Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


“Bdejt azzjoni fil-qrati, imma l-proċeduri mexjin bil-mod u qed tħossok qisek qed taqta’ qalbek."

Tibża li d-debitur tiegħek ser jieħu vantaġġ mill-proċeduri twal ħafna u mid-diversi faċilitajiet ta’ rimedju biex jaħrab il-kredituri tiegħu qabel ma attwalment tingħata is-sentenza. Per eżempju, jista’ jitħajjar jorganizza l-insolvenza tiegħu stess jew jittrasferixxi l-beni tiegħu. Jekk hu hekk huwa fl-interess tiegħek li tirrikorri l-qorti għall-miżuri provviżorji.

Il-qorti tista’ tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji kontra l-beni tad-debitur. L-iskop ta’ dawn il-miżuri kollha huwa biex tkun antiċipata s-sentenza finali fuq il-mertu għal ċertu perjodu biex ikun żgurat li tkun tista’ tiġi eżegwita. Imma irid ikun hemm distinzjoni bejn diversi sitwazzjonijiet.

1. Miżuri kawtelatorji

Kienu mfissra mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala miżuri ddisinjati biex ikunu ssalvagwardati drittijiet li r-rikonoxximent tagħhom jintalab fi proċeduri oħra fil-qorti li tisma’ l-kawża fil-mertu u biex ikun ppriservat l-istatus quo kemm fil-fatt u fid-dritt. Fil-prattika, dawn il-miżuri jippermettu lill-kreditur li jkopri lilu nnifsu kontra r-riskju li ma jitħallasx bl-użu ta’ żewġ tekniki: jew id-debitur ma jitħallix jiddisponi mill-beni tiegħu jew jiġu rreġistrati piżijiet fuqhom biex jekk jiddisponi minnhom jistgħu jinġabru lura minn akkwirenti sussegwenti.

Eżempji ta’ miżuri kawtelatorji:

  • Is-sekwestru preventiv ta’ propjetà immobbli jew somom ta’ flus li jkunu proprjetà tad-debitur;
  • L-amministrazzjoni kkontrollata mill-qorti (court receivership) ta’ proprjetà kkontestata li għandha tkun ippriservata fil-kondizzjoni preżenti tagħha sakemm tingħata s-sentenza;
  • Is-sekwestru permezz ta’ l-ipoteka fuq il-proprjetà immobbli, il-beni tan-negozju u titoli ta’ valur. Hemm regoli rigward il-pubbliċità.

Kondizzjonijiet biex ikunu ordnati l-miżuri kawtelatorji:

  • Meta tagħmel ir-rikors tiegħek, il-qorti (li, jiddependi fuq l-Istat Membru, tista' tkun il-qorti li qed tisma’ l-każ jew qorti speċjali responsabbli għall-miżuri provviżorji u kawtelatorji) tista’ titolbok tipprovdi evidenza li t-talba tiegħek tista' tirnexxi u li hemm riskju li ma tkunx tista' tiġbor lura d-dejn mid-debitur tiegħek.
  • L-Ordni tal-qorti tispeċifika l-beni koperti bil-miżura, sa ċertu ammont fi proporzjon mat-talba tiegħek. Hemm listi ta’ oġġetti u beni li ma jistgħux ikunu ssekwestrati (l-ilbies, l-ikel, ċerti affarijiet ta’ l-għamara, porzjon mill-pagi jew is-salarji) biex ikun żgurat li d-debitur u l-familja tiegħu xorta jistgħu jgħixu f’livell ta’ ħajja diċenti. Id-debitur jista’ jisfida l-miżura u japplika biex is-sekwestru jitneħħa. Jekk, wara li l-każ ikun instema’ fil-mertu, tkun ksibt sentenza finali eżegwibbli, tista' tikkonverti s-sekwestru kawtelatorju f'ordni ta' eżekuzzjoni.

2. Miżuri provviżorji

FuqFuq

F’sitwazzjonijiet oħra urġenti, miżuri purament kawtelatorji mhux dejjem ikun biżżejjed. Il-qorti tista’ għalhekk tordna ċerti miżuri provviżorji li jkollhom effetti simili għas-sentenza mistennija fil-mertu. Is-sentenza finali tista’ tikkonferma jew tirrevoka dawn il-miżuri provviżorji.

Bħall-miżuri kawtelatorji, il-miżuri provviżorji jittieħdu qabel ma tingħata s-sentenza fil-mertu; dan jiddistingwihom mill-eżekuzzjoni provviżorja.

3. Eżekuzzjoni provviżorja

Kellek sentenza favurik imma għad hemm il-possibbilità ta’ appell jew sfida. Tixtieq teżegwixxi s-sentenza minnufih billi tibża’ li d-debitur tiegħek jista’ jappella sempliċiment biex itawwal il-proċeduri. F’ħafna każijiet bħal dawn il-qorti tordna l-eżekuzzjoni provviżorja tas-sentenza. Ċerti ħtiġiet jistgħu jkunu imposti, jiddependi mill-pajjiż (l-urġenza, il-garanzija mogħtija mill-kreditur, il-prinċipju tal-proċeduri akkużatorji, it-talba ma tistax tkun sfidata għalkemm is-sentenza tista’ xorta tkun appellata, eċċ.).

Paragun tal-leġiżlazzjoni nazzjonali juri li hemm kważi nuqqas sħiħ ta’ xi definizzjoni ta’ miżuri provviżorji u kawtelatorji u li s-sistemi legali huma aktarx differenti ħafna minn xulxin. Id-differenza bejn l-Istati Membri tikber aktar meta l-miżuri aktarx jagħmlu l-proċeduri fil-mertu żejda u jassistu fl-evitar tar-regoli normali tal-ġurisdizzjoni. Is-setgħat tal-qrati li jisimgħu r-rikorsi għall-eżekuzzjoni provviżorja wkoll m’humiex imqassma b‘mod uniformi – xi Stati Membri jirrifjutaw li jippermettu kull deċiżjoni li tista’ tantiċipa l-eżitu finali.

Hemm differenzi sostanzjali sew fil-kondizzjonijiet biex ikunu ordnati dawn il-miżuri. Il-ħtieġa ta’ l-urġenza qiegħda dejjem aktar tkun interpretata f’termini wesgħin sew, per eżempju.

Hemm ukoll differenzi sostanzjali fin-natura ta’ l-oġġetti u l-beni li jistgħu jkunu affettwati, it-tip ta’ miżuri disponibbli u r-relazzjoni bejn il-qorti li tordna l-miżuri provviżorji jew kawtelatorji u l-qorti li tisma’ l-każ fil-mertu. L-aspetti formali huma wkoll il-bogħod mill-uniformità. F’ħafna Stati Membri l-miżuri provviżorji jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ qorti, li tista’ tkun waħda speċjalizzata f’xi wħud u waħda ġenerali f’oħrajn, waqt li terġa’ f’oħrajn dan mhux meħtieġ. U l-proċedura hija bażikament unilaterali f’ħafna Stati Membri imma akkużatorja f’oħrajn matul il-proċedura, ħlief fl-aktar każijiet urġenti, biex ikunu evitati sorpriżi f'daqqa.

Meta tikklikja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri dawn joħduk għall-informazzjoni fuq il-proċeduri relatati għall-miżuri provviżorji u kawtelatorji.

Meta tikklikja fuq l-ikona tal-liġi tal-Komunità din tieħdok għall-informazzjoni fuq miżuri provviżorji u kawtelatorji fi Stat Membru ieħor.

L-informazzjoni fuq il-konvenzjonijiet internazzjonali jistgħu jinstabu billi tikklikja fuq l-ikona tal-liġi internazzjonali.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit