Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


«Irrid li miżuri jittieħdu mill-aktar fiss fi Stat Membru ieħor mingħajr ma nistenna li tingħata s-sentenza finali.»

Għandek titlob lill-qrati ta’ dak l-Istat għal esekuzzjoni proviżorja tas-sentenza jew għal miżuri protettivi. F’bosta Stati Membri, dawn il-miżuri huma madankollu limitati għall-assi li jinsabu fl-Istat ta' l-oriġini jew huma diffiċli li jiġu implimentati fi Stat Membru ieħor.

Ir- Regolament (KE) Nru 44/2001 “Brussell I” tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni, rikonoxximent u esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, jistipula n-normi komuni għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġurisdizzjoni u l-esekuzzjoni tas-sentenzi. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri interim u miżuri kawtelatorji, ir-regolament għandu żewġ dispożizzjonijiet li, għall-applikazzjoni tagħhom, jirreferu għal-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri:

  • L-Artikolu 31 tar-Regolament jistabbilixxi li l-miżuri interim u l-miżuri kawtelatorji stipulati mil-liġi ta’ Stat Membru, jistgħu jintalbu lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-Istat, anke jekk, skond ir-Regolament imsemmi, ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor hi kompetenti fis-sustanza ta’ dan il-każ. Il- Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej illimitat il-possibbiltà ta’ l-użu ta’ miżuri bħal dawn: Miżuri interim u miżuri kawtelatorji għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 31 tar-Regolament huma biss il-miżuri li, fit-temi għal xhiex l-artikolu japplika, huma maħsuba biex iżommu sitwazzjoni ta' fatt jew ta' dritt sabiex iħarsu d-drittijiet li r-rikonoxximent tagħhom hu mitlub lill-Qorti li qed tisma’ l-meritu tal-każ. Minbarra dan, l-għotja ta’ miżuri interim jew miżuri kawtelatorji skond l-Artikolu 31 tar-Regolament hi suġġetta, b’mod partikolari, għall-kundizzjoni li jkun hemm rabta vera bejn l-għan ta’ din il-miżura u l-ġurisdizzjoni terittorjali tal-qorti magħżula fl-Istat Membru. Minbarra dan, id-dritt ta' l-akkużat għal proċedura kontenzjuża għandu jiġi rrispettat.
  • L-Artikolu 47 tar-Regolament imsemmi jistipula li, meta deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata esegwibbli skond dan ir-regolament, ir-rikorrent jista’ jitlob li jibbenefika minn miżuri interim, jew kawtelatorji, stipulati mil-liġi ta’ l-Istat Membru kkonċernat, mingħajr ma din id-deċiżjoni tiġi ddikjarata esegwibbli fis-sens ta’ l-Artikolu 41. Id-dikjarazzjoni tas-saħħa għall-esekuzzjoni twassal għall-awtorizzazzjoni sabiex jipproċedu għal kwalunkwe miżuri kawtelatorji. Madankollu, l-Artikolu 47(3) iżid li, waqt il-limitu ta’ żmien stipulat għal appell fl-Artikolu 43(5), kontra d-dikjarazzjoni tas-saħħa għall-esekuzzjoni u sakemm tali appell ikun ġie ddeterminat, jista’ jipproċedi biss b’miżuri kawtelatorji fuq l-assi tal-parti kontra min l-esekuzzjoni hi mitluba.

Il-«Programm ta’ miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali» tat-30 ta’ Novembru 2000 jistipula bosta fażiijiet sabiex ikun hemm żvilupp fl-oqsma koperti mir-Regolament “Brussell I”. Bħala l-ewwel serje ta’ miżuri li jaffetwaw direttament ir-rikonoxximent reċiproku, hu ppjanat li jitnaqqsu aktar il-miżuri intermedjarji u li jissaħħu l-effetti, fl-Istat ikkonċernat, tad-deċiżjonijiet meħudha fl-Istat ta' l-oriġini. Dawn l-għanjiet jistgħu jinkisbu permezz ta:

  • implimentazzjoni ta’ esekuzzjoni proviżorja: Id-deċiżjoni li, fil-pajjiż ikkonċernat, tagħraf li s-saħħa għall-esekuzzjoni sejra tkun esegwibbli proviżorjament, minkejja l-possibbiltà ta’ appell Għal dan l-iżvilupp tkun meħtieġa emenda għall-Artikolu 47(3), tar-Regolament “Brussell I”;
  • l-implimentazzjoni ta’ miżuri kawtelatorji fuq livell Ewropew: Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru twassal għall-awtorizzazzjoni li jittieħdu, fit-territorji kollha ta’ l-Unjoni, miżuri kawtelatorji fuq l-assi tad-debitur;
  • it-titjib tal-miżuri ta’ sekwestru tal-banek, per eżempju billi jiġi stabbilit sekwestru Ewropej ta’ l-assi tal-bank.

Dokumenti ta’ referenza

  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, rikonoxximent u esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
  • Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew 98/C 33 “lejn effiċjenza akbar fil-kisba u l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea”
  • Proġett ta’ programm tat-30 ta’ Novembru 2002 tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit