Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Belġju

L-aħħar aġġornament: 25-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
1.1. Miżuri kawtelatorji 1.1.
1.2. Miżuri provviżorji 1.2.
1.3. Infurzar provviżorju 1.3.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? Hemm ħtieġa ta’ urġenza? 2.2.
3. L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri 3.
3.1. X’tip ta’ beni jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri bħal dawn? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Teżisti l-possibbiltà ta’ appell mill-miżura? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-għan tal-miżuri kawtelatorji huwa biex ikunu assigurati d-drittijiet. Fil-parattika, il-kreditur jista’ juża dawn il-miżuri biex jipproteġi kontra l-periklu li d-debitur ma jkunx jista’ jħallsu.

Jekk il-miżuri purament kawtelatorji ma jkunux adegwati, il-qorti tista’ wkoll tordna miżuri provviżorji, li għandhom effetti simili għal dawk ta’ deċiżjoni proprja. Id-deċiżjoni finali mbagħad tikkonferma l-miżuri provviżorji jew twarrabhom.

Il-miżuri proviżorju u kawtelatorji jistgħu jkunu ordnati mill-qrati fir-rigward tal-beni tad-debitur. Il-prinċipju li japplika fi kwistjonijiet ta’ rkupru ta’ dejn huwa li d-debitur huwa responsabbli fir-rigward tal-beni mobbli kollha tiegħu (flus kontanti, għamara, ġojjellerija, stokks u ishma) u l-beni immobbli kollha tiegħu (bini ta’ l-art, postijiet fejn wieħed jgħix). Il-kreditur jista’ wkoll jagħmel talba kontra drittijiet tal-kreditur (bilanċi bankarji, pagi u salarji).

1.1. Miżuri kawtelatorji
A. Qbid kawtelatorju

F’każijiet urġenti, kwalunkwa kreditur jista’ japplika fil-qorti biex jawtorizza s-sekwestru konservattiv tal-beni li jistgħu jinqabdu tad-debitur (L-Artikolu 1413 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (“Kodiċi Ġud.”)). Id-dejnr ma jibqax aktar ħieles li jiddisponi mill-beni li jkunu tqiegħdu taħt qbid kawtelatorju. Ma jistax aktar ibiegħhom, jagħtihom lil xi ħadd jew jipotekahom. Il-fatt li ma jkunx jista’ jiddisponi mill-beni għandu biss sinifikat relattiv, li jaħdem biss għall-benefiċċju tal-kreditur li jikseb il-qbid. Id-dejnr jibqa’ s-sid tal-beni u jżomm id-drittijiet tat-tgawdija.

FuqFuq

B. “Sekwestrazzjoni”

Is-”sekwestrazzjoni” huwa l-pleġġ (kustodja) ta’ beni li t-tilwima tkun tittratta dwarhom, li jridu jkunu ppreservati sa ma tingħata d-deċiżjoni finali (L-Artikolu 1955 ff. Kodiċi Ċivili). Is-”sekwestrazzjoni” jista’ tinqabel bejn il-partijiet jew tkun jew ordnata mill-qorti. B’differenza mill-pleġġ ordinarju, is-”sekwestrazzjoni” jista’ wkoll japplika għall-beni immobbli (L-Artikolu 1959 Kodiċi Ċivili).

Ċ. Inventarju

L-għan tat-tifsil ta’ inventarju huwa sabiex ikun iddeterminat il-valur ta’ suċċessjoni, komunità ta’ proprjetà taż-żwieġ jew indivisum (L-Artikolu 1175 Kodiċi Ġud.) b'rikors ta’ kreditur, il-parti l-oħra fiż-żwieġ jew werriet. Dawk li jagħmlu talba biex isir inventarju huma intitolati jagħżlu n-nutar li għandu jipprepara t-testment li jirreġistra l-beni. Jekk ma jaqblux, il-qorti lokali taħtar in-nutar (L-Artikolu 1178 Kodiċi Ġud.). F’każ ta’ tilwima, il-qorti lokali jkollha ġurisdizzjoni.

D. Issiġillar

Fejn jitqiegħdu siġilli fuq il-beni, dawn effettivament ma jkunux jistgħu jintużaw iktar. Fejn ikun hemm interess serju li jrid jitħares, il-kredituri, il-parti l-oħra jew il-werrieta jistgħu jitolbu li jitqiegħdu siġilli fuq beni li jkunu jagħmlu sehem minn komunità ta’ proprjetà taż-żwieġ, suċċessjoni jew indivisum (L-Artikolu 1148 Kodiċi Ġud.). Is-siġilli jiġu ordnati mill-qorti lokali, li tista’ tordna li jitneħħew fuq talba tal- persuna li tagħmilhom, il-kredituri, il-parti l-oħra fiż-żwieġ jew il-werrieta. Jekk it-tneħħija tas-siġilli tkun ikkontestata, id-deċiżjoni hija għal darba oħra f’idejn il-qorti lokali.

FuqFuq

1.2. Miżuri provviżorji

Miżuri provviżorji jew provviżorji huma miżuri li jistgħu jkunu rtirati u mhumiex irrevokabbli. Dawn jiġu ordnati f’kawżi interlokutorji jew matul il-kawża dwar il-merti.

1.3. Infurzar provviżorju

L-infurzar provviżorju jista’ jsir, taħt kondizzjonijiet stretti ħafna, meta tkun ingħatat deċiżjoni imma din ma tkunx għadha għal kollox finali. Fi kliem ieħor, meta jkun għad hemm possibbiltà ta’ appell minn sentenza, is-sentenza għandha biss is-saħħa ta’ res judicata relattiva imma għalissa ma tkunx tista’ tiġi infurzata, li jista’ jkollha konsegwenzi negattivi għall-parti li jkollha l-għan li ġġiegħel lill-oħra li twettaq l-obbligu tagħha. F’ċerti każijiet, min jagħmel it-talba jista’ jagħmel rikors biex il-qorti tordna l-infurzar provviżorju. Forma waħda ta’ infurzar provviżorju hija li l-beni tal-kreditur jitqiegħdu taħt mandat ta’ qbid kawtelatorju.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri?

2.1. Il-proċedura
A. Qbid kawtelatorju

Persuna li ngħatatilha sentenza, anki jekk ingħatat barra mill-pajjiż, tista’ titlob marixxall tal-qorti biex iqiegħed il-beni tad-debitur tas-sentenza taħt mandat ta’ qbid kawtelatorju. Jekk il-kreditur ma ngħatatlux sentenza, tkun meħtieġa ordni tal-qorti. Arbitru ma jistax jordna qbid kawtelatorju (L-Artikolu 1696 Kodiċi Ġud.).

Ir-rikorsi jsiru fil-qorti inkarigata mill-proċeduri tal-qbid u jinstemgħu f’kawżi interlokutorji (L-Artikolu 1395 Kodiċi Ġud.). Il-perjodu taċ-ċotazzjoni irid ikun ta’ l-inqas jumejn, għalkemm jista’ jitqassar f’każijiet urġenti.

FuqFuq

Rikors unilaterali għal mandat ta’ qbid kawtelatorju għandu jkun iddepożitat mill-avukat fil- qorti inkarigata mill-proċeduri tal-qbid, li għandha ġurisdizzjoni tordnaha. Il-qorti inkarigata mill-proċeduri tal-qbid għandha tagħti sentenzi fi żmien tmint ijiem. Is-sentenza mbagħad trid tiġi nnotifikata mill-marixxall lid-dejnr, flimkien ma’ l-ordni ta’ qbid, biex ikun żgurat li d-debitur ikun jaf fuqha.

Is-sentenza tista’ tkun infurzata b’mod provviżorju u għandha biss is-saħħa ta’ res judicata relattiva. Il- qorti inkarigata mill-proċeduri tal-qbid dejjem tista’ temenda jew tirtira s-sentenza jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Id-drittijiet tal-marixxal huma ddeterminati bid-Digriet Irjali tat-30 ta' Novembru 1976 (B.S., 8 ta’ Frar 1977).

B. “Sekwestrazzjoni”

F’każ ta’ “sekwestrazzjoni” bi qbil, il-ftehim ta’ bejn il-partijiet huwa biżżejjed u mhiex meħtieġa ordni tal-qorti. “Sekwestrazzjoni” ġudizzjarja, mill-banda l-ohra, tkun ordnata mill-qorti.

Fiż-żewġ każijiet, riċevitur jinħatar jew bil-ftehim jew mill-qorti. Dan għandu jiġġestixxi l-beni fdati lilu bil-kura u l-attenzjoni kollha xierqa. Huwa jrid jirritorna l-beni meta s-“sekwestrazzjoni” tiġi fit-tmiem. Huwa intitolat għal rimunererazzjoni kif iddeterminat bil-liġi (L-Artikolu 1962(3), Kodiċi Ċivili).

Ċ. Miżuri provviżorji

Il-miżuri provviżorji dejjem iridu isir rikors għalihom fil-qrati, jew f’kawżi interlokutorji jew matul il-kawża dwar il-merti. L-arbitri wkoll jistgħu jordnaw miżuri provviżorji (L-Artikolu 1696 Kodiċi Ġud.).

Il-President tal-Qorti ta’ Prima Istanza jagħti deċiżjoni proviżorja fil-każijiet urġenti kollha li huma rriservati bl-istatut għall-qrati nfushom (L-Artikolu 584(1), Kodiċi Ġud.). Il-fatt li d-deċiżjoni hija provviżorja jfisser li m’għandha l-ebda effetti definittivi u irrevokabbli. Il-Presidenti tal-Qorti Kummerċjali u t-Tribunal ta’ l-Impjiegi jistgħu jagħtu deċiżjonijiet provviżorji fil-każijiet urġenti kollha li huma fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

FuqFuq

Id-deċiżjonijiet interlokutorji jistgħu ma jkunux detrimentali għall-kawża prinċipali, li jfisser li s-sentenza jkollha biss is-saħħa ta’ res judicata relattiva. Il-qorti li tisma’ l-kawża prinċipali mhijiex marbuta biha, għalhekk il-qorti li tisma’ l-kawża interlokutorja tista’ toħroġ biss miżuri provviżorji.

F’kawża tad-divorzju, ngħidu aħna, il-President tal-Qorti ta’ Prima Istanza jista’ jordna miżuri provviżorji fir-rigward tal-persuna, il-beni u s-sussistenza tal-miżżewġin u wkoll tat-tfal (L-Artikolu 1280(1), Kodiċi Ġud.).

In-naħa l-oħra tkun infurmata formalment mill-marixxall bil-miżuri ordnati u tintalab tosservahom, jekk ikun meħtieġ bl-għajnuna tal-pulizija u bil-possibbiltà li jkunu ordati ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Id-drittijiet tal-marixxalli huma ddeterminati bid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976 (B.S., 8 ta’ Frar 1977).

Meta tagħti deċiżjoni fil-prima istanza, il-qorti lokali tista’ tordna miżuri provviżorji għat-tul ta’ żmien tal-ħajja flimkien ta’ sħab miżżewġa jew li jikkoabitaw skond il-liġi fejn ir-relazzjoni tagħhom tkun falliet, rigward kwistjonijiet bħalma huma d-dar tal-familja jew il-persuna u l-proprjetà tat-tfal. Dawn il-miżuri huma purament provviżorji u jintemmu meta l-partijiet jieqfu jgħixu flimkien. Dawn ma jistgħux jipprovdu bażi soda għad-divorzju. Il-ftehim definittiv tad-divorzju jrid jgħaddi mill-Qorti ta’ Prima Istanza.

D. Infurzar provviżorju

Deċiżjoni tikkostitwixxi stqarrija ta’ intitolament li tista’ tiġi infurzata. Sakemm ma tkunx saret definittiva, din ma tistax tkun infurzata. L-infurzar ikun sospiż filwaqt li l-liġi tippermetti l-possibbiltà ta’ appell, imma mhux fejn ikun hemm possibbiltà ta’ appell għall-kassazzjoni (L-Artikolu 1397 Kodiċi Ġud.).

FuqFuq

Qorti li tagħti deċiżjoni finali tista’ tippermetti infurzar provviżorju tagħha ħlief fil-każijiet speċifikati bil-liġi (L-Artikolu 1398 Kodiċi Ġud.). Dawn il-każijiet huma d-divorzju, is-separazzjoni, il-kontestazzjoni taż-żwieġ u l-annullament. U, jekk id-deċiżoni ma tagħmel xejn ħlief li tordna l-ħlas ta’ somma fissa ta’ inqas minn €1 860, din ma’ tistax tkun infurzarata b’mod provviżorju (L-Artikolu 1399 Kodiċi Ġud.).

Jekk ikun hemm il-possibilità ta’ infurzar provviżorju, dan jipproċedi b’sogru tal-parti li tapplika għalih. Il-qorti għandha l-għażla li timponi kondizzjonijiet għalih mill-parti li titlob li tingħata garanzija (L-Artikolu 1400(1) Kodiċi Ġud.). Il-parti li tagħmel it-talba tista’ tibda l-infurzar imma trid tagħmel ħlas fid-Deposito- en Consignatiekas jew topprovdi garanzija bankarja, billi l-każ jista’ mmur għal appell u tista’ mbagħad tkun intitolata għall-kumpens.

2.2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? Hemm ħtieġa ta’ urġenza?
A. Qbid kawtelatorju

Qbid kawtelatorju huwa possibbli biss f’każijiet urġenti u jekk l-ammont tad-debitu ikun ċert, fiss u dovut.

L-urġenza timplika li s-solvenza tad-debitur tkun dubjuża, li tqiegħed il-pretensjonijiet tal-kreditur fir-rigward tal-beni tiegħu fil-periklu. Il-qbid kawtelatorju jista’ mhux biss jintuża bħala mezz biex issir pressjoni imma huwa wkoll għodda leġittima fejn il-qagħda finanzjarja tad-debitur tkun oġġettivament vulnerabbli. Irid ikun hemm grad ta’ urgenza kemm meta jkun effettwat il-qbid u meta jasal iż-żmien biex il-qorti tagħti deċiżjoni dwaru.

FuqFuq

Il-pretensjoni ta’ min jagħmel it-talba trid tkun ċerta jiġifieri jrid ikun hemm ġustfikazzjoni ċara għaliha u l-ebda raġunijiet raġonevoli biex tkun ikkontestata. Il-pretensjoni trid ukoll tkun fissa. L-ammont irid ikun iddeterminat jew għall-inqas kapaċi jkun iddetermined għal stima preliminai. Jekk l-ammont eżatt tad-dejn għadu mhux iffissat, il-qorti li tordna l-qbid tistmah. Fl-aħħarnett, id-dejn irid ikun dovut; il-kreditur irid ikun intitolat jitlob li dan jitħallas. L-Artikolu 1415 tal-Kodiċi Ġud. iżid dispożizzjoni aġġuntiva ma’ din il-kondizzjoni, sabiex it-talbiet marbuta ma’ dħul perjodiku (retta, kera eċċ.) u anki talbiet kontinġenti jkunu jistgħu jiġu koperti bil-qbid kawtelatorju.

B. “Sekwestrazzjoni”

Is-“sekwestrazzjoni” ġudizzjarja tista’ tkun ordnata mill-qorti fir-rigward ta’ beni mobbli li nqabdu minn kreditur, fir-rigward ta’ beni immobbli jew mobbli fejn is-sjieda jew il-pussess ikunu ikkontestati minn żewġ persuni jew aktar, u fir-rigward ta’ oġġetti proposti minn debitur għas-saldu ta’ dejnu (L-Artikolu 1961 Kodiċi Ċivili). Dan ġeneralment ifisser kulmeta ċ-ċirkustanzi tal-każ jiġġustifikaw l-użu tas-“sekwestrazzjoni” bħala forma ta’ miżura kawtelatorja sabiex ikun ippreservat l-istatus quo sa ma tissolva t-tilwima. L-urġenza hija irrelevanti. Imma l-qrati ikunu kawti fl-użu tas-“sekwestrazzjoni” bħala miżura eċċezzjonali serja li għandha tkun aċċettata biss fejn ikun hemm bażi soda.

Ċ. Miżuri provviżorji

Każ jista’ biss ikun ittrattat f’kawżi interlokutorji fejn ikun tant urġenti li, jekk ma tinsabx soluzzjoni immedjata, il-parti li tagħmel it-talba tbati telf jew inkonvenjenza sostanzjali. L-urġenza tal-każ hija għalhekk waħda mill-ħtiġiet prinċipali sabiex ikun jista’ jkun hemm kjawża interlokutorja.

FuqFuq

Il-miżuri provviżorji f’kawża dwar il-merti iridu wkoll ikunu kwistjoni ta’ urġenza. Għalhekk, nitħaddtu dwar “miżuri provviżorji urġenti” li wieħed jista’ jagħmel talba għalihom fil-qorti lokali.

D. Infurzar provviżorju

Il-kriterju tal-qrati meta jkunu qed jiddeċiedu jekk għandhomx jordnaw, jew le, l-infurzar provviżorju huwa l-periklu li jkollha l-parti li tagħmel it-talba jekk l-infurzar tas-sentenza jiddewwem jew ikun impedut, mill-parti l-oħra, iktar milli jkun hemm bżonn. Jekk il-parti l-oħra tappella sempliċiment sabiex tevita li s-sentenza tkun infurzata, dak jikkonstitwixxi bażi soda għall-qorti li tat id-deċiżjoni oriġinali sabiex tordna l-infurzar provviżorju. F’ċerti każijiet, madankollu, l-infurzar provviżorju huwa pprojbit (ara aktar ’il fuq).

3. L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri

3.1. X’tip ta’ beni jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri bħal dawn?
A. Qbid kawtelatorju

Kull tip ta’ beni (mobbli, immobbli, intanġibbli) jista’ jinqabad bi qbid kawtelatorju. Imma ċerti tipi ta’ beni ma jistgħux jinqabdu, jew jinqabdu pazjalment biss. Dak li ma jistax jinqabad huwa ddeterminat bil-liġi, bin-natura tal-beni jew mir-relazzjoni bejn il-beni u d-debitur.

Il-beni li ma jistgħux jinqabdu huma enumerat fl-Artikolu 1408 Kodiċi Ġud. Dawn jinkludu l-ħtiġiet bażiċi, l-oġġetti meħtieġa fl-istudju jew ix-xogħol tal-persuna involuta jew tat-tfal tagħha, l-oġġetti meħtieġa fil-prattika tar-reliġjon, l-oġġetti ta’ l-ikel u l-karburanti. L-Artikolu 1410(2) tal-Kodiċi Ġud. jenumera s-somom ta’ flus li huma esklużi mill-qbid. Dawn jinkludu benefiċċji tal-familja u dħul minimu ta’ sostinenza.

FuqFuq

Il-pagi u s-salarji u somom bħal dawn jistgħu jinqabdu biss parzjalment. L-ammonti huma ddeterminati bl-Artikolu 1409(1) tal-Kodiċi Ġud. u huma adattati kull sena b’Digriet Irjali fuq il-bażi ta’ l-indiċi tal-prezzijiet. L-Artikolu 1410(1) tal-Kodiċi Ġud. jestendi l-ambitu ta’ din l-adattazzjoni ta’ l-ammonti esklużi għal għejun ta’ dħul bħalma huma r-retta, il-pensjonijiet u l-benefiċċji tal-qgħad u tad-diżabilità ġenerali jew industrijali.

Il-proprjetà li tista’ tinqabad tkun elenkata mill-marixall f’rapport uffiċjali fir-rigward ta’ bejgħ sussegwentament, sakemm ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim mal-kreditur bil-marixall bħala intermedjarju. Hija offiża kriminali li wieħed jiddisponi minn proprjetà rreġistrata b’dan il-mod mill-marixxall.

B. “Sekwestrazzjoni”

Is-“sekwestrazzjoni” ġudizzjarja tista’ tkun ordnata mill-qorti fir-rigward ta’ beni mobbli li nqabdu minn kreditur, fir-rigward ta’ beni immobbli jew mobbli fejn is-sjieda jew il-pussess ikunu kkontestati minn żewġ persuni jew aktar, u fir-rigward ta’ oġġetti proposti minn debitu għas-saldu ta’ dejnu (L-Artikolu 1961 Kodiċi Ċivili).

Ċ. Miżuri provviżorji

Kull tip ta’ beni jista’ jinqabad bi qbid kawtelatorju f’kawżi interlokutorji. Il-President of l-Qorti ta’ Prima Istanza għandu ġurisdizzjoni f’kull tilwima ċivili ordinarja. It-tilwim kummerċjali u fir-rigward ta’ l-impjiegi irid jinġieb quddiem il-Qorti Kummerċjali jew it-Tribunal ta’ l-Impjiegi, kif ikun il-każ.

Il-qorti lokali tista’ tordns miżuri provviżorji għat-tul ta’ żmien tal-ħajja flimkien ta’ sħab miżżewġa jew li jgħixu flimkien skon il-liġi fejn ir-relazzjoni tkun falliet, rigward kwistjonijiet bħalma huma d-dar tal-familja jew il-persuna u l-proprjetà tat-tfal. Dan japplika biss għal koppji miżżewġa (L-Artikolu 223(1), Kodiċi Ċivili) u koppji li jkunu jgħixu flimkien skond il-liġi (L-Artikolu 1479(1), Kodiċi Ċivili), imma mhux għal koppji li jkunu jgħixu flimkien de facto.

FuqFuq

D. Infurzar provviżorju

Fil-prinċipju, meta qorti tagħti deċiżjoni finali, din dejjem tista’ tippermetti l-infurzar provviżorju tagħha ħlief fil-każijiet speċifikati bil-liġi (L-Artikolu 1398 Kodiċi Ġud.). Dawn il-każijiet huma d-divorzju, is-separazzjoni, il-kontestazzjoni taż-żwieġ u l-annullament. U, jekk id-deċiżoni ma tagħmel xejn ħlief li tordna l-ħlas ta’ somma fissa ta’ inqas minn €1 860, din ma’ tistax tkun infurzarata b’mod provviżorju (L-Artikolu 1399 Kodiċi Ġud.).

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?
A. Qbid kawtelatorju

Is-sid tal-beni li jinqabdu ma jitlifx id-drittijiet tas-sjieda u tat-tgawdija (l-użu, il-kiri, id-dħul eċċ.) tagħhom. Huwa sempliċiment ma jistax jiddisponi minnhom jew jipotekahom. Ir-riżultat huwa li n-negozjar kollu minn sid il-beni li huma maqbuda kontra din il-projbizzjoni huwa validu imma ma jistax ikun eċċepit kontra l-awtur tal-qbid, li għalhekk jista’ jinjorah u jaġixxi bħallikieku ma sarx.

B. “Sekwestrazzjoni”

Is-“sekwestrazzjoni”, bħal kull pleġġ ieħor, ifisser li l-pussess attwali tal-beni jgħaddi għand is-sekwestratur, li jista’ jidħol biss għal ċertu negozjar għall-preservazzjoni tagħhom.

Ċ. Miżuri provviżorji

Ma japplikawx.

D. Infurzar provviżorju

L-effett ta’ l-infurzar provviżorju huwa li s-sentenza tkun infurzata anki jekk din għad tista’ tkun ikkontestata jew appellata. Is-sogru huwa tal-parti li tagħmel it-talba (ara aktar ’il fuq).

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?
A. Qbid kawtelatorju

Qbid kawtelatorju huwa bażikament limitat għal tliet xhur. L-imħallef li jordnah jista’ jiffissa perjodu iqsar. L-ordni tista’ tiġġedded sakemm it-terminu ta’ żmien oriġinali ikun għadu għaddej. It-tiġdid – li attwalment tfisser l-estensjoni tal-limitu ta’ żmien eżistenti – ikun ordnat fejn ikun hemm raġunijiet tajba u jkun għad hemm element ta’ urġenza.

FuqFuq

B. “Sekwestrazzjoni”

Il-liġi ma timponi l-ebda limiti fuq il-perjodu li fih is-“sekwestrazzjoni” tista’ tibqa’ valida. Jekk m’hemmx aktar il-periklu li l-beni ma jkunux ippreservati fl-istat proprju tagħhom u jkun jidher li se jintlaħaq ftehim finali, l-ordni tas-“sekwestrazzjoni” titneħħa.

C. Miżuri provviżorji

M’hemm l-ebda limitu statutorju ġeneral għall-validità ta. miżuri provviżorji. Id-deċiżjoni finali fil-każ tista’ tikkonferma jew tirtira l-miżuri provviżorji.

Miżuri provviżorji urġenti ordnati mill-qorti lokali jieqfu japplikaw meta tiftaħ il-kawża prinċipali. Imma, minn dak iż-żmien ’il quddiem, il-Qorti ta’ Prima Istanza ikollha ġurisdizzjoni, u l-miżuri provviżorji jistgħu jintalbu quddiem il-President tal-Qorti ta’ Prima Istanza.

D. Infurzar provviżorju

Ma japplikax.

4. Teżisti l-possibbiltà ta’ appell mill-miżura?

A. Qbid kawtelatorju

Fejn il-qorti tirrifjuta li tordna qbid kawtelatorju, il-persuna li tagħmel it-talba tista’ tappella fi żmien xahar mit-tħabbir tad-deċiżjoni (L-Artikolu 1419(1) u 1031 Kodiċi Ġud.). Il-każ ikun itrattat kif kien ittrattat quddiem il-qorti oriġinali; is-sentenza tkun iddeliberata in camera. Jekk fl-appell ikun ordnat il-qbid, il-persuna li jkunu qed jinqabdu l-beni tagħha u li tkun tixtieq tikkontesta dan trid tippreżenta kontestazzjoni minn persuna terza fil-Qorti ta’ l-Appell.

Fejn il-qorti taqbel li tordna qbid kawtelatorju, il-persuna li jkunu qed jinqabdu l-beni tagħha u kwalunkwa parti oħra interessata jistgħu jippreżentaw kontestazzjoni minn persuna terza (L-Artikolu 1419 Kodiċi Ġud.). Il-kontestazzjoni minn persuna terza trid issir fi żmien xahar minn meta titħabbar id-deċiżjoni u tkun iddepożitata fil-qorti li għamlet l-ordni oriġinali (L-Artikolu 1125 Kodiċi Ġud.). Il-kontestazzjoni minn persuna terza ma għandha l-ebda effett ta’ suspensjoni sakemm il-qorti li tagħmel dik l-ordni ma taqbilx li tissuspendi l-infurzar.

B. “Sekwestrazzjoni”

Ma tapplikax fil-każ ta’ “sekwestrazzjoni” bi qbil bejn il-partijiet.

Is-“sekwestrazzjoni” ġudizzjarja hija ordni tal-qorti li kontrieha jkunu ttieħdu l-proċeduri ta’ l-appell li jaħseb għalihom il-Kodiċi Ġudizzjarju.

Ċ. Miżuri provviżorji

Kwalunkwa parti li tkun affettwata ħażin b’deċiżjoni mogħtija f’kawżi interlokutorji tista’ tappella jew tippreżenta kontestazzjoni minn persuna terza. L-appelli minn ordnijiet tal-President tal-Qorti ta’ Prima Istanza jew il-Qorti Kummerċjali uma f’idejn il-Qorti ta’ l-Appell Court. L-appelli minn ordnijiet tal-President tat-Tribunal ta’ l-Impjiegi huma f’idejn il-Qorti ta’ l-Impjiegi.

Iż-żmien permess biex persuna tippreżenta appell jew kontestazzjoni huwa ta’ xahar min-notifika ta’ l-ordni f’każijiet fejn il-kawża nbdiet b’ċitazzjoni sempliċi jew dehra volontarja u ta’ xahar min-notifika ta’ l-ordni b’ittra ġudizzjarja f’każijiet fejn l-ordni tkun saret fuq talba unilaterali.

D. Infurzar provviżorju

M’hemm l-ebda appell minn ordni ta’ infurzar provviżorju. Il-Qorti ta’ l-Appell m’għandha l-ebda setgħa li tipprojbixxi jew tissuspendi ordni ta’ infurzar provviżorju (L-Artikolu 1402 Kodiċi Ġud.).

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 25-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit