Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 10-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


“Nixtieq li l-miżuri jittieħdu malajr fi Stat li ma huwiex Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea mingħajr ma noqgħod nistenna li tingħata d-deċiżjoni finali.”

Tkun trid tagħmel rikors fil-qrati hemmhekk għall-eżekuzzjoni provviżorja tad-deċiżjoni jew għall-miżuri protettivi. F’ħafna Stati dawn il-miżuri jittieħdu biss fuq beni li jkunu fl-Istat ta’ l-oriġini, jew ikunu diffiċili li jiġu eżegwiti fi Stat ieħor.

Il-kisba tal-miżuri provviżorji jew kawtelatorji barra l-Unjoni hija kwistjoni ttrattata skond il-liġi internazzjonali privata tal-pajjiż partikulari.

Diversi organiżzazzjonijiet internazzjonali bdew jaħdmu indipendentement fuq l-istess suġġett.

  • Fl-2001 il-Kunsill ta’ l-Ewropa adotta Riżoluzzjoni English - français dwar l-“Approċċ ġenerali u l-mezzi biex id-deċiżjonijiet tal-qrati jiġu eżegwiti b’mod effettiv”. Qiegħda wkoll titħejja rakkomandazzjoni biex jiġu stabbiliti regoli u prinċipji komuni Ewropej dwar il-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni u l-marixxalli.
  • Il-Konferenza ta’ The Hague dwar il-Liġi Internazzjonali Privata stabbilixxiet studju English - français tal-liġi komparattiva dwar il-miżuri provviżorji u kawtelatorji fil-kwistjonijiet internazzjonali.
  • L-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata (UNIDROIT) abbozza sett ta’ prinċipji Englishfrançais PDF File (PDF File 270 KB) komuni ta’ proċedura ċivili rigward il-miżuri protettivi.

Dokumenti ta’ Referenza

  • Riżoluzzjoni English - français Nru 3 dwar l-“Approċċ ġenerali u l-mezzi biex id-deċiżjonijiet tal-qrati jiġu eżegwiti b’mod effettiv” (Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Nota English - français dwar miżuri provviżorji u kawtelatorji fil-liġi internazzjonali privata u l-liġi komparattiva, Dokument Preliminari Nru 10, Ottubru 1998 (Konferenza ta’ The Hague)
  • Prinċipji Englishfrançais PDF File (PDF File 270 KB) u r-regoli tal-proċedura ċivili transnazzjonali, punt Nru 17 (UNIDROIT)

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit