Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Latvja

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
1.1. Miżuri kawtelatorji (Garanzija ta’ pretensjoni) 1.1.
1.2. Miżuri Provviżorji  1.2.
2. Liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu dawk il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?   3.
4. Hemm possibilità ta’ appell kontra xi miżura? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Taħt il-leġislazzjoni tal-Latvja l-miżuri kawtelatorji fit-tilwim dwar il-propjetà jirrigwardjaw il-garanzija ta’ pretensjoni attwali jew potenzjali, filwaqt li f’tilwim dwar propjetà intelletwali dawn jinvolvu miżuri ta’ salvagwardja temporanji. Il-ġbir ta' provi hu possibbli wkoll. Miżuri temporanji huma provduti għal każijiet ta’ annullament jew xoljiment taż-żwieġ u fi kwistjonijiet li joħorġu mid-drittijiet tal-kustodja jew tal-aċċess. Il-miżuri kollha msemmija jistgħu jiġu stabbiliti biss mill-qorti, meta ssir rikjesta minn parti interessata.

1.1. Miżuri kawtelatorji (Garanzija ta’ pretensjoni)

F’tilwim dwar il-propjretà, l-istrumenti li ġejjin jistgħu jintużaw biex tiġi garantita pretensjoni qabel iż-żmien meta tinġieb jew f’dak iż-żmien:

  1. l-irbit ta’ proprjetà mobbli u flus li jappartjenu għall-konvenut;
  2. l-annotazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ inibizzjoni fir-reġistru tal-oġġetti mobbli appożitu jew reġistru ieħor pubbliku;
  3. l-annotazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar il-garanzija ta’ pretensjoni fir-Reġistru tal-Artijiet jew il-Vapuri;
  4. l-arrest ta’ vapur;
  5. l-inibizzjoni tal-konvenut milli jagħmel ċerti attivitajiet;
  6. is-sekwestru tal-pagamenti (inklużi depożiti f’istituzzjonijiet tal-kreditu) li għandhom jingħataw lil partijiet terzi;
  7. il-postponiment ta’ attivitajiet tal-eżekuzzjoni (inkluża projbizzjoni li l-uffiċjali jagħtu flus jew propjetà lil min jiġbor id-dejn jew lil xi debitur, jew is-sospensjoni tal-bejgħ tal-proprjetà).

Meta l-oġġett tal-azzjoni jkun id-dritt ta' titolu ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, jew il-pretensjoni tkun relatata mal-infurzar ta’ dritt, il-pretensjoni tiġi garantita billi tintrabat il-propjetà mobbli in kwistjoni jew billi tiddaħħal dikjarazzjoni ta’ inibizzjoni fis-subdiviżjoni tar-Reġistru tal-Artijiet korrispondenti mal-propjetà immobbli kkonċernata.  

FuqFuq

Fejn pretensjoni monetarja tifforma s-suġġett ta’ azzjoni, il-pretensjoni hi garantita permezz ta’ propjetà immobbli billi tiddaħħal dikjarazzjoni ta’ rahan fis-subdiviżjoni tar-Reġistru tal-Artijiet korrispondenti mal-proprjetà immobbli kkonċernata.

Pretensjoni marittima tista’ tiġi garantita billi jiġi konfiskat il-vapur, iżda meta pretensjoni monetarja hi assigurata bi proprjetà mobbli oħra, il-proprjetà għandha tintrabat.

Meta l-oġġett tal-kawża jkun id-dritt li wieħed ikollu proprjetà immobbli, it-talba tiġi garantita billi tiddaħħal dikjarazzjoni ta’ piż fis-subdiviżjoni tar-Reġistru tal-Artijiet relatata mal-proprjetà immobbli inkwistjoni. 

Il-miżuri ta' salvagwardja provviżorji li ġejjin jistgħu jintużaw f’tilwimiet fuq propjetà intellettwali:

  1. irbit ta’ proprjetà mobbli li possibilment jikser dritt tal-proprjetà intellettwali;
  2. obbligu li jittieħdu lura oġġetti li potenzjalment jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali;
  3. impożizzjoni ta’ projbizzjoni kemm fuq il-konvenut u kemm fuq persuni li s-servizzi tagħhom qed jintużaw biex jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali, jew fuq persuni li jiffaċilitaw dan il-ksur.

Il-ġbir tal-provi

Meta persuna jkollha raġunijiet għaliex temmen li l-preżentazzjoni tal-evidenza li hu jew hi jirrikjedu jistgħu fil-futur ikunu impossibbli jew imfixkla, hu jew hi jistgħu jitolbu li dawn il-provi jiġu miġbura.

Rikorsi għall-ġbir tal-provi jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, kif ukoll qabel ma tinġieb azzjoni quddiem qorti. 

FuqFuq

Qabel ma kwistjoni tinġieb quddiem il-qorti, l-evidenza għandha tiġi garantita mill-qorti tad-distrett jew tal-belt li fit-territorju operazzjonali tiegħu jew tagħha jinsab is-sors tal-evidenza li għandu jiġi garantit. Wara li l-kwistjoni tkun inġiebet quddiem il-qorti, l-evidenza għandha tiġi garantita mill-qorti li tkun qed teżamina l-kwistjoni.  

1.2. Miżuri Provviżorji  

F'każijiet ta' annullament jew xoljiment taż-żwieġ u f'każijiet li jqumu mid-drittijiet tal-kustodja jew tal-aċċess, l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jipprovdi għal deċiżjoni provviżorja li għandha tittieħed sakemm tingħata sentenza, li tistipula:  

  • il-post tar-residenza tat-tfal;
  • proċeduri għall-kura tat-tfal;
  • proċeduri għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-aċċess;
  • mezzi ta' appoġġ għat-tfal;
  • impediment biex it-tfal ma jittieħdux barra mill-pajjiż;
  • riżorsi sabiex jinżamm il-livell tal-benesseri li l-konjuġi kellhom qabel jew l-garanzija tal-ħlas tal-manteniment;
  • proċeduri għall-utilizzazzjoni tal-propjetà li tagħha huma propjetarji konġuntament il-koppja miżżewġa, jew li jirrikjedu li waħda mill-partijiet tipprovdi lill-parti l-oħra l-ħwejjeġ domestiċi u personali.

2. Liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu dawk il-miżuri?

2.1. Il-proċedura

Garanzija ta' Pretensjoni

Fejn hemm raġunijiet li wieħed jemmen li l-implimentazzjoni ta' sentenza f'tilwima dwar propjetà tista' tiġi imfixkla jew issir impossibbli, attur jew attur potenzjali jista' jitlob - fil-forma ta' rikors motivat - li l-Qorti tieħu deċiżjoni dwar l-granzija tal-pretensjoni. Dan jista' jsir fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, kif ukoll qabel ma l-azzjoni tinġieb quddiem qorti.

FuqFuq

Ir-rikors sabiex tiġi garantita il-pretensjoni qabel ma tinġieb trid tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha trid tinġieb il-pretensjoni li trid tiġi garantita. Meta l-partijiet ikunu ftiehmu li jippreżntaw it-tilwima tagħhom quddiem qorti tal-arbitraġġ, l-applikazzjoni għandha tinġieb quddiem qorti korrispondenti fil-ġurisdizzjoni tad-debitur jew tal-propjetà tagħhom.

Rikors sabiex tiġi garantita pretensjoni għandu jindika l-mezz preferut sabiex tiġi garantita l-pretensjoni.

Attur potenzjali jista' jagħmel petizzjoni biex il-pretensjoni tiegħu tiġi garantita qabel ma tinġieb quddiem qorti, u anke qabel ma ssir dovuta xi obbligazzjoni, meta d-debitur, biex jevita l-obbligi tiegħu, ineħħi jew jittrasferixxi l-proprjetà tiegħu, jitlaq mill-post tar-residenza tiegħu mingħajr ma jinforma lill-kreditur, jew iwettaq azzjonijiet oħra li jindikaw li d-debitur mhux jaġixxi bona fide. Meta jiġi ppreżentat rikors sabiex jiggarantixxi xi pretensjoni, qabel ma tinġieb quddiem qorti, l-attur potenzjali għandu jippreżenta evidenza li tikkonferma d-drittijiet tiegħu fuq il-bażi tal-obbligi u l-bżonn li tiġi żgurata t-talba.

Deċiżjoni dwar ir-rikors għall-garanzija tat-talba għandha tittieħed minn qorti jew imħallef mhux iżjed tard mill-ġurnata meta tkun irċevuta, mingħajr ma jingħata avviż bil-quddiem lill-konvenut u lill-parteċipanti l-oħra fil-kwistjoni. Sabiex jintlaqa' rikors biex tiġi żgurata pretensjoni, qorti jew imħallef jistgħu jirrikjedu li l-attur jagħmel tajjeb għad-danni li l-konvenut jista' jsofri b'rabta mal-garanzija tal-pretensjoni, billi jitħallas ċertu ammont ta' flus fil-kont ta' depożitu tal-uffiċjal tal-qorti.

FuqFuq

Fir-rigward ta' deċiżjoni li permezz tagħha tiġi garantita pretensjoni li nġiebet jew li potenzjalment tista' tinġieb, il-qorti għandha toħroġ ordni tal-eżekuzzjoni, li għandha tingħata għall-eżekuzzjoni lir-reġistratur maħluf.

Il-garanzija tal-pretensjoni tibqa' fis-seħħ sal-jum meta s-sentenza tidħol fis-seħħ. Meta ma tkunx ittieħdet azzjoni fil-proċedimenti jew meta jiġu terminati l-proċedimenti, il-qorti tirrevoka l-garanzija tal-pretensjoni fid-deċiżjoni tagħha. Il-garanzija tal-pretensjoni hi preservata sal-jum meta s-sentenza tidħol fis-seħħ. Meta tiġi rrifjutata pretensjoni, l-garanzija tal-pretensjoni tiġi revokata fis-sentenza tal-qorti.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar il-garanzija ta' pretensjoni qabel ma tinġieb pretensjoni quddiem qorti u l-pretensjoni ma tinġiebx fiż-żmien stipulat mill-qorti, l-imħallef, meta jirċievi r-rikors mill-attur jew il-konvenut potenzjali, jieħu deċiżjoni sabiex jirrevoka l-garanzija.

Miżuri ta' salvagwardja provviżorja

Jekk hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li d-drittijiet tal-possessur tal-propjetà intellettwali jkunu qed jiġu miksura jew jistgħu jinkisru, l-qorti tista', fuq il-bażi ta' rikors motivat mill-attur, tieħu deċiżjoni li fiha tistabilixxi miżuri ta' salvagwardja provviżorja. Il-miżura ta' salvagwardja provviżorja għandha tkun indikata fir-rikors li jistabilixxi l-miżura.

Ir-rikors ta salvagwardja temporanja ta' protezzjoni temporanja jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, kif ukoll meta tinġieb t-talba quddiem qorti.

Ir-rikors li jistabilixxi miżuri ta' salvagwardja provviżorja għandu jiġi deċiż minn qorti jew minn imħallef fi żmien 10 ijiem minn meta jiġi nnotifikat ir-rikors jew minn meta tinbeda l-kwistjoni, meta ir-rikors ikun ġie ppreżentat fl-istess żmien li nġiebet il-pretensjoni.

FuqFuq

Meta d-dewmien jista' jikkawża dannu irriversibbli lill-possessur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-qorti jew l-imħallef jiddeċiedu dwar ir-rikors sabiex tiġi stabbilita miżura ta' salvagwardja provviżorja sa mhux iżjed tard mill-ġurnata meta jiġi nnotifikat ir-rikors, mingħajr ma jinnotifika bil-quddiem lill-konvenut u parteċipanti oħra fil-kwistjoni. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tistabilixxi miżura ta' salvagwardja provviżorja fin-nuqqas tal-konvenut jew ta' parteċipanti oħra fil-kwistjoni, dawn għandhom jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni mhux iżjed tard miż-żmien meta d-deċiżjoni tiġi nfurzata.

Meta jilqgħu rikors biex tiġi stabbilita ta' salvagwardja provviżorja qabel ma tinġieb prtensjoni, il-qorti jew l-imħallef jistgħu jirrikjedu li l-attur iħallas somma flus speċifikata fil-kont ta' depożitu tar-reġistratur tal-qorti jew li jipprovdi garanzija ekwivalenti u li jagħmel tajjeb għat-telf b'rabta mal-implimentazzjoni tal-miżura ta' salvagwardja provviżorja li jista' jsofri l-konvenut jew persuni oħra li ġew użati s-servizzi tagħhom.  

Fuq il-bażi ta' rikors mill-attur, il-qorti tista' tibdel il-miżuri ta' salvagwardja provviżorja b'miżuri oħra.

Miżuri ta' salvagwardja provviżorja jistgħu jitħassru mill-istess qorti fuq il-bażi ta' rikors minn parteċipant fil-kwistjoni.  

Meta tiġi rrifjutata pretensjoni, il-miżura ta' salvagwardja provviżorja  għandha tiġi rrevokata fis-sentenza tal-qorti. Il-miżura ta' salvagwardja provviżorja għandha tibqa' fis-seħħ sal-jum li fih is-sentenza jkollha effett legali.

Meta ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-proċedimenti jew meta jiġu terminati l-proċedimenti, il-qorti għandha tirrevoka l-ta' salvagwardja provviżorja fid-deċiżjoni tagħha. Il-miżura ta' salvagwardja provviżorja għandha tibqa' fis-seħħ sal-jum li fih is-sentenza jkollha effett legali.

FuqFuq

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżura ta' salvagwardja provviżorja qabel ma tinġieb pretensjoni quddiem qorti, l-imħallef, meta jirċievi applikazzjoni mill-attur potenzjali jew minn xi parteċipant potenzjali ieħor fil-kwistjoni jew mill-konvenut, jieħu deċiżjoni dwar ir-revoka tal-miżura ta' salvagwardja provviżorja.

Meta rikors ikun ġie ppreżentat fl-istess żmien li tinġieb pretensjoni, deċiżjoni li tistabbilixxi miżura ta' salvagwardja provviżorja għandha tiġi implimentata fi żmien 30 ġurnata mill-adozzjoni tagħha. Is-sottomissjoni ta' tilwima anċillari dwar id-deċiżjoni m'għandhiex tipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni.

Deċiżjoni li tistabbilixxi miżura ta' salvagwardja provviżorja , meħuda fuq il-bażi li dewmien jista' jwassal għal dannu irriversabbli għall-pussessur ta' dritt tal-propjetà intelletwali, għandha tiġi infurzata wara li l-attur ikun ħallas l-ammont speċifikat mill-qorti jew l-imħallef fil-kont ta' depożitu tal-uffiċjal tal-qorti jew jipprovdi garanzija alternattiva. L-ordni tal-eżekuzzjoni għandha tinħareġ wara l-ħlas tal-ammont speċifikat mill-qorti jew mill-irċevuta ta' garanzija ekwivalenti.  

Deċiżjoni li twaqqaf miżura ta' salvagwardja provviżorja - l-irbit ta' proprjetà mobbli li bihom id-drittijiet tal-propjetà intellettwali qed jiġu allegatament miksura - tiġi eżegwita skont il-proċeduri dwar l-irkupru ta' propjetà mobbli, kif stabbilit fl-Att dwar il-Proċeduri Ċivili.

Deċiżjoni li tistabbilixxi miżura ta' salvagwardja provviżorja li tipprojbixxi t-twettiq ta' attivitajiet speċifiċi jew li timponi obbligu biex jinġabru lura l-oġġetti li permezz tagħhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu qed jiġu allegatament miksura - tiġi infurzata minn uffiċjal, li jinnotifika d-deċiżjoni tal-qorti lill-konvenut jew lil terza persuna xierqa (li għandha tipprovdi firma li tiċċertifika li rċivietha) jew permezz tal-posta rreġistrata.

FuqFuq

Ir-revoka ta' miżura ta' salvagwardja provviżorja li ġiet applikata ssir taħt ordni tal-uffiċjal tal-qorti li jkun inforza d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżura.

Deċiżjoni li tibdel miżura tal-ta' salvagwardja provviżorja tiġi infurzata minn uffiċjal tal-qorti, billi l-ewwel tiġi applikata l-miżura tal-ta' salvagwardja provviżorja sostituta u imbagħad tiġi revokata l-miżura tal-ta' salvagwardja provviżorja mibdula.

Ġbir ta' Provi  

Rikors għall-ġbir ta' provi hu eżaminat f'seduta tal-qorti li għaliha r-rikorrent u parteċipanti oħra fil-kwistjoni huma mistiedna. Madankollu, in-nuqqas ta' dawn il-persuni milli jattendu ma jostakolax l-eżaminazzjoni tar-rikors.

Meta rikors biex jiġu miġbura l-provi jkun ġie ppreżentat qabel ma tkun inġiebet pretensjoni, qorti jew imħallef għandhom jieħdu deċiżjoni fir-rigward tar-rikors fi żmien 10 ijiem minn meta jkunu rċivewha.

L-evidenza għandha tiġi miġbura mingħajr ma jissejħu parteċipanti potenzjali fil-kwistjoni skont id-deċiżjoni tal-imħallef u f'każijiet urġenti biss. Dawn il-każijiet jirrelataw biss ma' ksur jew ksur potenzjali ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, protezzjoni tad-dejtabejż (sui generis), trejdamarks u indikaturi tal-oriġini ġeografiċi, privattivi, drittijiet relatati mal-kampjuni tad-disinn, varjetajiet ta' pjanti u topografija ta' prodotti tas-semikonduttur (minn hawn �il quddiem imsejħa - drittijiet tal-propjetà intelletwali), jew każijiet fejn ma jistax jiġi stabbilit min se jkunu l-parteċipanti fil-kwistjoni.

Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-ġbir ta' provi mingħajr il-preżenza tal-konvenut potenzjali jew parteċipanti oħra fil-kwistjoni, dawn jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni mhux iżjed tard miż-żmien meta d-deċiżjoni tiġi infurzata.

FuqFuq

Biex jiġi milqugħ rikors sabiex jiġu miġbura l-provi qabel ma tinġieb pretensjoni, l-imħallef jistabbilixxi perjodu ta' żmien mhux iżjed minn 30 ġurnata għall-preżentazzjoni tar-rikors .

Biex jissodisfa applikazzjoni għall-ġbir ta' provi qabel ma tinġieb pretensjoni, imħallef jista' jitlob li l-attur potenzjali iħallas ammont ta' flus speċifikat fil-kont ta' depożitu tal-uffiċjal tal-qorti jew li jipprovdi garanzija ekwivalenti sabiex jagħmel tajjeb għad-danni li l-konvenuti jistgħu jiddekorru b'rabta mal-ġbir ta' provi.

Il-minuti tas-seduta tal-qorti u l-materjal miġbur tul il-kors tal-ġbir ta' provi għandhom jinżammu sakemm meħtieġ mill-qorti li tkun qed taġġudika l-kwistjoni.  

Meta l-qorti li tkun qed tisma' l-każ ma tkunx kapaċi tiġbor l-evidenza li tkun tinsab f'belt jew distrett ieħor, il-qorti jew l-imħallef għandhom jassenjaw attivitajiet proċedurali speċifiċi lill-qorti xierqa.  

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ġbir ta' proviqabel ma tinġieb pretensjoni u l-pretensjoni ma tinġiebx fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-qorti, l-imħallef, wara li jkun irċieva r-rikors mill-attur jew mill-konvenut potenzjali, għandu jieħu deċiżjoni dwar ir-revoka tal-ġbir tal-provi.  

Miżuri provviżorji

Fi kwistjonijiet ta' annullament jew xoljiment taż-żwieġ u kwistjonijiet li joħorġu minn drittijiet tal-kustodja jew tal-aċċess, il-qorti, meta l-eżaminazzjoni ta' kwistjoni trid tiġi postposta u meta ssir talba minn waħda mill-partijiet, tista' tieħu deċiżjoni qabel ma tingħata s-sentenza biex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li għalihom tipprovdi l-liġi u li jridu jiġu riżolti b'mod urġenti.

FuqFuq

Din id-deċiżjoni tiskadi meta tittieħed deċiżjoni oħra fuq il-kwistjoni.

3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?  

Il-ġbir ta' provi huwa ta’ importanza kritika, għax dan jassigura li s-sentenza tiġi infurzata.

Il-qbid tal-propjetà mobbli tad-debitur tinvolvi li l-propjetà mobbli tad-debitur tiġi konfiskata u tinżamm taħt kustodja. Uffiċjal tal-qorti għandu jqiegħed il-propjetà marbuta tad-debitur fil-kustodja ta’ persuna naturali, li jrid jipprovdi firma li tiċċertifika r-riċezzjoni. Debitur jew membri tal-familja tiegħu jew tagħha jistgħu jużaw il-propjetà li tkun tħalliet fil-kustodja tagħhom jekk, skont il-karatteristiċi tagħha, ma tiġix meqruda jew jekk il-valur tagħha ma jonqosx sostanzjalment bl-użu.

Biex tiġi maqbuda propjetà mobbli, għandha tinġieb il-firma tad-debitur jew ta’ min jaħżen sabiex ma jkunux jistgħu jitrasferixxu, jipotekaw jew jużaw il-propjetà għal xi funzjoni jew skop ieħor u li jistgħu jinstabu kriminalment responsabbli għall-approprjazzjoni indebita, it-trasferiment, il-ħabi jew is-sostituzzjoni tagħha.

Meta jinqabad mezz tat-trasport jew proprjetà mobbli oħra soġġetta għar-reġistrazzjoni, l-uffiċjal tal-qorti għandu jinnotifika l-awtorità tar-reġistrazzjoni rilevanti dwar dan il-qbid.  

Meta tingħata deċiżjoni tal-qorti fi kwistjoni relatata mad-drittijiet tal-proprjetà jew l-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, dikjarazzjoni tal-irkupru u l-iskrizzjoni ta' ipoteka legali għandhom idewmu kwalunkwe eżekuzzjoni volontarju mis-sid.

Miżuri kawtelatorji jippermettu wkoll li l-awturi jitolbu li qorti tiggarantilhom il-pretensjonijiet għad-drittijiet ċivili tagħhom fi kwistjonijiet mhux materjali, u b’hekk jitnaqqas in-numru ta’ ksur potenzjali tad-drittijiet tal-propjetà intelletwali u l-miżura tad-danni arrekati lill-awtur. Barra minn hekk, dawn il-miżuri jippermettu r-riżoluzzjoni ta’ malajr ta’ ksur tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali u r-restituzzjoni tal-interessi u d-drittijiet leġittimi tal-awtur miksura.

FuqFuq

Miżuri kawtelatorji jsolvu jew jassiguraw kwistjonijiet li jirrikjedu riżoluzzjoni ta’ malajr, pereżempju, l-adozzjoni ta’ miżura kawtelatorja tista’ sservi biex ma tħallix il-possibilità li tifel jew tifla jittieħdu lil hin mill-fruntieri ta’ pajjiż b’mod illegali qabel ma tkun ġiet eżaminata rikjesta għax-xoljiment taż-żwieġ.

4. Hemm possibilità ta’ appell kontra xi miżura?

B’rabta mal-garanzija ta' pretensjoni  

Tilwima anċillari tista’ tiġi sottomessa b’rabta ma’ deċiżjonijiet dwar il-garanzija ta’ pretensjoni. Meta deċiżjoni dwar il-garanzija ta' pretensjoni tkun ittieħdet mingħajr il-preżenza ta’ parti fil-proċedimenti, il-perjodu ta’ 10 ijiem għas-sottomissjoni ta’ tilwima anċillari għandu jibda mill-ġurnata li l-parti msemmija tkun irċievet id-deċiżjoni.

B’rabta mal-ġbir preventiv tal-provi

Deċiżjoni li tissodisfa applikazzjoni għall-ġbir preventiv ta' provi ma tistax tiġi appellata. Madankollu, il-konvenut jista’ jitlob kumpens għad-danni li jkun sofra b’rabta mal-ġbir ta' provi meta:  

  • l-evidenza tkun ġiet miġbura preventivament qabel ma tkun inġiebet pretensjoni, iżda l-pretensjoni ma tkunx inġiebet fiż-żmien stipulat stabbilit mill-qorti;
  • il-pretensjoni miġjuba kontra l-konvenut ġiet rifjutata;
  • l-ebda azzjoni ma tkun ittieħdet fil-proċedimenti;
  • il-proċedimenti fil-kwistjoni ġew terminati għax il-pretensjoni tkun inġiebet minn persuna li m’għandux dritt li jagħmel hekk jew jekk l-attur ikun rtira l-pretensjoni tiegħu.

Kull ilment anċillari jista’ jiġi preżentat b’rabta mad-deċiżjoni tal-imħallef li jirrifjuta li jaċċetta applikazzjoni għall-ġbir ta' provi jew fejn deċiżjoni tkun ittieħdet mingħajr ma jkunu ssejħu l-parteċipanti potenzjali fil-kwistjoni. Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-ġbir ta' provi mingħajr il-preżenza ta’ parteċipant fil-kwistjoni, il-perjodu ta’ 10 ijiem għas-sottomissjoni ta’ lment anċillari għandu jibda mill-ġurnata meta tinħareġ jew tinbagħat id-deċiżjoni.

FuqFuq

B’rabta ma’ miżuri kawtelatorji provviżorji

Lment anċillari jista’ jiġi preżentat fir-rigward ta’ deċiżjoni li biha  applikazzjoni għal miżura tal-protezzjoni temporanja tkun ġiet rifjutata, jew meta deċiżjoni li tistabbilixxi miżura tal-protezzjoni temporanja tkun ittieħdet mingħajr il-preżenza ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ir-rikorrent ikun mitlub li jagħmel tajjeb għad-danni potenzjali li jistgħu jseħħu b’rabta mal-istipulazzjoni tal-miżura, jew meta miżura kawtelatorji provviżorja tkun ġiet mibdula bi strument ieħor.

Meta deċiżjoni li tistabilixxi miżura tal-protezzjoni temporanja tkun ittieħdet mingħajr il-preżenza ta’ parti fil-proċedimenti, il-perjodu ta’ 10 ijiem għas-sottomissjoni ta’ lment anċillari għandu jibda mill-jum meta d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata jew intbagħtet.

Miżuri Provviżorjii

B’rabta ma’ deċiżjoni tal-qorti li, sakemm tingħata s-sentenza, tistipula l-post ta’ residenza tat-tfal, proċeduri għall-kura tat-tfal, proċeduri għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-aċċess, mezzi ta' sosteniment għat-tfal, projbizzjoni kontra t-teħid tat-tfal barra mill-pajjiż, mezzi għall-manteniment tal-livell tal-benessri jew sosteniment li r-raġel jew il-mara kellhom qabel jew proċeduri għall-użu tad-dar li hi taż-żewġ miżżewġin flimkien, jew li jirrikjedu li waħda mill-partijiet tagħti oġġetti tad-dar u personali lil xulxin, ilment anċillari jista’ jiġi preżentat fi żmien 10 ijiem minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit