-beni diversi tad-debitur, per eżempju, fuq il-kontijiet tal-bank, il-proprjetà mobbli, il-vetturi rreġistrati, il-proprjetà immobbli u drittijiet oħra ta’ proprjetà.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 

L-ordni tal-qorti li toħroġ il-miżura provviżorja għandha l-effett ta’ ordni eżegwibbli. Tippermetti li jsir intervent biss fl-isfera ta’ l-interessi tad-debitur, u mhux f’dik ta’ xi terza parti. Il-ħruġ ta’ miżura provviżorja ma tagħtix lok għal garanzija fuq oġġett li jrid jiġi ssalvagwardat.

Għalhekk, fejn per eżempju miżura provviżorja żżomm lil debitur milli jagħmel użu liberu mill-oġġett li jrid jiġi ssalvagwardat, dan ma jipprojbixxix intervent legali minn persuna oħra fir-rigward ta’ dak l-oġġett (per eżempju, fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni). Jekk id-debitur ma jagħtix każ ta’ miżura provviżorja ta’ dan it-tip, l-unika konsegwenza tkun li l-kreditur ikun intitolat li jikkontesta l-atti legali li jikkawżawlu dannu, skond ir-regoli ġenerali tal-liġi dwar l-obbligazzjonijiet. Il-persuni li jiksbu proprjetà li d-debitur ma għandux l-użu liberu tagħha huma protetti jekk ikunu kisbuħa b’bonafidi (ma kinux jafu u ma setgħux ikunu jafu li dak l-att kien ta’ dannu għall-kreditur). Jekk il-persuna li kisbet il-proprjetà ma tkunx kisbitha b’bonafidi, l-att legali jieqaf milli jkollu effett biss fir-rigward tal-kreditur (l-attur) u sa fejn ikun meħtieġ biex titħallas il-pretensjoni tal-kreditur.

FuqFuq

Meta d-debitur jikser misura provviżorja, jista’ jinstab ħati ta’ reat kriminali għall-ħsara li tkun setgħet saret għad-drittijiet ta’ ħaddieħor. Il-qorti li tieħu l-passi ta’ eżekuzzjoni tista’ wkoll timponi multa fuq debitur li jikser miżura provviżorja. Min-naħa l-oħra, id-debitur għandu dritt li jitlob kumpens mill-kreditur għad-dannu li jkun sarlu b’miżura provviżorja li ma kelliex bażi jew fejn il-kreditur ma kellux titolu.

Il-miżura provvisorja tista’ wkoll timponi projbizzjoni tal-ħlas fuq id-debitur ta’ debitur. F’dak il-każ, din il-probjezzjoni tibda sseħħ minn meta tiġi eżegwita fuq id-debitur tad-debitur. Meta jirċievi din il-projbizzjoni, dan ta’ l-aħħar ma jkunx jista’ jaqdi l-obbligi tiegħu b’mod effettiv lejn id-debitur u jista’ ukoll jinżamm responsabbli biex iħallas kumpens lill-kreditur. Fil-proċedura biex tinħareġ miżura provviżorja, il-bank jista’ jagħti informazzjoni biss dwar l-eżistenza u l-għadd ta’ kontijiet ta’ tranżazzjoni u pretensjonjijiet oħra li d-debitur għandu fuq il-bank, jekk jintalab mill-qorti. Madankollu, l-informazzjoni dwar in-numri tal-kontijiet ta’ persuni legali u dwar jekk dawk il-kontijiet ikunux iffriżati hija aċċessibli għall-pubbliku permezz tar-reġistru tal-kontijiet tat-tranżazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Bank ta’ l-Islovenja (http.//www.bsi.si English - slovenšcina).

3.3. X’inhi il-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-perjodu tal-validità ta’ miżura provviżorja ma huwiex stabbilit bil-liġi iżda ddeterminat mill-qorti fl-ordni li tawtorizza l-miżura. Jekk il-miżura tinħareġ qabel ma l-ilment jiġi ppreżentat jew qabel ma jinbdew proċedimenti oħra, jew jekk tinħareġ biex tiġi ssalvagwardata pretensjoni li tkun għadha ma ġietx stabbilita, il-qorti tiffissa limitu ta’ żmien li fih il-kreditur irid jibda l-proċedimenti jew jippreżenta l-ilment. Jekk il-kreditur imbagħad jonqos li jippreżenta l-ilment jew li jieħu l-passi legali sa dak il-limitu ta’ żmien, il-qorti ttemm il-proċedura.

FuqFuq

Il-miżuri provviżorji jistgħu ukoll ikunu validi mid-data tad-deċiżjoni tal-qorti li tkun ħarġithom.

Il-miżura provviżorja ma tiġix awtorizzata mingħajr ma d-debitur ma jingħatax l-opportunità li jgħid l-opinjoni tiegħu (ex parte) fuq il-proposta’ għall-ħruġ tagħha. Id-debitur jista’ jippreżenta oġġezzjoni kontra l-ordni, iżda dan ma jkollux  l-effett li jisspospendi l-eżekuzzjoni tagħha.

4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura?

Id-debitur jista’ jagħmel appell kontra l-miżura provviżorja - fi żmien tmint ijiem mill-eżekuzzjoni ta’ l-ordni – fil-qorti li tkun ħarġitha. L-istess qorti mbagħad tiddiċiedi dwar l-oġġezzjoni.

Id-debitur jew il-kreditur jista’ jippreżenta lment kontra d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-oġġezzjoni jew kontra ordni li twaqqa’ applikazzjoni għal miżura provviżorja fil-qorti li tkun ħarġitha, fi żmien tmint ijiem ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-ordni. L-ilment jinstema’ mill-qorti tas-sekond’istanza.

Bħala regola ġenerali, l-oġġezzjonijiet u l-ilmenti ma għandhomx l-effett li jissospendu l-proċedura.

Jekk il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni ta’ lment jew ta’ oġġezzjoni jgħaddi, huwa possibbli li sir talba biex il-pożizzjoni preċedenti tiġi rrestitwita (restitutio in integrum).

Il-Prosekutur Pubbliku jista’ jippreżenta rimedju legali straordinarju kontra l-ordni provviżorja finali fil-forma ta’ talba għall-protezzjoni tal-legalità, fuq il-bażi ta’ ksur materjali tad-dispożizzjonijiet proċedurali jew ta’ żball fl-applikazzjoni tal-liġi sostantiva. Id-deċiżjoni fuq it-talba għall-protezzjoni tal-legalità hija kwistjoni għall-Qorti Suprema.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit