Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 09-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
1.1. sekwestru kawtelatorju ta’ proprjetà mobbli u l-arrest tad-debitur (artiklu 916 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [ZPO]) 1.1.
1.2. mandat kawtelatorju (artiklu 935 et seq ZPO) 1.2.
1.3. notifika ta’ sekwestru (artiklu 845 ZPO) 1.3.
1.4. eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ infurzar provviżorji (artiklu 708 et seq ZPO) 1.4.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċedura 2.1.
2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. Għan u Natura ta’ dawn il-Miżuri  3.
3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal dawn il-miżuri? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Jista’ wieħed jappella kontra l-miżura? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Dawn il-miżuri huma maħsuba biex iħarsu lill-kreditur permezz tal-qbid temporanju ta’ l-assi tad-debitur jew b’deċiżjoni interlokutorja dwar il-qagħda legali, gtħalkemm il-miżuri nnifishom ma jissoddisfawx lill-kreditur.

Ara hawn isfel dwar dettalji tal-miżuri disponibbli:

1.1. sekwestru kawtelatorju ta’ proprjetà mobbli u l-arrest tad-debitur (artiklu 916 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [ZPO])

Is-sekwestru kawtelatorju jiġi eżegwit permezz tal-ħruġ ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni obbligatorja kontra l-assi tad-debitur (artiklu 928 ZPO) u l-arrest personali jista’ jkun billi d-debitur jinżamm taħt arrest jew taħt xi restrizzjonijiet oħra tal-libertà personali tiegħu ordnati apposta mill-qorti (artiklu 933 ZPO).

1.2. mandat kawtelatorju (artiklu 935 et seq ZPO)

Din hi ordni tal-qorti b’effett temporanju maħsuba biex tħares dritt jew biex tħares il-bwon ordni.

1.3. notifika ta’ sekwestru (artiklu 845 ZPO)

In-notifika ta’ sekwestru hi mezz privat ta’ eżekuzzjoni obbligatorja min-naħa tal-kreditur.

1.4. eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ infurzar provviżorji (artiklu 708 et seq ZPO)

Din hi kwistjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li ma kellhomx saħħa legali formali meta jkunu saru.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri?

2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċedura

Kull waħda mill-miżuri deskritti hawn fuq teħtieġ forma xierqa ta’ rikors lill-qorti. L-uniku każ li fih il-kreditur (jew marixxall f’ismu) jista’ jaġixxi mingħajr rikors lill-qorti hu fil-każ ta’ notifika ta’ sekwestru [Vorpfändung]. Meta tiġi notifikata notifika ta’ sekwestru, il-qorti trid toħroġ ordni biex tinforza l-qbid fi żmien xahar biex il-qbid ikun validu in kwantu eżegwibbli fil-perjodu speċifikat fin-notifika (artiklu 845 paragrafu 2 ZPO).

FuqFuq

Arrest tad-debitur jew sekwestru kawtelatorju u mandat ta’ inibizzjoni temporanju huma validi biss b’ordni tal-qorti – skond jekk id-deċiżjoni tal-qorti tiġix wara trattazzjoni bil-fomm jew le, dawn l-ordnijiet ikunu digrieti [Urteile] jew deċiżjonijiet [Beschlüsse].

In-notifika ta’ sekwestru (ara hawn fuq għad-dettalji) ma ssirx b’ordni tal-qorti. F’dan il-każ, il-kreditur jieħu l-inizjattiva waħdu (soltu billi jaħtar marixxall biex jaħdem għalih) u jfittex li jikseb eżekuzzjoni bis-saħħa ta’ dokument legali eżegwibbli, billi, waqt l-infurzar ta’ drittijiet, jinnotifika lid-debitur u lid-debitur tat-terza parti (jew billi jqabbad lil min jinnotifikahom) b’dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tal-kreditur li jeżegwixxi id-dritt jew pretensjoni permezz ta’ sekwestru (artiklu 845(1) ZPO). In-notifika ta’ debitur tat-terza parti għandha l-effett ta’ arrest kif imfisser fl-artiklu 930 ZPO sakemm is-sekwestru rigward id-debitu iseħħ fi żmien xahar (artiklu 845(2) ZPO).

L-eżekuzzjoni kawtelatorja ta’ digriet jinħareġ b’rikors fid-digriet stess mill-qorti. Dan jippermetti l-eżekuzzjoni qabel ma d-digriet jikseb saħħa legali formali. L-eżekuzzjoni ta’ digriet li hu biss infurzabbli provviżorjament tista’ tkun tiddependi mill-ħlas ta’ malleverija (artikli 708, 709 ZPO).

Ir-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ arrest jew ordni ta’ sekwestru hi kemm tal-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-każ prinċipali u l-qorti tal-konteja [Amtsgericht] fid-distrett fejn tinstab il-proprjetà maqbuda jew il-persuna ristretta fil-libertà personali. Hi biss il-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-każ li tista’ toħroġ mandat kawtelatorju.

FuqFuq

M’hemmx bżonn li l-kreditur jkollu avukat meta jitlob il-ħruġ ta’ mandat ta’ sekwestru jew arrest jew mandat kawtelatorju.

L-infurzar ta’ miżuri kawtelatorji hu prinċipalment ix-xogħol ta’ marixxall.

Spejjeż

L-Att dwar Spejjeż tal-Qrati [Gerichtskostengesetz – GKG] jiffissa l-fatt li t-tariffa kollha [volle Gebühr] trid titħallas rigward il-proċeduri ta’ rikors biex tinħareġ ordni ta’ sekwestru jew qbid jew mandat kawtelatorju. L-ammont tat-tariffa jitqies skond l-ammont tal-valur tal-kwistjoni in kawża. Il-qorti tagħmel stima ta’ dan minn każ għal każ skond l-interess tar-rikorrent fil-bejgħ ta’ l-assi tad-debitur. Tabella ta’ tariffi rigward ammonti in kawża sa 500,000.00 Ewro hi mehmuża ma’ dawn il-kummenti fl- Annex-1- PDF File (PDF File 68 KB). Jekk ir-rikors jinstema’ f’proċeduri orali u jekk il-kawża ma tintemmx b’ċessjoni tar-rikors qabel tmiem il-proċeduri orali, rikonoxximent tad-debitu, maħfra jew tranżazzjoni, tkun trid titħallas tariffa ogħla ekwivalenti għal 300%. L-ispejjeż jitħallsu primarjament mill-parti li kontriha l-qorti talloka l-ispejjeż fid-digriet tagħha – ir-rikorrent bħala dak li ta bidu għall-proċeduri jista’ wkoll ikun espost għall-ħlas ta’ l-ispejjeż.

L-infurzar ta’ l-ordni tal-qorti permezz ta’ strumenti ta’ l-istat (eżekuzzjoni) isir skond ir-regolamenti fis-seħħ dwar infurzar ta’ digrieti tal-qrati.

Il-marixxall iżomm dritt ta’ 2.50 ewro għal kull notifika bil-posta ta’ notifika ta’ sekwestru lid-debitur u lid-debitur tat-terza parti msemmija fin-notifika. Hemm ukoll spejjeż tal-posta u spejjeż dwar xi ċertifikazzjonijiet li jista’ jkun hemm bżonn. Id-dritt għal notifika personali mill-marixxall hi ta’ 7.50 Ewro, u f’dan il-każ jitħallsu wkoll l-ispejjeż ta’ trasport tal-marixxall. Skond id-distanza sal-post ta’ l-intimat, dawn ikunu bejn 2.50 u 10.00 Ewro. Id-dritt tal-marixxall biex ilesti n-notifika ta’ sekwestru hu f’isem il-kreditur (artiklu 845(1) sentenza 2 ZPO) hu ta’ 12.50 Ewro biex ikopru l-ispejjeż ta’ proċessar uffiċjali.

FuqFuq

L-eżekuzzjoni obbligatorja ta’ digriet ta’ infurzar kawtelatorju mhux differenti b’mod essenzjali minn eżekuzzjoni obbligatorja ta’ ordni legalment eżegwibbli. Skond in-natura tat-talba milquha, madankollu, il-liġi tiffissa modi differenti ta’ infurzar obbligatorju: D

Jekk id-debitur ikun irrikonoxxa li somma flus partikolari hi dovuta, il-kreditur spiss jinqeda bil-marixxall biex jinforza id-digriet tal-qorti. Hemm dritt pagabbli ta’ 20.00 ewro għas-sekwestru ta’ proprjeta mobbli bil-marixxall. Jekk il-marixxall jitħaddem għal aktar minn tliet siegħat, hemm dritt ieħor ta’ 15.00 Ewro għal kull siegħa jew parti minn siegħa.Jitħallsu wkoll xi spejjeż meħtieġa li jkun għamel il-marixxall. Id-dritt tal-kreditur li jitħallas jista’ jagħtih id-dritt li jitlob biex is-sekwestru jkun eżegwit fuq xi drittijiet tad-debitur (p.eż. sekwestru maħruġ fuq id-dħul tad-debitur - artiklu 829 ZPO). Jintalab dritt ta’ 10.00 ewro għall-proċeduri tar-rikors u l-ispejjeż inċidentali (partikolarment l-ispejjeż tan-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti) jitħallsu separatament.

Rigward eżekuzzjoni kontra proprjetà immobbli tad-debitur, jew issir ipoteka rigward id-debitu, jew il-proprjetà tinbiegħ b’irkant jew titqiegħed taħt ġestjoni obbligatorja. Il-liġi dwar l-ispejjeż f’kazijiet ta’ ġurisdizzjoni volontarja (Kodiċi ta’ l-Ispejjeż – KostO) jistipula li għandu jitħallas dritt sħiħ mqabbel mal-valur tad-debitu iggarantit biex issir l-iskrizzjoni ta’ ipoteka għall-garanzija ta’ debitu fir-Reġistru ta’ l-Artijiet. Tabella għal ammont sa Miljun ewro hi mehmuża ma’ dawn il-kummenti f’ Annex-2- PDF File (PDF File 64 KB). Hemm dritt ta’ 51.00 ewro pagabbli rigward rikors għal ordni li timponi l-bejgħ obbligatorju b’irkant jew ġestjoni obbligatorja ta’ proprjetà immobbli.

FuqFuq

Jekk id-dgriet igħid li d-debitur għandu jċedi parti minn proprjetà mobbli, il-marixxall, fuq talba tal-kreditur, jinforza d-deċiżjoni tal-qorti. Jitħallas dritt ta’ 20.00 Ewro għax-xogħol uffiċjali meħtieġ. Meta d-digriet igħid li d-debitur għandu jċedi xi proprjetà immobbli jew dar, ix-xogħol ta’ żgumbrament joħloq dritt ta’ 75.00 Ewro. Ma’ dawn għandhom jiżdiedu l-ispejjeż inċidentali tal-marixxall partikolarment dawk minħabba xogħol ta’ terzi persuni (p.eż. spejjeż ta’ ġarr, spejjeż ta’ min jiftaħ is-serraturi eċċ ). Jekk il-ħin tax-xogħol tal-marixxall ikun iżjed minn tliet sigħat, jitħallas dritt ieħor ta’ 15.00 Ewro għal kull siegħa żejda jew parti minnha.

2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi il-kundizzjonijiet sostantivi

Il-ħruġ ta’ ordni ta’ sekwestru jew qbid jippresupponi li hemm debitu (talba sekwestru sekwestru) li hemm motivazzjoni għas-sekwestru jew għall-qbid. Fil-każ ta’ sekwestru kawtelatorju ta’ proprjetà li bih jinqabdu l-assi sekwestrabbli kollha tad-debitur, jitqies li hemm ġustifikazzjoni għas-sekwestru jekk ikun hemm biża’ li d-debitur, bl-għemil diżonest tiegħu, jista’ jew ixejjen jew itellef b’mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tad-digriet billi per eżempju, jwarrab jew jaħbi l-assi tiegħu.

Arrest personali, jiġifieri l-arrest tad-debitur stess, hu wkoll maħsub biex iżommhu milli jwarrab xi assi jew ħwejjeġ sekwestrabbli. Madankollu, dan jista’ biss jiġi ordnat jekk il-livell ta’ sigurtà għall-kreditur ma jistax jinkiseb permezz ta’ sekwestru kawtelatorju tal-proprjetà.

Mandat kawtelatorju għandu l-effett li jiddeskrivi u jiffissa qagħda legali temporanja partikolari. L-għan tiegħu hu li jżomm il-qagħda kurrenti milli tinbidel u b’hekk ixxejjen jew sostanzjalment itellef il-likwidazzjoni tad-drittijiet ta’ xi parti. Mandat jirregola t-talbiet għall-ħruġ jew għall-aċċettazzjoni temporanja jew eżekuzzjoni ta’ xi azzjoni partikolari (artikli 935, 938, 940 ZPO). Ir-regolamenti li jirregolaw il-mandati kawtelatorji huma essenzjalment dawk li jirregolaw is-sekwestru u l-qbid (artiklu 936 ZPO).

FuqFuq

Ir-raġunijiet u d-dritt għall-arrest jew sekwestru mhemmx għalfejn jiġu ippruvati, iżda għandha titressaq xhieda suffiċjenti (artiklu 920(2) ZPO). L-istess jgħodd għall-ħruġ ta’ mandat kawtelatorju (artiklu 936 ZPO).

Fattur kruċjali li għandu jitqies fil-ħruġ ta’ miżuri kawtelatorji bħal dawn hi l-‘urġenza’. Il-kreditur irid jikkonvinċi lill-qorti illi l-azzjoni b’ħeffa hi l-uniku mezz biex titħares il-qagħda għaliex hemm riskju immedjat ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet tiegħu.

3. Għan u Natura ta’ dawn il-Miżuri 

3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji jkopru l-assi kollha li huma soġġetti għall-eżekuzzjoni obbligatorja.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn?

L-arrest jew qbid għandu l-effett ta’ sekwestru li bih kemm id-debituri u kemm debituri tat-terza parti jitilfu d-diritt li jiddisponu mill-assi maqbuda. .

Is-sekwestru hu mħares bir-regolament fl-artiklu 136 tal-Kodiċi Penali Ġermaniż [StGB] – vjolazzjoni ta’ qbid. Il-vjolazzjonijiet jistgħu wkoll jagħtu lok għal kawża għad-danni skond il-liġi ċivili.

F’każijiet ta’ arrest jew qbid, l-artiklu 945 ZPO jistipula li hemm ukoll obbligu għall-ħlas ta’ kumpens li jaqa’ fuq il-parti li tkun talbet il-ħruġ ta’ l-ordni jekk issir prova li mill-bidu ma kien hemm l-ebda kawża għall-arrest jew qbid jew mandat kawtelatorju jew jekk jinħareġ kontromandat bis-saħħa ta’ l-artiklu 936(2) jew l-artiklu 942(3) ZPO.

FuqFuq

Il-kreditur jista’ fi żmien xahar, jitlob għall-infurzar ta’ ordni ta’ arrest jew qbid jew ta’ mandat kawtelatorju. Essenzjalment, ir-regoli ġenerali dwar eżekuzzjoni obbligatorja (artikli 928, 936 ZPO) huma applikabbli f’dan il-każ. Fil-qbid kawtelatorju, l-infurzar hu permezz ta’ sekwestru (artiklu 930 ZPO) u fl-arrest personali tad-debitur dan isir ġeneralment permezz tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest (artiklu 933 ZPO).

Dan li ġej hu rigward il-mandati kawtelatorji: Il-marixxall jobdi l-ordni biex jaqbad proprjet skond l-artiklu 883 ZPO. L-ordnijiet biex isiru jew ma jsirux ċerti azzjonijiet jinħarġu bis-saħħa ta’ l-artiklu 887 ZPO (awtorizzazzjoni mill-qorti biex il-kreditur jieħu xi azzjoni raġonevoli) jew bl-artikli 888, 890 ZPO (ordni dwar pagamenti ta’ penali/detenzjoni jew multi/arrest għaż-żamma minn azzjonijiet jew omissjonijiet mhux raġonevoli u lqugħ temporanju).

Meta s-sekwestru jkun ta’ bilanċ f’kont fil-bank. Tkun applikabbli proċedura partikolari, jiġifieri li skond l-artiklu 835(3) ZPO, il-bilanċ fil-kont tal-bank tad-debitur li hu persuna naturali ma jistax jitħallas lill-kreditur qabel ma jgħaddu ħmistax min-notifika ta’ l-ordni ta’ trasferiment lid-debitur tat-terza parti. Din il-proċedura tagħti lid-debitur l-opportunità li jitlob għal eżenzjoni mis-sekwestru qabel ma l-bilanċ jitħallas lill-kreditur li qiegħed jeżegwixxi.

3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?
Il-liġi tiffissa xi limitu ta’ żmien jew hi l-qorti li tiffissa perjodu ta’ validità fiss?

L-infurzar ta’ ordni ta’ arrest jew sekwestru jew ta’ mandat kawtelatorju ma jistax isir jekk ikun għadda xahar minn meta issir in-notifika tad-digriet.

FuqFuq

Il-miżura hi valida sakemm il-qorti toħroġ id-digriet jew sakemm tinħareġ miżura oħra?

Il-miżuri huma validi sakemm ikun hemm raġunijiet għall-prekawzjoni jew tibqa’ teżisti n-natura temporanja taċ-ċirkostanzi.

Jekk oriġinarjament miżura tkun ġiet ordnata fuq talba ta’ parti waħda, hemm xi perjodu ta’ żmien sa meta għandhom jinstemgħu ż-żewġ partijiet?

Il-proċedura ta’ arrest/sekwestru mhux bil-fors teħtieġ li jinstemgħu ż-żewġ partijiet (artiklu 922 ZPO). Jekk id-debitur jappella, għandu jsir smigħ (artiklu 924 ZPO). Għandu jkun hemm smigħ kull meta r-rikors hu għall-ħruġ ta’ mandat kawtelatorju. Dan jista’ ma jsirx biss f’każi ta’ urġenza jew meta ma jintlaqax rikors (artiklu 937 ZPO paragrafu 2 ZPO).

M’hemmx limitu ta’ żmien rigward smigħ għall-partijiet in kawża.

4. Jista’ wieħed jappella kontra l-miżura?

L-ordni tal-qorti għall-arrest/sekwestru jew għal mandat kawtelatorju tista’ ssir permezz ta’ digriet finali (wara smigħ viva voce) jew b’deċiżjoni (artikli 922, 936 ZPO).

Il-partijiet jistgħu jappellaw kontra d-digriet jekk huma esposti għal ħlas ta’ iżjed minn 600 Ewro..

Dan li ġej hu applikabbli rigward il-ħruġ ta’ deċiżjoni:

Id-debitur jista’ jappella kontra deċiżjoni ta’ arrest/sekwestru jew mandat kawtelatorju (artiklu 924 ZPO). Għalhekk jiġi appuntat is-smigħ viva voce biex jinħareġ id-digriet finali dwar il-leġittimità tal-miżura.

Jekk jiġi miċħud ir-rikors, il-kreditur jista’ jappella immedjatament fi żmien ħmistax minn-notifika ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda. L-istess jgħodd jekk id-deċiżjoni tkun għall-arrest/sekwestru jew mandat kawtelatorju jekk fl-istess waqt il-kreditur jintalab il-malleverija.

Id-debitur jista’ wkoll jitlob li biex l-ordni ta’ arrest/sekwestru jew mandat kawtelatorju jitwarrab minħabba li l-kreditur ikun naqas li jissostanzja l-pretensjoni tiegħu fiż-żmien stipulat (artiklu 926 ZPO) jew għaliex ikunu nbidlu ċ-ċirkostanzi (artiklu 927 ZPO).

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit