Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 23-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Repubblika Ċeka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. Liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ miżuri bħal dawn? 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri bħal dawn? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn? 3.2.
3.3. Sakemm jibqġħu validi miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Hemm il-possibbiltà ta’ appell mill-miżura? 4.

 

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Nagħmlu distinzjoni bejn il-miżuri proviżorji u t-tqegħid fiż-żgur ta’ l-evidenza.

Qabel jibdew il-proċeduri, qorti tista’ tiddeċiedi li toħroġ miżura proviżorja, li tikkonsisti f’arranġament proviżorju bejn il-partijiet jew fi proċeduri interlokutorji biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-qorti. Qabel jibdew il-proċeduri fil-mertu, il-qorti tista’ ukoll tqiegħed fiż-żgur (jiġifieri tiġbor) l-evidenza (eż. Tisma’ xhud, tordna li tiġi ppreparata opinjoni esperta, teżamina dokument), jekk hemm biza’ li ser ikun impossibbli jew diffiċli ħafna biex dan isir aktar ‘l quddiem.

2. Liema huma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri?

2.1. Il-proċedura

Parti fi proċeduri li għandha interess li tqiegħed fiż-żgur l-evidenza jew li tikseb miżuri proviżorji għandha tapplika lill-qorti li qed tisma’ il-każ. Hemm eċċezzjoni fil-każ ta’ miżuri proviżorji fi proċeduri li l-qorti tista’ tiba mingħajr rikors (eż. F’każijiet li jikkonċernaw il-kura tal-minuri, jekk hux ammissibbli li persuna titpoġġa jew tinżamm f’istituzzjoni tas-saħħa, il-kapaċità legali, it-tutela, il-wirt, id-dikjarazzjoni ta’ mewt preżunta, li jiġi deċiż jekk żwieġ hux validu jew le). F’każijiet bħal dawn il-qorti tordna l-miżuri proviżorji ex officio u mhux meħtieġ li ssir applikazzjoni. Mhix meħtieġa r-rappreżentanza permezz ta’ avukat meta ssir l-applikazzjoni biex jiġu eżegwiti l-miżuri proviżorji jew biex l-evidenza titqiegħed fiż-żgur.

FuqFuq

Miżuri proviżorji huma ordnati mill-qorti li hija kompetenti fuq il-proċeduri fil-mertu. It-tqegħid fiż-żgur ta’ l-evidenza jiġi eżegwit mill-qorti li kienet tkun kompetenti fuq il-proċeduri fil-mertu jew il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinsab il-materjal ta’ evidenza li qiegħed f’riskju.

L-evidenza tista’ titqiegħed fiż-żgur permezz ta’ att redatt minn nutar pubbliku jew minn marixxall, jekk il-fatti konċernati ġraw fil-preżenza ta’ nutar jew marixxall jew jekk nutar jew marixxall jiċċertifika l-istat fattwali. L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna miżuri proviżorji hija f’idejn l-uffiċjali ta’ l-infurzar tal-qorti (jiġifieri l-impjegati tal-qorti) jew tista’ tiġi afdata f’idejn marixxall (jiġifieri persuna naturali li tingħatlha s-setgħa ta’ l-eżekuzzjoni).

Mhux meħtieġ ħlas biex jiġi ppreżentat rikors li jitlob li titqiegħed fiż-żgur l-evidenza. Il-ħlas biex isir rikors għal miżuri proviżorji huwa ta’ CZK 500, ħlief meta jiġi ppreżentat fi proċeduri għas-soluzzjoni tat-talbiet, meta m’hemm l-ebda ħlas. Ċerti proċeduri huma kompletament bla ħlas tal-qorti, jiġifieri mhux meħtieġ ħlas lanqas biex isir rikors għal miżuri proviżorji. Dan japplika, per eżempju, f’każijiet dwar kumpens għad-danni kaġunati mill-eżerċizzju ta’ setgħa pubblika li twassal għal deċiżjoni illegali, deċiżjoni dwar kustodja, jew dwar azzjoni uffiċjali inġusta; f’każijiet dwar ir-reġistru kummerċjali, jekk jittrattaw ir-reġistrazzjoni ta’ persuna naturali jew legali li falliet; jew fi proċeduri ta’ falliment, inklużi dawk ta’ arranġament obbligatorju, ħlief għal kawżi li joħorġu minn falliment; kif ukoll, fost affarijiet oħra, fil-każ ta’ talbiet għal kumpens għad-danni fiżiċi u kumpens għal danni lill-proprjetà b’konnessjoni ma’ danni fiżiċi.

FuqFuq

2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Qorti tista’, jekk neċessarju, tordna miżuri proviżorji bħala arranġament temporanju bejn il-partijiet jew jekk hemm biża’ li l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-qorti tista’ tiġi ppreġudikata.  Triq tiġi ppruvata l-ħtieġa ta’ arrangament temporanju fir-relazzjoni legali bejn il-partijiet. Ċirkostanzi oħra sinifikanti biex jiġu ordnati miżuri proviżorji jridu jkunu għall-anqas iċċertifikati (jiġifieri li jkunu probabbli meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ).

Biex tinksieb ordni għal miżuri proviżorji bbażata fuq il-biża li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi ppreġudikata, irid dejjem ikun hemm deċiżjoni li tikkostitwixxi jew dokument li jikkostitwixxi ordni ta’ infurzar. Miżuri proviżorji jistgħu jiġu ordnati biss jekk id-deċiżjoni għada ma saritx infurzabbli jew jekk jeżistu raġunijiet serji għala l-persuna intitolata ma setgħetx sa dak iż-żmien – temporanjament – titlob li jiġi ssodisfat l-obbligu impost permezz ta’ l-infurzar tad-deċiżjoni. Fl-istess waqt trid tinġieb prova li tissostanzja l-biża li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tista’ tkun ippreġudikata (speċjalment mill-imġieba tad-debitur).

Qabel jibdew il-proċeduri fil-mertu, jista’ isir rikors biex titqiegħed fiż-żgur l-evidenza, jekk hemm biża li jista’ ikun impossibbli jew diffiċli ħafna li dik l-evidenza tinkiseb aktar tard. L-evidenza ma titqiegħidx fiż-żgur jekk m’hemmx dubju li mhux ser ikollha l-ebda sinifikanza fil-proċeduri fil-mertu. Il-qorti tiċħad ukoll rikors biex evidenza titqiegħed fiż-żgur jekk ma jkunx hemm dubju li r-rikorrent mhux fil-fatt qed ifittex li jqiegħed l-evidenza fiż-żgur iżda għandu skopijiet oħra (eż. biex jikseb informazzjoni inaċċessibbli dwar l-attivitajiet ta’ persuni oħra b’mezzi oħra).

FuqFuq

3. X’inhu l-għan u n-natura ta’ miżuri bħal dawn?

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri bħal dawn?

Il-miżuri proviżorji imposti jistgħu, per eżempju, jordnaw lil parti biex tħallas il-manteniment, tiddepożita somma flus jew oġġett fil-qorti, ma tiddisponix minn proprjetà jew dritt partikolari, jew li tagħmel xi ħaġa, toqgħod lura milli tagħmel xi ħaġa jew tippermetti li ssir xi ħaġa. Il-miżuri jistgħu jkunu relatati ma’ kwalunwe tip ta’ oġġett li jinsab fil-pussess tal-parti leża.

Fejn jidħol it-tqegħid fiż-żgur ta’ l-evidenza, din tista’ tinkiseb bi kwalunkwe mezz (jinstemgħu l-partijiet jew ix-xhieda, tiġi ppreparata opinjoni esperta, tinżamm eżaminazzjoni, jiġu eżaminati dokumenti, eċċ.).

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri bħal dawn?

Debitur jista’ jkompli jiddisponi mill-proprjetà tiegħu anki wara li jinħarġu l-miżuri proviżorji, iżda jrid jaġixxi b’mod konformi ma’ dawk il-miżuri.

Kull min ixejjen jew jostakola b’mod sostanzjali l-eżekuzzjoni ta’ miżuri proviżorji jew it-tqegħid fiż-żgur ta’ l-evidenza jista’ jiġi akkużat bl-offiża kriminali ta’ ostruzzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni uffiċjali. Inoltre, kull minn negliġentement jostakola l-progress tal-proċeduri, partikolarment billi jonqos li jidher quddiem il-qorti mingħajr raġuni valida jew jikser l-istruzzjonijiet tal-qorti, jista’ jiġi immultat mill-qorti sa CZK 50 000. Jekk parti hekk obbligata ma tosservax deċiżjoni dwar miżuri proviżorji b’mod volontarju, id-deċiżjoni tiġi infurzata mill-qorti.

FuqFuq

Fuq talba tal-qorti, kull persuna hija obbligata, mingħajr ħlas, tinforma lill-qorti dwar kwalunkwe fatt li huwa sinifikanti għall-proċeduri u d-deċiżjoni. Fuq talba bil-miktub tal-qorti, bank jista’ jirraporta fatti dwar il-klijenti mingħajr ma jfittex l-approvazzjoni tagħhom anki jekk il-bank ikun marbut bis-sigriet professjonali. Il-bank jista’ jiffriża l-kontijiet biss meta jkun qed jeżegwixxi deċiżjoni dwar miżuri proviżorji. Dawn is-sanzjonijiet japplikaw għat-terzi kuf ukoll għad-debituri.

3.3. Sakemm jibqġħu validi miżuri bħal dawn?

Miżuri proviżorji jibqgħu fis-seħħ sakemm jiskadu jew jitneħħew mill-qorti. Miżuri proviżorji jiskadu jekk it-rikorrent ma jippreżentax rikors biex jibda l-proċeduri fit-terminu prefiss mill-qorti; jekk ir-rikors fil-proċeduri fil-mertu jigu miċħud; jekk, meta r-rikors fil-proċeduri fil-mertu jiġi milqugħ, għaddew ħmistax-il ġurnata minn mindu d-deċiżjoni saret eżegwibbli; jew ladarba l- miżuri proviżorji ikunu ilhom fis-seħħ għal ċertu perjodu. Miżuri proviżorji jitneħħew mill-qorti jekk m’għadhomx jgħoddu r-raġunijiet li wasslu lill-qorti biex tordnahom. Fi proċeduri dwar miżuri proviżorji mhux meħtieġ li jinstemgħu l-partijiet sakemm dan ma jwassalx biex iż-żewġ partijiet idumu biex jinstemgħu fil-proċeduri prinċipali.

It-tqegħid fiż-żgur ta’ l-evidenza jiġi eżegwit fil-perjodu stabbilit mill-qorti jew mill-aktar fis possibbli.  Il-partijiet għall-proċeduri jistgħu jkunu preżenti meta tinġabar l-evidenza, iżda m’għandhomx id-dritt li jattendu jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ periklu. Ladarba jibdew il-proċeduri fil-mertu, il-partijiet għandhom dritt jirrispondu għall-allegazzjonijiet fl-evidenza miġbura u fl-evidenza kollha li tiġi prodotta, u l-partijiet jistgħu jiġu eżaminati wkoll.

FuqFuq

4. Hemm il-possibbiltà ta’ appell mill-miżura?

Il-partijiet fi proċeduri dwar miżuri proviżorji jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni. Appell irid jiġi ppreżentat fil-qorti li tat id-deċiżjoni appellata, iżda l-appell jiġi deċiż mill-qrati ta’ grad ogħla, jiġifieri l-qrati reġjonali jew il-qrati għolja. Appell irid jiġi ppreżentat fi żmien ħmistax mill-għoti tad-deċiżjoni bil-miktub. Appell ippreżentat wara li jiskadi t-terminu ta’ ħmistax-il ġurnata jitqies ippreżentat fil-ħin jekk l-appellant segwa l-informazzjoni żbaljata li tatu l-qorti dwar il-proċedura ta’ l-appell. Jekk deċiżjoni tal-qorti ma jkunx fiha informazzjoni dwar il-proċedura ta’ l-appell, it-terminu għall-appell, jew il-qorti fejn l-appell għandu jiġi ppreżentat, jew jekk b’mod żbaljat tgħid li appell mhux ammissibbli, jista’ jiġi ppreżentat appell fi żmien tlett xhur mill-għoti tad-deċiżjoni.

Appell ammissibbli ppreżentat fi żmien utli minn persuna intitolata għandu l-effett li jċaħħad lid-deċiżjoni milli jkollha effett legali sakemm jiġi deċiż l-appell mill-qorti. Riżoluzzjoni dwar miżuri proviżorji hija madankollu infurzabbli (jiġifieri trid tiġi osservata) malli jiskadi t-terminu għall-osservanza illi jbda għaddej mill-mument li tingħata, jew tista’ tiġi infurzata malli tingħata jekk ma jiġix prefiss terminu għall-implimentazzjoni tagħha.  Il-qorti tista’ tiddeċiedi li d-deċiżjoni li tordna l-miżura proviżorja ma tistax tiġi infurzata qabel ma d-deċiżjoni jkollha effett legali, sakemm in-natura tal-miżura proviżorja ma jipprekludix dan jew jekk mhux kuntrarju għall-iskop tagħha li dan isir.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit