Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 26-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. F’liema kondizzjonijiet għandhom jittieħdu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.1.1. Dejjem meħtieġ li jsir rikors lil qorti għal ordni li tordna l-eżekuzzjoni. 2.1.1.
2.1.2. Liema hija l-qorti kompetenti biex tordna miżura bħal din? 2.1.2.
2.1.3. Irid bilfors ikun hemm rappreżentazzjoni bl-avukat? 2.1.3.
2.1.4. X’inhu r-rwol ta’ l-intermedjarji bħall-aġenti ta’ l-eżekuzzjoni u l-marixxalli? 2.1.4.
2.1.5. Spejjeż 2.1.5.
2.2. Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. X’inhuma l-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri? 3.
3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura? 4.

 

Il-miżuri provviżorji u kawtelatorji huma miżuri li l-qrati għandhom is-setgħa li jordnaw bis-saħħa tal-korp tal-liġijiet biex tinstab soluzzjoni temporanja għal sitwazzjoni ta’ kunflitt bejn il-partijiet sakemm tinstab soluzzjoni finali wara li jkunu saru l-proċedimenti kollha fil-kwistjoni.

Ġew iddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala miżuri li jittieħdu biex jissalvagwardjaw il-jeddijiet li qorti li fiha jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti tintalab li tirrikonoxxi, fil-waqt li jinżamm l-istatus quo kemm fil-fatt kif ukoll fil-liġi.

Dawn huma, għalhekk, miżuri biex iżommu sitwazzjoni milli tmur għall-agħar.

Fil-prattika, permezz tagħhom kreditur ikun jista’ jipproteġi lilu nnifsu mir-riskju li ma jitħallasx b’wieħed minn dawn il-mezzi: jew id-debitur jinżamm milli jiddisponi mill-beni tiegħu jew il-beni jiġu suġġetti għal istruzzjoni li permezz tagħha kreditur ikun jista’ jmexxi t-talba tiegħu fir-rigward tagħhom meta jibdlu l-idejn.

Eżempji ta’ miżuri provviżorji :

  • Mandat ta’ sekwestru tal-proprjetà mobbli jew tal-flus tad-debitur;
  • Mandat ta’ qbid ta’ l-oġġetti li fuqhom hemm kwistjoni, li l-kondizzjoni tagħhom tkun trid tiġi ppreżervata sakemm tingħata s-sentenza finali;
  • Istruzzjonijiet fuq il-proprjetà immobbli (garanzija), l-avvjament kummerċjali u s-sigurtajiet. Hemm ħtiġiet li jittrattaw il-pubbliċità;
  • Il-ħatra ta’ riċevitur responsabbli għat-tmexxija tajba tad-ditta li l-korpi amministrattivi tagħħa ma jkunux għadhom f’pożizzjoni li jkomplu joperaw.

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Fil-Lussembrugu hemm diversi forom ta’ miżuri provviżorji biex iħarsu l-jeddijiet tal-partijiet waqt li jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti fil-qorti biex tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tagħhom.

Qiegħda ssir distinzjoni bejn :

  • dawk il-miżuri ordnati mill-qorti mingħajr ma tinstema’ l-parti avversarja. F’dawn il-każijiet il-qorti tirċievi applikazzjoni unilaterali minn waħda mill-partijiet biex toħroġ ordni provviżorja u tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija minn dik il-parti; u
  • dawk il-miżuri ordnati mil-qorti wara li tinstema’ l-parti avversarja. F’dawn il-każijiet il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha biss wara seduta pubblika (jew xi drabi wara seduta fil-magħluq) fejn il-partijiet ikunu jistgħu jesprimu n-naħa tagħhom ta’ l-argument. Is-seduta tissejjaħ fuq il-bażi ta’ taħrika (imwassla minn marixxall) jew mir-reġistratur, skond il-proċedura meħtieġa bil-liġi.

2. F’liema kondizzjonijiet għandhom jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1. Il-proċedura
2.1.1. Dejjem meħtieġ li jsir rikors lil qorti għal ordni li tordna l-eżekuzzjoni.

Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-miżuri provviżorji jridu jiġu ordnati mill-qorti, normalment mill-President tal-Qorti Distrettwali jew minn imħallef maħtur minfloku.

FuqFuq

F’każijiet eċċezzjonali, parti tista’ tieħu miżuri provviżorji, iżda trid minnufih tgħaddihom lill-qorti biex jiġu rratifikati. Per eżempju, kreditur li jkollu dokument li jagħtih jedd validu skond il-liġi (per eżempju, kuntratt bin-nutar) jista’ jaqbad il-beni ta’ debitur li jkunu fil-pussess ta’ terza parti. Il-beni maqbuda mbagħad jiġu ffriżati, għalkemm ikunu għadhom fil-pussess tat-terza parti, li ma tkunx tista’ tiddisponi minnhom, u jista’ jiġi ordnat bejgħ ta’ bilfors biss bl-approvazzjoni tal-qorti.

Kif intwera, l-awtorizzazzjoni tal-qorti tista’ f’xi każijiet tinkiseb b’sempliċi applikazzjoni fuq id-dokumenti u l-ispjegazzjonijiet ġustifikattivi. L-ordni tal-qorti tinħareġ fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija lilha unilateralment.

2.1.2. Liema hija l-qorti kompetenti biex tordna miżura bħal din?

Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni normalment jiġu ddeterminati permezz tad-dispożizzjoni statutorja li tagħti s-setgħa lill-qorti li toħroġ miżura provviżorja. Ma hemmx regola ġenerali tal-ġuriżdizzjoni ħlief li s-setgħa li jinħarġu miżuri provviżorji normalment tkun tal-President tal-qorti li jittratta l-kaz fuq il-merti tiegħu.

Hemm ħafna dispożizzjonijiet statutorji speċifiċi li jorganizzaw il-miżuri provviżorji applikabbli fi kwistjonijiet speċifiċi (per eżempju fir-rigward tal-kirjiet, is-sjieda ma’ ħaddieħor ta’ proprjetà, is-suċċessjoni, is-sistemi tal-proprjetà matrimonjali, eċċ.).

Fejn ma jkunx hemm proċedura speċifika, parti li tkun tixtieq li tiġi ordnata miżura trid tapplika lill-qorti ta’ l-applikazzjonijiet urġenti. Skond is-somma involuta, dan ikun ifisser li qorti tal-canton (juge de paix – sa €10 000) jew l-imħallef ta’ l-applikazzjonijiet urġenti fil-qorti distrettwali. Dawn għandhom ġuriżdizzjoni ġenerali biex jordnaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji jew biex jipprekludu d-degradazzjoni imminenti tal-beni jew biex iwaqqfu ksur ta’ l-ordni li jmur biċ-ċar kontra l-liġi (l-Artikolu 933 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

2.1.3. Irid bilfors ikun hemm rappreżentazzjoni bl-avukat?

Ġeneralment mhux bilfors irid ikun hemm rappreżentazzjoni bl-avukat? Iżda jeżistu proċeduri eċċezzjonali, spiss tekniċi ħafna, fejn avukat ikun essenzjali.

2.1.4. X’inhu r-rwol ta’ l-intermedjarji bħall-aġenti ta’ l-eżekuzzjoni u l-marixxalli?

Spiss ħafna l-eżekuzzjoni ta’ miżura provviżorja ordna mill-qorti tkun teħtieġ li jissejjaħ intermedjarju. Fejn il-qorti tordna mandat ta’ sekwestru fuq il-beni, per eżempju, l-ordni trid tiġi eżegwita minn marixxall.

Ċerti miżuri provviżorji jikkonsistu f’li l-oġġett li fuqu jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti jiġi fdat f’idejn terza parti għas-sigurtà. Il-qorti tista’, per eżempju, taħtar riċevitur biex iżomm proprjetà li diversi persuni jkunu jqisu li għandhom dritt ta’ sjieda fuqha, jew taħtar amministratur biex imexxi kumpanija li tkun ġiet ipparalizzata minħabba kwistjoni bejn is-sidien ta’ l-ishma.

2.1.5. Spejjeż

L-ispejjeż tal-miżuri provviżorji jvarjaw ħafna.

Per eżempju il-qbid ta’ l-oġġetti attwalment ma jqumx aktar minn bejn wieħed u ieħor mitt ewro. Iżda hemm diversi spejjeż addizzjonali (per eżempju meta l-marixxall ikollu jagħmel tiftix), spejjeż tal-ħażna jekk l-oġġetti maqbuda jkunu jridu jinżammu x’imkien, l-ispejjeż tat-traduzzjoni u l-kunsinna tad-dokumenti jekk id-debitur ikun joqgħod barra l-pajjiż, u l-ispejjeż tal-proċeduri ta’ l-awtorizzazzjoni. Fil-prattika, l-ispejjeż tal-marixxall fil-każ ta’ mandat ta’ qbid jistgħu faċilment jitilgħu €700 jew €800.

FuqFuq

Jekk il-qorti taħtar riċevitur jew amministratur, trid x’aktarx tqabbad nies bi kwalifiki għolja u titlob il-ħlas għoli li jikkorrespondi.

L-ispejjeż tal-miżura provviżorja jitħallsu mill-parti li tapplika għalija.

L-ispejjeż tal-ħażna għandhom jitqiesu bħala spejjeż proċedurali li jridu jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża. Iżda l-parti li tapplika għall-miżura trid tħallas l-ispejjeż sakemm tingħata s-sentenza finali.

2.2. Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet sostantivi

Il-qorti tista’ normalment tadotta l-miżuri provviżorji biss jekk ikun hemm bżonn reali jew urġenza, skond kif tqis il-qorti. Ftit hemm miżuri provviżorji li jistgħu jiġu mitluba mingħajr raġunijiet speċifikati (per eżempju, l-applikazzjonijiet biex proprjetà tiġi ssiġillata wara mewt).

Meta kreditur japplika għall-awtorizzazzjoni biex jinqabdu l-beni, il-qorti trid tiċċekkja jekk it-talba tkunx potenzjalment valida fuq il-bażi tad-dokumenti u ta’ l-ispjegazzjonijiet mogħtija.

3. X’inhuma l-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jittieħdu miżuri fuqhom?

Il-miżuri provviżorji jistgħu isiru fuq il-beni mobbli kollha ta’ persuna. Dawk l-oġġetti mequsa li huma meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum biss huma eżentati.

Il-liġi tal-Lussemburgu tippermetti li joħroġ mandat ta’ qbid fuq il-pagi u s-salarji u dħul sussidjarju (dħul minn kirjiet, benefiċċji tal-qgħad, eċċ.) Iżda hemm parti li tikkorrespondi ma’ dak li huwa meqjus bħala essenzjali għall-għixien li dejjem hija eżentata.

Il-kreditur ma jistax, iżda, jaqbad beni immobbli (proprjetà). Qbdi bħal dan ikun jeħtieġ deċiżjoni eżegwibbli mill-qorti.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

F’ħafna każijiet, il-qorti nnifisha tiddetermina l-effetti tal-miżura li tordna. Tista’ tillimita l-validità taż-żmien jew tillimita l-ordni għal beni jew atti speċifiċi.

Fejn qorti tawtorizza mandat ta’ qbid fuq l-applikazzjoni unilaterali minn waħda mill-partijiet, il-liġi tippreskrivi l-limiti taż-żmien li fihom trid issir l-applikazzjoni għall-validazzjoni  lill-qorti. Jekk ma ssirx l-applikazzjoni għall-validazzjoni f’dak il-perjodu, il-mandat ta’ qbid jiġi awtomatikament annullat.

4. Teżisti l-possibbiltà ta’ l-appell kontra l-miżura?

Appell isir kontra ordnijiet li jsiru minn qorti ta’ l-applikazzjonijiet urġenti wara seduta fejn tinstema’ l-parti avversarja. Il-limitu taż-żmien li fih jsita’ jsir appell huwa ta’ 15-il jum wara li tiġi eżegwita d-deċiżjoni.

Ma hemmx appell kontra deċiżjonijiet bi tweġiba għal applikazzjoni unilaterali. Iżda parti li tħoss li l-miżura tkun ittieħdet b’mod żbaljat għandha d-dritt għar-rimedju taħt l-Artikolu 66 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili.  Il-qorti ta’ l-applikazzjonijiet urġenti tista’ tintalab biex tordna miżura provviżorja ġdida li tissospendi l-effetti tal-miżura oriġinali meħuda bi tweġiba għal applikazzjoni unilaterali.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 26-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit