Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Il-miżuri proviżorji kawtelatarji u l-inġunzjonijiet in ġenerali jfissru l-għoti ta’ protezzjoni ġudizzjarja temporanja bħala konsegwenza ta’ proċess legali prinċipali li jeżamina kwistjoni li fir-rigward tad-dritt protett tkun jew pendenti jew ma tkunx sejra ddum ma tiġi ttrattata. L-għoti ta’ din il-protezzoni ġudizzjarja temporanja tfittex li tiżgura s-sodisfazzjon fil-futur tal-pretensjoni li l-qorti tkun sejra tezamina. Il-miżuri disponibbli huma: garanzija, reġistrazzjoni tal-penotazzjoni tal-mortage, sekwestru konserattiv, sekwestru ġudizzjarju, smigħ proviżorju tal-pretensjonijiet, regolazzjoni temporanja tas-sitwazzjoni, teħid ta’ pussess legali, ħelsien mit-teħid ta’ pussess legali, teħid ta’ l-inventarju u d-depożitu ta’ assi bankarji.
Il-miżuri li għadhom kif issemmew jiġu dejjem ordnati mill-qorti.
B’mod ġenerali, il-Qorti b’Ġudikant Wieħed ta’Prim’ Istanza hija kompetenti biex tordna dawn il-miżuri. Il-Qorti tal-Paċi jista’ jkollha l-ġurisdizzjoni biex tordna dawn il-miżuri fil-każ tar-kontroll temporanju tal-pussess jew tal-proprjetà u fejn, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elleniku tal-Proċedura Ċivili, hija kompetenti fil-każ prinċipali. Il-Qorti b’Ġudikant Wieħed ta’ Prim’ Istanza f’dawn il-każijiet ma jkollhiex ġurisdizzjoni materjali. Barra minn hekk, il-Qorti b’Aktar minn Ġudikant Wieħed ta’ Prim’Istanza li quddiemha jkun qiegħed jinstema’ l-każ prinċipali għandha l-ġurisdizzjoni fl-istess ħin mal-Qorti b’Ġudikant Wieħed ta’ Prim’ Istanza biex tordna l-miżuri li ssemmew qabel. Il-qorti kompetenti tkun il-qorti lokali li quddiemha jkun qiegħed jinstema’ l-każ prinċipali waqt li l-miżuri li ssemmew qabel jistgħu jiġu ordnati mill-qorti li tkun l-eqreb tal-post fejn dawk il-miżuri għandhom jiġu eżegwiti. Is-sentenza li tordna dawn il-miżuri għandha tingħata lill-parti affettwata biha u infurzata mill-uffiċjali amministrattivi. Jekk l-uffiċjal amministrattiv ma jitħalliex jaqdi d-dmir ta’ l-eżekuzzjoni, jista’ jitlob l-għajnuna tal-pulizija. L-ispejjeż ma jistgħux jiġu kkalkulati faċilment minħabba li l-ħlas ta’ l-avukati u l-uffiċjali amministrattivi jvarjaw. L-ispiża indikattiva hija ta’ madwar € 250.
Il-qorti tordna l-miżuri proviżorji jekk:
Għandha tingħata x-xhieda preliminari għal pretensjoni li b’mod raġonevoli tiġġustifika l-ordni tal-miżura, fi kliem ieħor ma tinħtieġx prova kompleta. Minflok tinħtieġ prova mhux kompleta, li tkun biżżejjed biex tikkonvinċi l-qorti li l-fatti veri jistgħu jeżistu. Huwa suffiċjenti għall-qorti li tikkunsidrahom probabbli biex tordna li tingħata protezzjoni ġudizzjarja. Sabiex tingħata l-protezzjoni meħtieġa għandu jkun hemm ċirkostanzi urġenti jew ir-risku imminienti tal-qbid tal-beni tad-debitur mill-parti li taqbadhom, b’mod illi fil-futur ikun impossibbli għalih li jieħu passi legali għall-eżekuzzjoni obbligatorja kontrih meta, wara li tintemm l-azzjoni prinċipali mill-kreditur, dan ikollu f’idejh titolu eżekuttiv.
Dawn il-miżuri japplikaw għall-beni kollha tad-debitur b’mod ġenerali, kemm jekk fil-pussess tiegħu kemm jekk fil-pussess ta’ terzi, sakemm ikunu jistgħu jiġu trasferiti skond ir-regoli tad-dritt privat u ma jkunux eżentati mil-liġi. B’mod partikulari, il-beni li dawn il-miżuri jkunu marbuta magħhom jinkludu l-proprjetà ta’ beni immobbli, il-proprjetà ta’ beni mobbli ikkunsidrata li ma tkunx tista’ tkun issekwestrata, il-bastimenti, l-inġenji ta’ l-ajru, il-vetturi ta’ fuq l-art, id-depożiti f’kontijiet bankarji u t-titoli finanzjarji f’reġistru elettroniku.
Wara s-sentenza id-debitur ma jkunx jista’ jiddisponi mill-beni li fuqhom tkun saret inġunzjoni biex tissekwestrahom, bħal sekwestru konservattiv mill-qorti tal-beni tiegħu jew prenotazzjoni tal-mortgage fuq il-proprjetà immobbli. Fil-każ li ma jobdix is-sentenza tal-qorti, id-debitur għandu jingħata piena ta’ ħabs sa sena bis-saħħa ta’ l-Artikolu 232A tal-Kodiċi Penali Elleniku.
Id-Digriet Leġiżlattiv 1059/1971 ippromulga l-kunfidenzjalità tad-depożiti bankarji u pprovda għal mill-inqas 6 xhur priġunerija fil-każ li membri tal-Bord tad-Diretturi, gvernaturi jew impjegati tal-bank jiksru din il-kunfidenzjalità. Madankollu, dan il-fatt ma jikkostitwixxix ostakolu għas-sekwestru konservattiv ta’ dawk id-depożiti minħabba li s-sentenza tal-qorti li tordna dik l-inġunzjoni ma għandhiex bilfors tispeċifika li d-depożiti bankarji jew it-titoli finanzjarji f’reġistru elettroniku jkunu temporanjament ssekwestrati bħala riżultat ta’ l-inġunzjoni. Lanqas il-projbizzjoni fuq it-tneħħija ta’ dawn il-beni imposta mis-sentenza ma tikser il-kunfidenzjalità minħabba li l-banek ma jkunux mitluba li jagħtu l-informazzjoni dwar l-eżistenza tagħhom. Fil-każ ta’ sekwestru konservattiv tal-beni fil-pussess ta’ terzi, dawn huma obbligati li jiddikjaraw jekk hemmx pretensjoni jew dritt marbuta u jekk hemmx każ ta’ sekwestru ieħor fuqhom u għal liema ammont.
Bis-saħħa tal-liġi dawn il-miżuri huma validi:
Jekk waħda mill-partijiet li tkun ġiet imħarrka biex tidher skond il-proċedura legali fiż-żmien stabbilit ma tidhirx fis-smigħ l-kawża, dan jirriżulta li dik il-parti tiġi pproċessata fl-assenza tagħha iżda l-qorti teżamina l-każ bħal li kieku l-litiganti kollha kienu preżenti minħabba li s-sentenza ta’ kontumaċja fil-proċedimenti ta’ miżuri proviżorji ma toħloqx preżunzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-fatti veri stabbiliti fl-applikazzjoni rilevanti. Il-każ jista’ jiġi eżaminat mill-ġdid mill-qorti fil-każ biss fejn il-parti pproċessata fl-assenza tagħha tiddependi fuq fatti veri ġodda li, kieku kienu fil-pussess tal-qorti, kienu jirriżultaw f’ordni ta’ miżura differenti. Din il-parti tista’ titlob ir-revoka jew il-modifikazzjoni tas-sentenza.
Ma jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju kontra s-sentenzi li jordnaw miżuri ħlief għal sentenzi li jordnaw il-kontroll temporanju tal-pussess jew tal-proprjetà li għalihom il-liġi tagħti l-għażla ta’ appell lill-Qorti b’Aktar Minn Ġudikant Wieħed ta’ Prim’ Istanza fi żmien għaxart ijiem mill-għoti tas-sentenza. Wara li tkun eżaminat il-każ, din il-qorti jew tikkonferma jew tannulla s-sentenza appellata u s-sentenza li tagħti tkun valida għal perijodu temporanju. Huwa possibbli għal litigant li jagħmel applikazzjoni biex tiġi rrevokata jew immodifikata sentenza (kif issemma aktar ‘il fuq) u huwa wkoll possibbli għal terz li ma jkunx tħarrek fil-kawża u li ma jkunx ħa sehem fiha iżda li jkollu bażi legali biex jagħmel petizzjoni biex tiġi rrevokata jew immodifikata sentenza (billi ssir caveat).
« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 08-06-2006

