Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Portugall

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Portugall

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jinħarġu miżuri bħal dawn? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-oġġett u n-natura ta’ dawn it-tip ta’ miżuri 3.
3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal dawn it-tip ta’ miżuri (kontijiet bankarji, proprjetà mobbli, mezzi ta’ transport reġistrati , proprjetà immobbli, oħrajn)? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn it-tip ta’ miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn it-tip ta’ miżuri? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra l-miżura? 4.

 

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-informazzjoni li ġejja għandha x’taqsam ma’ miżuri kawtelatorji, jiġifieri l-miżuri proċedurali “neċessarji biex jiżguraw l-effettività ta’ l-azzjoni legali” (Artikolu 2(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiża). Huma miżuri meħuda quddiem u mill-qorti sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni fil-kawża tkun effettiva u b’hekk tissodisfa b’mod sħiħ l-għan prattiku mfittex mill-parti li tkun ressqet l-azzjoni u rebħet il-kawża.

Miżuri kawtelatorji temporanji ta’ din ix-xorta jittieħdu jekk ikun hemm imqar possibbiltà li d-dritt asserit jew li għandu jiġi asserit il-qorti huwa reali u jekk ikun hemm riskju li dak id-dritt jiġi miksur. Il-miżuri huma konċessi fuq il-bażi ta’ dimostrazzjoni fil-qosor u fuq valutazzjoni tal-probabbilità jew tal-plawsibilità. Huma intenzjonati li jipprevjenu telf irreparabbli billi jeliminaw ir-riskju assoċjat mat-tul tal-proċeduri, jiġifieri r-riskju ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi bażiċi li tista’ potenzjalment tiġi kkawżata bit-tul taż-żmien.

Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jkunu miżuri ta’ prekawzjoni jew temporanji, li jfisser li huma intenzjonati li jżommu l-istatus quo, biex b’hekk id-deċiżjoni fil-proċeduri prinċipali ma ssirx maqtugħa mir-realtà u impossibbli biex tiġi infurzata (per eżempju, miżuri biex jipprevjenu l-ħela jew it-telf ta’ l-assi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni fil-futur), jew li jantiċipaw id-deċiżjoni tal-qorti qabel is-sentenza finali (per eżempju, miżura li tikkonċedi ħlas temporanju fi flus għall-għajxien, l-akkomodazzjoni u l-ħwejjeġ ta’ min ikun qiegħed jitlob manteniment).

FuqFuq

Il-miżuri kawtelatorji jistgħu ukoll ikunu mhux statutorji jew statutorji.

Dawk ta’ l-ewwel mhumiex soġġetti għall-ebda proċedura definita minn qabel u jiddependi mill-qorti li tadotta l-miżura xierqa “sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt f’riskju” (Artikolu 381(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Ma jiġux użati jekk ir-riskju ta’ telf ikun kopert b’miżura speċifika u huma bbażati fuq regoli proċedurali li japplikaw għall-miżuri statutorji jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-miżuri statutorji jsegwu mudell stabbilit fil-liġi proċedurali u huma soġġetti għal grupp ta’ rekwiżiti speċifiċi w ipoteżi u kontenut speċifiku dwar id-deċiżjoni.

Dawn li ġejjin huma miżuri kawtelatorji statutorji stabbiliti fis-sistema tal-liġi ċivili Portugiża:

  1. ir-restituzzjoni temporanja tal-proprjetà
  2. is-sospensjoni ta’ deċiżjonijiet minn kumpaniji
  3. il-manteniment temporanju
  4. il-kumpens temporanju
  5. is-sekwestru
  6. l-embargo fuq xogħol ġdid
  7. (g) il-qbid ta’ oġġetti

Ir-restituzzjoni temporanja tal-proprjetà hija użata meta s-sid ikun ġie mċaħħad mill-proprjetà tiegħu kontra r-rieda tiegħu b’forza fiżika jew psikoloġika, u jkun jixtieq li l-proprjetà tiegħu tiġi mogħtija lura b'mod temporanju.

Is-sospensjoni ta’ deċiżjonijiet minn kumpaniji hija disponibbli għall-imsieħba jew azzjonisti f’kull tip ta’ sħubija jew kumpanija li jkunu jixtiequ li jiksbu s-sospensjoni ta’ deċiżjonijiet li jkunu kontra l-leġislazzjoni jew il-memorandum u dokumenti ta’ l-assoċjazzjoni u li probabbli jistgħu joħolqu “telf sinifikanti” (Artikolu 396 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

Il-manteniment temporanju huwa somma fix-xahar imfassla sabiex tiżgura, sa l-ewwel ħlas formali, li l-individwu jkollu l-minimu neċessarju għall-ispejjeż ta’ l-għajxien, l-akkomodazzjoni u l-ħwejjeġ u għall-ispejjeż legali fejn ma jkunx jista’ jibbenefika minn għajnuna legali.

Il-kumpens temporanju huwa disponibbli għall-partijiet li jkunu sofrew ġrieħi u għal partijiet terzi li jkunu intitolati għall-kumpens jew manteniment u li, b’konnessjoni ma’ talba għall-kumpens ibbażata fuq il-mewt jew il-ġrieħi personali u f’sitwazzjoni ta’ bżonn jew f’sitwazzjoni “li x'aktarx tippreġudika serjament l-għajxien jew l-akkomodazzjoni tal-parti li sofriet ġrieħi” jitolbu l-għotja ta’ ammont partikolari fi flus f’forma ta’ somma fix-xahar skond ir-regoli dwar il-kumpens temporanju għat-telf fl-Artikolu 403(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Is-sekwestru jippermetti lil “kreditur li b’mod ġustifikat jkun qiegħed jibża li jitlef l-assi li jkunu qiegħdin jiggarantixxu t-talba tiegħu” li jikseb “sekwestru ġudizzjarju ta’ l-oġġetti” skond l-Artikolu 406 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-embargo fuq xogħol ġdid huwa disponibbli lil kull min jikkunsidra li “d-dritt tiegħu għal proprjetà waħdu jew solidalment ma’ ħaddieħor jew kull dritt ieħor in rem jew in personam ta’ użu jew proprjetà huwa miksur bħala riżultat ta’ xogħol ġdid jew servizz ġdid li jikkawżalu jew li probabbli jikkawżalu telf”; huwa jistà “jitlob … sospensjoni immedjata tax-xogħol jew tas-servizz” (Artikolu 412(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-embargo jistà ukoll jiġi impost barra mill-qorti, sakemm ikun ikkonfermat sussegwentement minn qorti. It-talba għall-konferma għandha ssir fi żmien ħamest ijiem.  

FuqFuq

Il-proċedura għall-qbid ta’ l-oġġetti għandha tiġi mnedija fejn ikun hemm “biżà raġjonevoli tat-telf, ħabi jew ħela ta’ proprjetà mobbli jew immobbli jew ta’ dokumenti” sabiex tinkiseb deskrizzjoni ta’ l-oġġetti fir-rekord tal-qorti (b’indikazzjoni tal-valur assenjat lilhom minn persuna esperta li tagħti l-valur) u jkunu mogħtija lil fiduċjarju skond l-Artikoli 421 u 424 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jinħarġu miżuri bħal dawn?

Ara r-risposta għall-mistoqsija preċedenti.

2.1. Il-proċedura

Minbarra l-embargo fuq xogħol ġdid, li għalih huwa possibbli li tittieħed azzjoni inizjali barra mill-qorti segwita minn applikazzjoni għall-konferma minn qorti, il-miżuri kawtelatorji l-oħra kollha huma bbażati fuq applikazzjoni inizjali lill-qorti.

Il-qorti b’ġurisdizzjoni sabiex tordna miżuri bħal dawn, hija stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin stipulati fl-Artikolu 83 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

  1. "L-applikazzjonijiet għas-sekwestru u l-qbid ta’ oġġetti jistgħu jsiru lill-qorti fejn għandhom jitressqu l-proċeduri relatati" (jiġifieri l-proċeduri li se jiddeċiedu fuq id-dritt li għandu jiġi garantit mill-miżura kawtelatorja) "jew fil-post fejn ikunu lokalizzati l-assi jew, jekk ikun hemm assi f’numru ta’ distretti, f’wieħed minnhom".
  2. "Għal embargo fuq xogħol ġdid, il-qorti ta’ fejn għandu jsir ix-xogħol għandha ġurisdizzjoni."
  3. "Għall-miżuri kawtelatorji l-oħra, il-qorti b’ġurisdizzjoni hija l-qorti li quddiemha għandha titressaq l-azzjoni relatata."

Ir-rappreżentazzjoni legali hija obbligatorja jekk il-valur tal-miżura kawtelatorja jaqbeż € 3 740.98 jew jekk appell ikun dejjem ammissibbli.

FuqFuq

Il-valur tal-miżura huwa stabbilit b’referenza għall-kriterji li ġejjin (Artikolu 313 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

  1. "għall-manteniment temporanju u kumpens temporanju, skond il-ħlas fix-xahar mitlub, multiplikat għal tnax-il darba;
  2. għal restituzzjoni temporanja tal-proprjetà, skond il-valur ta’ l-oġġett li minnu ġie mċaħħad is-sid;
  3. għas-sospensjoni ta’ deċiżjonijiet minn kumpaniji, skond l-ammont ta’ telf;
  4. għall-embargo fuq xogħol ġdid u miżuri kawtelatorji mhux statutorji, skond it-telf li għandu jiġi prevenut;
  5. għas-sekwestru, skond l-ammont tat-talba li għandha tiġi garantita;
  6. għall-qbid ta’ oġġetti, skond il-valur ta’ l-oġġetti maqbuda."

Fil-Portugall il-ħidma ta’ l-aġenti ta’ l-infurzar huma mwettqa minn avukati ta’ l-infurzar u uffiċjali tal-qorti. Għall-miżuri kawtelatorji, il-ħidma ta’ dan it-tip ta’ aġenti hi li jwettqu ċ-ċitazzjonijiet u li jwettqu deċiżjonijiet ta’ sekwestru u ta’ qbid.

Id-drittijiet tal-qorti għal dawn il-miżuri jitħallsu f’somma waħda meta ssir l-applikazzjoni inizjali u jkunu jikkorrispondu mal-valuri mogħtija fl-iskeda li ġejja:

Valur tal-mizura kawtelatorjaMizati ghal kull parti/partijiet
kollha (unitajiet tal-kont)
Sa €500
0,5
€500.01 sa €1 875
0,75
€1 875.01 sa €3 750
1
€3 750.01 sa €7 500
1,25
€7 500.01 sa €15 000
1,5
€15 000.01 sa €25 000
2
€25 000.01 sa €40 000
2,75
€40 000.01 sa €70 000
3,5
€70 000.01 sa €100 000
5
€100 000.01 sa €135 000
6,5
€135 000.01 sa €170 000
8
€170 000.01 sa €210 000
9,75
€ 210 000.01 sa €250 000
12

'Il fuq minn €250 000, il-miżati indikati jiżdiedu b’2.5 unità tal-kont għal kull €25 000 jew parti minnha.

Unità tal-kont matul il-perijodu ta' l-2004-06 kien jiswa’ €89.

Skond l-Artikolu 32 tal-Kodiċi dwar l-Ispejjeż Legali, l-ispejjeż jinkludu t-taxxi li ġejjin:

  1. ir-rimborż ta’ l-ispejjeż;
  2. il-ħlasijiet dovuti jew mħallsa lil korpi għal dokumenti, opinjonijiet, pjanijiet, informazzjoni oħra jew evidenza u servizzi li l-qorti tkun talbet, minbarra ċertifikati miksuba mill-qorti fuq inizjattiva tagħha stess;
  3. il-kumpens dovut lil dawk li ġew involuti fil-proċeduri minkejja li ma kellhomx x’jaqsmu magħhom, li jinkludi kumpens stabbilit b’mod legali;
  4. l-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar u għotja għall-ispejjeż;
  5. ir-rimborż lill-Istat tan-nefqa f’għajnuna legali, li jinkludi n-nefqa fuq id-drittijiet legali;
  6. l-ispejjeż taċ-ċitazzjoni minn uffiċċjal tal-qorti jekk l-individwu jitlob wieħed.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Meta jiġu valutati l-kriterji biex tiġi ordnata miżura kawtelatorja, il-qorti għandha dejjem teżamina jekk il-biża’ invokata tkunx stabbilita u kemm tkun serja u kemm ikun diffiċli li jiġi rimedjat il-ksur potenzjali tad-dritt ikkonċernat. Se tevalwa ukoll jekk il-miżura ta’ prekawzjoni jew temporanja fil-każ speċifiku tkunx xierqa bil-għan li jiġi salvagwardjat id-dritt li hu allegat li jinsab f’riskju. Għandha tistabilixxi li jkun hemm riskju assoċjat ma’ kull dewmien.

Se teżamina wkoll jekk il-proċeduri humiex attwalment jew potenzjalment dipendenti fuq azzjoni mressqa jew li għandha titressaq li hija bbażata fuq id-dritt salvagwardjat.

F’din it-tip ta’ proċedura, il-qorti li għandha tikseb sommarju (jiġifieri inqas rigoruża milli fil-proċeduri prinċipali) li hemm probabbiltà reali li d-dritt li għandu jiġi salvagwardjat jeżisti u li l-biża’ li jkun miksur hija ġustifikata b’mod suffiċjenti.

Għall-kundizzjonijiet l-oħra li għandhom jintlaħqu fir-rigward ta’ miżuri kawtelatorji speċifiċi, jekk jogħġbok ara r-risposta għall-mistoqsija 1.

FuqFuq

Skond l-Artikolu 387(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-miżuri kawtelatorji jistgħu jiġu rrifjutati mill-qorti jekk id-dannu li jirriżulta lill-konvenut ikun akbar b’mod sinifikanti mit-telf li l-individwu ikun jixtieq jevita.

Id-dritt li għandu jiġi salvagwardjat mill-miżura kawtelatorja jista’ jeżisti diġà jew jista’ jinħoloq mid-deċiżjoni pendenti.

Dwar id-debitur:

Il-miżuri kawtelatorji kollha huma meqjusa bħala urġenti. L-Artikolu 382 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li huma "dejjem urġenti u għandhom prijorità fuq kull att ġudizzjarju mhux urġenti ieħor" u li "azzjonijiet imressqa quddiem il-qorti rilevanti għandhom jiġu deċiżi fil-prim istanza l-aktar fi żmien xahrejn jew, fi żmien 15-il ġurnata jekk ma jkunx hemm bżonn li l-konvenut jiġi mħarrek ".

Għandu jiġi ddimostrat li d-deċiżjoni ma tkunx tista’ tiġi infurzata minħabba t-tneħħija jew l-għajbien ta’ l-assi tad-debitur?

Iva, għall-miżuri ta’ prekawzjoni ta’ sekwestru u ta' qbid ta’ oġġetti.

3. L-oġġett u n-natura ta’ dawn it-tip ta’ miżuri

3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal dawn it-tip ta’ miżuri (kontijiet bankarji, proprjetà mobbli, mezzi ta’ transport reġistrati , proprjetà immobbli, oħrajn)?

Kull tip.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn it-tip ta’ miżuri?

Peress illi huma ordnati mill-qrati, il-miżuri kawtelatorji "jorbtu lill-entitajiet pubbliċi u privati kollha u jkollhom preċedenza fuq miżuri adottati minn kull awtorità oħra" skond l-Artikolu 205(2) tal-Kostituzzjoni Portugiża.

FuqFuq

Għad-debitur li jonqos milli jikkonforma mad-deċiżjoni:
L-att dwar id-dispożizzjoni ta’ l-assi tiegħu huwa validu?

Fil-proċeduri ta’ sekwestru u ta' qbid ta’ oġġetti, jekk id-debitur isir fiduċjarju ta’ l-oġġetti u jiddisponi minnhom, dan jikkostitwixxi offiża ta’ l-ordni pubbliku. It-tranżazzjoni legali f’dan is-sens tkun nulla u bla effett jekk l-għan li tiġi evitata l-miżura ordnata tinqasam bejn il-partijiet għat-tranżazzjoni, skond l-Artikolu 281 tal-Kodiċi Ċivili Portugiża.

F’sitwazzjonijiet oħra, għalkemm l-att ikun validu, ma jkunx effettiv ma' dak li għandu x’jaqsam ma’ min jitlob is-sekwestru (Artikolu 622(1) tal-Kodiċi Ċivili).

Hemm xi penali?

Iva. Hemm penali kriminali b’konsegwenzi ċivili, jiġifieri sekwestru ta’ l-assi ta’ valur ekwivalenti għal dawk fdati lilu u li hu ma ppreżentax, flimkien ma’ l-ispejjeż u l-kumpens.

Fir-rigward ta’ partijiet terzi :
X’inhuma l-obbligi tal-bank fir-rigward ta’ l-informazzjoni u s-sekwestru tal-kontijiet?

Fil-proċeduri ta’ sekwestru, il-banek għandhom "jikkomunikaw lill-avukat ta’ l-infurzar l-ammont ta’ bilanċi eżistenti jew il-fatt li ma hemm l-ebda kont jew bilanċ" fi żmien 15-il ġurnata. Imbagħad, għandhom jinfurmaw lill-konvenut bis-sekwestru. Il-bank "għandu jkun responsabbli għall-bilanċi bankarji li jkollu fid-data tan-notifikazzjoni u għandu jipprovdi lill-qorti b’dikjarazzjoni li turi t-tranżazzjonijiet kollha li jeffetwaw id-depożiti wara l-implimentazzjoni" tas-sekwestru (Artikolu 861A(7) u (9), applikabbli permezz ta’ l-Artikolu 406(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

X’inhuma l-penali għan-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni?

In-nuqqas milli tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija hawn fuq tistà tagħti lok għal multa. Il-bank jistà ukoll ikun responsabbli ċivilment u mitlub li jħallas kumpens.

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn it-tip ta’ miżuri?
Hemm validità limitata determinata bil-liġi jew b’deċiżjoni ġudizzjarja?

Il-miżuri kawtelatorji huma limitati fiż-żmien skond id-dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jiggvernawhom.

Il-miżuri huma validi sas-sentenza jew sa deċiżjoni oħra?

Il-miżuri huma validi sakemm id-deċiżjoni fil-proċeduri prinċipali relatati jkun jistà jkollha effett. Per eżempju, fil-proċeduri għal manteniment temporanju jew kumpens temporanju, huwa l-punt li fih isir l-ewwel ħlas, filwaqt li fi proċeduri għal sekwestru, huwa l-punt li fih iseħħ is-sekwestru.

Jekk id-deċiżjoni inizjali tingħata b’mod unilaterali, ikun hemm limitu ta’ żmien li fih irid isir smiegħ tal-partijiet?

Jekk il-konvenut ma jkunx instema' qabel ma tiġi ordnata l-miżura kawtelatorja, huwa jkun notifikat biss bid-deċiżjoni li tordnaha. Jekk ikun jixtieq jikkontestaha sabiex "jissottometti fatti jew evidenza li ma jkunux ġew ikkunsidrati mill-qorti u li jistgħu jneħħu l-bażi għall-miżura kawtelatorja jew iġegħluha titnaqqas" (Artikolu 388(1)(b) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), huwa għandu jagħmel hekk fi żmien għaxart ijiem minn meta jiġi nnotifikat.

Wara dan il-limitu ta’ żmien, jekk ikun meħtieġ, l-"evidenza meħtieġa jew stabbilita mill-qorti" tiġi miksuba skond l-Artikolu 386(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

FuqFuq

4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra l-miżura?

L-appelli jistgħu jitressqu kontra miżuri f'proċeduri li jiswew aktar minn €3 740.98, sakemm id-deċiżjoni kkontestata tkun ta’ żvantaġġ għall-parti li tkun qiegħda tressaq l-appell b’aktar minn nofs dan l-ammont u, irrispettivament mill-valur, sakemm l-appell "ikun ibbażat fuq il-ksur ta’ regoli dwar il-kunflitt bejn il-liġijiet minħabba l-kontenut jew il-ġerarkija jew l-offiża fil-każ". "L-appelli jistgħu ukoll jitressqu dejjem kontra deċiżjonijiet … li jordnaw miżuri kawtelatorji għar-raġuni li l-valur jaqbeż il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li ħadet id-deċiżjoni kkontestata" (Artikolu 678 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-appelli ma jistgħux jitressqu quddiem il-Qorti Suprema kontra deċiżjonijiet li jordnaw miżuri kawtelatorji, mingħajr ħsara għal każijiet li fihom appell huwa dejjem ammissibbli.

Min jista’ jikkontestaha?

Kull parti fil-proċeduri li titlef il-kawża u kull persuna li mhux parti mill-proċeduri imma ssofri telf dirett u reali bħala riżultat tal-miżura kawtelatorja.

Liema qorti għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-appell?

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni li tisma’ l-appell hija qorti tat-tieni istanza fid-distrett ġudizzjarju li fih tkun lokalizzata l-qorti li tkun tat id-deċiżjoni kontestata.

X’inhu l-limitu ta’ żmien biex jitressaq appell?

Il-limitu ta’ żmien biex jitressqu l-appelli huwa ta' għaxart ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni.

X’inhu l-effett ta’ l-appell?

Appell imressaq kontra ordni li tiċħad b’mod sħiħ l-applikazzjoni inizjali għal miżura kawtelatorja jew li ma tordnahiex jissospendi l-effett tad-deċiżjoni li jitressaq appell kontriha.

Appell kontra deċiżjoni li tordna l-miżura kawtelatorja ma għandux effett sospensiv.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Portugall - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit