Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Rumanija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. Liema huma l-kundizzjonijiet li minħabba fihom jinħarġu miżuri bħal dawn? 2.
2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċedura 2.1.
2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kundizzjonijiet sustantivi 2.2.
3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ miżuri bħal dawn? 3.
3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri bħal dawn? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra l-miżura? 4.

 

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri?

  • (Jekk jogħġbok agħti definizzjoni tat-tipi ta’ miżuri)
  • (Jekk jogħġbok agħmel lista ta’ miżuri eżistenti)

Mezzi kawtelatorji huma mezzi proċedurali ordnati mill-qorti fir-rigward tal-assi tad-debitur matul il-proċedimenti jew waqt l-istadju ta’ eżekuzzjoni, biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti.

Mezzi kawtelatorji huma: konfiska kawtelatorja biex issostni eżekuzzjoni ta’ sentenza, u sekwestru kawtelatorju.

2. Liema huma l-kundizzjonijiet li minħabba fihom jinħarġu miżuri bħal dawn?

2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċedura
  • (Dejjem ikun meħtieġ li tintalab sentenza ta' qorti għall-awtorizzazzjoni tal-miżura?)
  • (Liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni toħroġ miżuri bħal dawn?)
  • (Għandi nkun irrappreżentat minn avukat?)
  • (Xi rwol għandhom intermedjarji bħal aġenti li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet jew marixxalli tal-qorti?)
  • (Jekk jogħġbok indika l-ispejjeż ta' din it-tip ta' proċedura)
  • Miżuri kawtelatorji jistgħu jittieħdu biss mill-qorti ta' prim'istanza b'ġuriżdizzjoni li tisma' l-kawża jew mill-qorti fil-post fejn ikun jinsab l-ass.
  • Assistenza minn avukat mhijiex obbligatorja f'dawn il-proċedimenti speċjali, minħabba li l-għajnuna legali mhijiex obbligatorja f'kull stadju ta' proċedimenti skont il-liġi ċivili tar-Rumanija.
  • Deċiżjonijiet ta' qorti dwar miżuri kawtelatorji huma infurzati minn marixxalli tal-qorti bl-għajnuna tal-forza tal-pulizija Rumena.
  • L-uniċi spejjeż huma t-taxxi tal-boll, li skont l-Artikolu 3(e) u (p) tal-Liġi Nru 146/1997 huma 10 RON għal rikorsi relatati ma' miżuri kawtelatorji u 388 RON għal rikorsi għal qbid ta' bastimenti u inġenji tal-ajru. F'xi każijiet, il-garanzija rikjesta tkun in-nofs tas-somma stipulata.
2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kundizzjonijiet sustantivi
  • (Fuq liema kriterji l-qorti tibbaża deċiżjoni biex tinħareġ miżura preventiva?
  • Fir-rigward tal-ilment: il-proċediment għandu jkun wieħed avversarju?
  • Fir-rigward tad-debitur:
    • Hemm xi rekwiżit f’każ ta’ urġenza?
    • Hemm xi rekwiżit li għandha tinġieb prova li d-deċiżjoni ma tkunx eżegwita minħabba t-tneħħija jew it-tixrid tal-assi tad-debitur?)

L-eżistenza ta’ proċediment pendenti hija meħtieġa fil-każ ta’ konfiska kawtelatorja u sekwestru kawtelatorju (Artikoli 591 u 597 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Iżda fil-każ ta’ konfiska b’sostenn għal eżekuzzjoni ta’ sentenza, il-miżura tista’ tittieħed ukoll jekk ma jkunx hemm proċediment pendenti (Artikolu 599 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

FuqFuq

M’hemmx rekwiżit li applikazzjoni għandha tkun urġenti. Iżda għall-kreditur hemm il-possibbiltà (mhux rekwiżit) li tinġieb prova li d-deċiżjoni ma tkunx ser tiġi eżegwita minħabba t-tneħħija jew it-tixrid tal-assi tad-debitur, f’każijiet ta’ konfiska kawtelatorja u sekwestru kawtelatorju, ukoll jekk it-talba tal-kreditur ma tkunx eżegwibbli. Iżda għandha tingħata garanzija.

3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ miżuri bħal dawn?

3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri bħal dawn?
  • kontijiet ta' bank?
  • proprjetà mobbli tanġibbli?
  • mezzi reġistrati ta' trasport?
  • proprjetà immobbli?
  • oħrajn?
  • kontijiet bankarji permezz ta' sekwestru kawtelatorju;
  • proprjetà mobbli tanġibbli permezz ta' konfiska kawtelatorja;
  • mezzi reġistrati ta' trasport, permezz ta' konfiska kawtelatorja;
  • proprjetà immobbli, permezz ta' konfiska kawtelatorja u konfiska b'sostenn għal eżekuzzjoni ta' sentenza;
  • assi intanġibbli, garanziji, permezz ta' sekwestru kawtelatorju;
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn?
  • fir-rigward tad-debitur li ma jkunx konformi mal-miżuri preventivi:
    • Jista’ jkun għad għandu aċċess għall-assi tiegħu?
    • Jista’ jkun soġġett għal penali?
  • fir-rigward ta’ terzi:
    • X’inhuma l-obbligi tal-bank dwar żvelar ta’ informazzjoni u qbid ta’ kontijiet?
    • Liema huma l-penali għal nuqqas ta’ konformità ma’ miżuri preventivi?

Debitur li ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet dwar miżuri kawtelatorji ma jistax ikollu aċċess għall-assi tiegħu fil-każ ta’ konfiska sempliċi, li hija xorta ta’ konfiska eżekuttiva. Fir-rigward ta’ terzi, m’hemmx dispożizzjoni li biha d-debitur jista’ jkun soġġett għal penali. Il-banek huma marbutin bil-kunfidenzjalità dwar dejta, persuni, attività bankarja, eċċ., speċifikati fl-Artikoli 111-116 tad-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 99/2006 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu u kapitali adegwati.

FuqFuq

Multi jiġu imposti biss jekk min jagħmel ilment jikseb, b’mala fidi, miżura kawtelatorja li tkun ta’ ħsara għall-konvenut. Il-konvenut/debitur jista’ jingħata piena skont il-liġi kriminali talli jonqos milli jkun konformi mas-sentenza tal-qorti.

3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?
  • Huwa pprovdut terminu ta’ żmien mil-liġi jew huwa speċifikat fl-ordni tal-qorti?
  • Il-miżura tibqa’ valida sakemm tingħata s-sentenza jew issir miżura supplimentari?
  • Jekk miżura inizjali tkun ordnata ex parte, ikun hemm terminu ta’ żmien biex isir arranġament għal smigħ inter partes?

Is-sentenza tistabbilixxi terminu ta’ żmien, pereżempju biex il-kreditur jagħti garanzija bil-kundizzjoni li tkun irtirata l-konfiska skont il-liġi.

Il-miżura tkun valida sakemm tingħata deċiżjoni li tneħħi l-konfiska jekk l-applikazzjoni ma tintlaqax, tiskadi jew tkun annullata. Jekk l-applikazzjoni tintlaqa’, il-miżura tkun valida sal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jew sakemm id-debitur jagħti garanziji suffiċjenti.

Jekk is-sentenza dwar miżura kawtelatorja tkun ingħatat mingħajr ma l-partijiet ikunu dehru, jekk isir appell il-partijiet għandhom jidhru qabel ma tingħata deċiżjoni.

4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra l-miżura?

  • min jista’ jikkontesta l-miżura?
  • lil liema qorti għandi napplika biex nappella kontra l-miżura?
  • x’inhuwa t-terminu għal appelli?
  • x’inhuwa l-effett ta’ appell?

Il-parti mhux sodisfatta tista’ tikkontesta sentenza dwar miżuri kawtelatorji biss permezz ta’ appell lill-qorti immedjatament superjuri għal dik li tkun tat id-deċiżjoni dwar il-motivi tal-applikazzzjoni għal miżuri kawtelatorji.

It-terminu għall-preżentata ta’ appell huwa ta’ ħamest (5) ijiem mid-data tas-sentenza (jekk il-partijiet ikunu tħarrku biex jidhru) jew min-notifika tagħha (jekk il-partijiet ma jkunux dehru). L-effett ta’ appell huwa li jneħħi jew iżomm il-miżura kawtelatorja.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit