Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 09-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri? 1.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi dawn il-miżuri 2.1.
2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi il-kundizzjonijiet sostantivi. 2.2.
3. Għan u natura ta’ dawn il-miżuri 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġett ta’ dawn il-miżuri? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi l-validitá ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra din il-miżura? 4.
5. Arranġamenti speċjali dwar kwistjonijiet tal-liġi tal-familja 5.

 

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ miżuri?

Il-miżuri temporanji u kawtelatorji huma magħrufa flimkien bħala proċeduri kawtelatorji. Il-liġi Awstrijaka tipprovdi għall-proċeduri kawtelatorji li ġejjin:

  • Il-kisba ta’ xhieda;
  • Eżekuzzjoni rigward il-likwidazzjoni ta’ l-assi;
  • Mandati temporanji.

Dawn il-proċeduri kawtelatorji kollha għandhom element komuni billi l-partijiet mhumiex obbligati li jippruvaw il-pretensjonijiet tagħhom iżda sempliċement li jagħtu prova tagħhom jiġifieri li jipprovdu provi suffiċjenti għall-qorti. 

Il-mandati temporanji huma l-iżjed importanti minn dawn u għalhekk li l-eżempji li ġejjin huma ristretti għall-mandati temporanji.

Il-mandati temporanji huma digriet tal-qorti b’forma ta’ deċiżjoni, li bih hi żgurata eżekuzzjoni futura jew li bih iċ-ċirkostanzi kurrenti huma speċifikati u miżmuma għal perjodu definit jew li jintlaħaq is-sodisfazzjoni provviżorju tal-pretensjoni ta’ parti minnhom.

Il-mandati temporanji jerggħu jinqasmu fit-tipi li ġejjin:

  • biex jiggarantixxu dritt ta’ pagament ta’ flus;
  • biex jiggarantixxu d-dritt għall-għemil ta’ xi azzjoni;
  • biex jiggarantixxi dritt jew qagħda ta’ ċirkostanzi legali.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1. Jekk jogħġbok iddeskrivi dawn il-miżuri

Il-mandati temporanji jinħarġu biss wara rikors. Il-partijiet huma magħrufa bħala li-“parti leża” u “l-kontroparti tal-parti leża”. Ir-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ mandat temporanju hi

FuqFuq

  • tal-qorti kompetenti biex tisma’ l-każ li jkun diġa pendenti;
  • tal-qorti ta’ eżekuzzjoni li qegħda tisma’ l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni;
  • ta’ kull qorti distrettwali fid-distrett li fih il-kontroparti għandu il-post ta’ residenza normali tiegħu qabel il-proċeduri investigattivi jew bejn il-fażi investigattiva u l-fazi eżekuttiva tal-kawża;
  • sussidjarjament, tal-post ta’ ġurisdizzjoni tas-suġġett tal-mandat jew tal-post permanenti jew temporanju tad-debitur tat-terza parti jew tal-qorti distrettwali li tisma’ l-ewwel seduta ta’ infurzar.

Peress li l-każ jitmexxa skond ir-regolamenti tal-liġi dwar l-eżekuzzjoni, mhemmx bżonn ta’ konsulenza legali fil-prim istanza.

Meta jkunu sejrin isiru atti ta’ infurzar – per eżempju kustodja ordnata minn qorti – dawn isiru b’mezzi uffiċjali (mill-marixxall). L-ispejjeż ta’ mandat temporanju, li jiddependu mill-valur tal-prentensjoni għandhom jitħallsu inizjalment mir-rikorrent. Ir-rikorrent għandu dritt għar-rimborz ta’ l-ispejjeż biss meta jkun rebaħ fil-proċeduri prinċipali – dan id-dritt għar-rimborz ġeneralment isir bħala parti mill-proċeduri prinċipali. Madankollu, il-kontroparti tar-rikors għandu dritt għal rimborz ta’ l-ispejjeż meta tittieħed deċiżjoni dwar il-madant temporanju jekk jirbaħ fis-seduta relevanti.

2.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi il-kundizzjonijiet sostantivi.

Il-kundizzjoni meħtieġa għall-ħruġ ta’ mandat temporanju hi rikors mill-parti leża li fih

  1. debitu fi flus, pretensjoni  mhux għal flus iżda għal għemil ieħor jew dritt ikkontestat jew qagħda ta’ ċirkostanzi legali tiġi ddikajarata u awtentikata;
  2. riskju hu ddikjarat u awtentikat;
    • FuqFuq

    • biex mandat temporanju jiggarantixxi debitu ta’ flus, riskju soġġettiv għandu jkun awtentikat – dan ifisser ċertifikazzjoni fis-sens li mingħajr il-mandat temporanju il-kontroparti bl-azzjoni tiegħu ijxejjen jew ifixkel il-ġbir ta’ debitu fi flus. 
    • Għat-tipi l-oħra ta’ mandati temporanji, jrid jiġi awtentikat biss riskju oġġettiv jiġifieri fis-sens li mingħajr il-ħruġ tal-mandat temporanju il-prosegwiment legali jew likwidazzjoni tad-dritt pretis jiġi mxejjen jew serjament imfixkel, partikolarment minħabba tibdil taċ-ċirkostanzi kurrenti tas-suġġett tal-mandat. 
    • Kemm fil-każ ta’ mandati temporanji biex jiggarnatixxu debiti ta’ flus, kemm f’tipi oħra ta’ mandati temporanji prova li l-pretenzjoni kien ikollha tiġi infurzata fi stati fejn ir-Regolament dwar Ġurisdizzjoni (Brussell I) ma japplikax jew li ma jkunux irratifikaw l-ebda waħda mill-konvenzjonijiet ta’ Brussell u ta’ Lugano, hi prova suffiċjenti ta’ awtentifikazzjoni tar-riskju.

3. Għan u natura ta’ dawn il-miżuri

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġett ta’ dawn il-miżuri?

Il-mezzi għal-likwidazzjoni ta’ debitu huma elenkati tassativament fil-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni. Dawn huma:

  • il-ħażna u ġestjoni ta’ assi mobbli;
  • il-projbizzjoni tad-debitur milli jiddisponi minn jew jirhan assi mobbli fiżiċi;
  • projbizzjoni tat-terzi;
  • ġestjoni ta’ proprjetá immobbli tal-kontroparti tal-parti leża;
  • il-projbizzjoni tad-debitur milli jiddisponi minn jew jivvinkola proprjetà immobbli jew drittijiet reġistrati fir-Reġistru ta’ l-Artijiet.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

L-effetti jinbidlu skond it-tip ta’ likwidazzjoni. Il-ħażna u ġestjoni ta’ assi mobbli fiżiċi għandhom l-effett li jwarrbu dawn l-oġġetti mill-influenza personali diretta tal-kontroparti tal-parti leża. Dan ifisser li kull dritt ta’ disponiment rigward l-oġġetti maħżuna jew ġestiti fil-fatt isiru nulli. Il-liġi tippermetti setgħat wiesgħa ta’ diskrezzjoni lill-qorti rigward provedimenti “utili jew meħtieġa” dwar l-oġġetti waqt li jkunu soġġetti għall-ħażna u ġestjoni sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni tagħhom li twassal għat-telfien ta’ valur jew rikavat. Dawn il-provvedimenti jkopru per eżempju l-bejgħ ta’ oġġetti maħżuna u li jeħżienu.

FuqFuq

Kwalunkwe provvediment rigward oġġetti mobbli fiżiċi li jivvjola il-projbizzjoni dwar id-disponiment tagħhom jew li jiġu mirhuna hu għal kollox null.

Il-projbizzjoni tal-qorti rigward terzi hi infurzata billi il-kontroparti tal-parti leża jiċċaħħad minn kull dritt li jiddisponi rigward il-pretensjoni li għandu kontra din it-terza parti u in partikolari hu mċaħħad milli jippretendi d-dritt tiegħu. Fl-istess waqt, ordni hi indirizzata lit-terza parti biex ma tħallasx lill-kontroparti tal-parti leża xi ammont dovut lilu sakemm il-qorti ma tgħidx mod ieħor u biex lanqas ma ċċedi xi oġġetti dovuti lilu u lanqas ma tagħmel xi azzjoni oħra li tista’ xxejjen jew tfixkel serjament l-eżekuzzjoni rigward id-debitu jew l-oġġetti dovuti jew konsenjabbli..Hu għalhekk permess li d-debitur tat-terza parti jinżamm biss milli jissodisfa xi obbligu jew milli jżomm milli jissodisfah, iżda mhux permess li wieħed iġiegħlu jħallas lill-parti leża jew li wieħed jipprojbilu li jeżerċita xi dritt.  In-nonottempranza mit-terza parti mal-projbizzjoni tesponih għall-ħlas ta’ danni. Madankollu jekk id-dritt ta’ disponiment tat-terza parti konfliġġenti mal-projbizzjoni humiex fihom infishom nulli mhix espressament stipulata fil-liġi u mhemmx qbil fl-opinjoni legali fl-Awstrija dwar dan.

Amminstratur hu innominat u wara sorveljat mill-qorti jieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli tal-kontroparti tal-parti leża.

Issir iskrizzjoni fir-Reġistru ta’ l-Artijiet tal-fatt li d-debitur hu projbit milli jiddisponi minn jew li joħloq piżijiet fuq il-proprjetajiet tiegħu jew fuq drittijiet tiegħu irreġistrati fir-Reġistru ta’ l-Artijiet. Bis-saħħa ta’ din l-iskrizzjoni, id-drittijiet volontarji ta’ disponiment tal-kontroparti tal-parti leża fuq proprjetà jew dritt u l-iskrizzjonijiet relevanti fir-Reġistru ta’ l-Artijiet huma permessi iżda biss soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet rigward il-parti leża. Ikun biss jekk it-talba tal-parti leża tiġi miċħuda definitivament mill-qorti jew jekk il-mandat temporanju ikun mod ieħor imwarrab, li t-terza parti jiġi lura fil-pussess sħiħ tad-drittijiet tiegħu, wkoll rigward il-parti leża u l-projbizzjoni tista’ titħalla tiskadi.

FuqFuq

3.3. X’inhi l-validitá ta’ dawn il-miżuri?

Mandat temporanju hu eżegwibbli biss għal-perjodu determinat għalkemm jista’ jiġġedded b’rikors tal-parti leża. Jekk il-mandat temporanju jkun ordnat mhux waqt smigħ investigattiv, il-qorti għandha, tippermetti li ssir il-kawza jew ir-rkors għall-eżekuzzjoni, tiffissa żmien raġonevoli li fih għandhom jinġiebu l-provi rigward il-kawża dwar id-dritt iggarantit. Il-kontroparti tar-rikors jista’ jwaqqaf l-infurzar tal-mandat u jikseb it-tħassir tal-mandati diġa infurzati billi jiddepożita ammont ta’ fidi.

Mandat temporanju għandu jitħassar jew b’rikors jew mill-awtoritajiet jekk

  • il-perjodu biex jinġiebu l-provi jkun għadda mingħajr ma jsir xejn;
  • il-mandat temporanju jkun ġie infurzat b’skop usgħa minn dak meħtieġ għall-ħarsien tal-parti leża;
  • il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw il-mandat ma jibqgħux igħoddu;:
  • il-kontropartu tal-parti leża jkun iddepożita ammont għall-fidi jew malleverija;
  • ir-raġunijiet għall-mandat ma jibqgħux igħoddu..

4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra din il-miżura?

Il-proċeduri li jwasslu għall ħruġ ta’ mandat temporanju jippermettu żewġ rimedji legali li m’għandhom l-ebda effett li jfixklu.

  • Appell kontra l-mandat temporanju: Il-kontroparti tal-parti leża tista’ jekk ma jkunx instema’ qabel, jippreżenta appell fi żmien 14-il ġurnata. Xhieda ġdida tista’ tinġieb biex tiżgura smigħ xieraq. Il-qorti ta’ prim istanza tiddeċiedi l-appell f’seduta viva voce mhix miftuħa għall-pubbliku.
  • Hu possibbli wkoll appell kontra deċiżjonijiet fil-proċeduri dwar mandati temporanji.. Huma permessi 14-il ġurnata għal dan l-appell. Il-proċeduri  biex jiġi ppreżentat appell huma proċeduri bil-miktub biss u l-ebda xhieda ġdida ma tista’ tinġab. Hu permess ukoll li wieħed jippreżenta appell bħal dan kontra deċiżjoni kkonfermata għall-ħruġ ta’ mandat iżda mhux meta tkun ġiet miċħuda talba għall-ħruġ ta’ mandat temporanju.

5. Arranġamenti speċjali dwar kwistjonijiet tal-liġi tal-familja

F’kwistjonijiet dwar liġi tal-familja il-liġi tkopri erba’ qagħdiet ta’ ċirkostanzi temporanji;

FuqFuq

  • assenjazzjoni ta’ akkomodazzjoni temporanja ta’ mara/raġel (divorzjat)
  • assenjazzjoni ta’ akkmodazzjoni temporanja ta’ tfal.
  • mandati temporanji biex iżżommu il-vjolenza fil-familja u
  • ftehim temporanju, użu jew ħarsien rigward il-fondi matrimonjali disponibbli u mfaddlin.

Fost dawn l-arranġamenti speċjali ta’ liġi tal-familja, hemm importanza partikolari li tingħata lil mandati temporanji biex iżommu milli ssir vjolenza fil-familja.  Mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi għall-projbizzjoni ta’ vjolenza fil-familji fl-ewwel ta’ Mejju 1997, kien hemm fl-Awstrija sistema strutturata effiċjenti ħafna u sempliċi li tippermetti li menbru tal-familja  jitkeċċa mill-familja u jibqa’ projbit milli jirritorna. B’mod partikolari, is-sistema tinkoraġġixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-pulizija, il-qorti tal-familja, il-korp intermedjarju għall-prevenzjoni tal-vjolenza fil-familji u – jekk ikunu involuti jkunu involuti – is-servizz ta’ għajnuna soċjali għaż-żgħażagħ.

Il-liġi tal-pulizija tawtorizza lill-forzi ta’ l-ordni biex jimponu ordni ta’ esklużjoni jew projbizzjoni milli wieħed jersaq lejn ċerti nħawi sa 10 ijiem jekk ikun sar xi attakk perikoluż fuq il-ħajja. Saħħa jew libertá. Jekk ikun sar rikors lill-qorti għall-ħruġ ta’ mandat temporanju, l-perjodu jiġi estiż għal 20 ġurnata. Il-pulizija huma wkoll obbligati li jinfurmaw lill-korp intermedju biex ikun jista’ jiġi offert appoġġ lill-vittma tal-vjolenza.

Kull persuna li l-aġir tagħha lejn membru tal-familja tagħmel li l-koabitazzjoni ma tibqax raġonevoli, jew minħabba attakk fiżiku, theddida ta’ attakk jew b’kondotta li twassal għal ħsara sinifikanti tas-saħħa psikika, għandha tordnalu l-qorti b’rikors tal-parti leża,

FuqFuq

  • li jitlaq mid-dar jew l-inħawi ta’ madwar u
  • li ma jerġax lura lejn id-dar jew l-inħawi ta’ madwar sakemm id-dar tibqa’ taqdi il-ħtieġa urgenti għall-akkomodazzjoni tar-rikorrent.

Barra minn dan, il-qorti tista’ tipprojbixxi lill-persuna eskluża milli tkun f’ċerti postijiet speċifikati (bħalm’huma barra mid-dar, barra l-iskola tat-tfal) u tista’ tordna lill-imsemmija persuna biex tieqaf milli tiltaqa’ mar-rikorrent jew tikkuntattjah sakemm l-ebda interess importanti tal-kontroparti ma jiġi vjolat b’dan il-mod.

Jekk mandat temporanju jinħareġ in konnessjoni ma’ proċeduri fil-każ prinċipali, per eżempju in konnessjoni ma’ proċeduri ta’ divorzju, it-terminazzjoni jew annullament ta’ żwieġ, proċeduri għad-diviżjoni ta’ assi jew ftehim dwar dritt ta’ użu tad-dar matrimonjali, allura l-mandat temporanju jibqa’ fis-seħħ sat-tmien konklussiv tal-proċeduri prinċipali. Mandat temporanju jista’ jinħareġ irrispettivament minn jekk il-partijiet ikunux baqgħu jgħixu flimkien jew le u indipendentement mill-proċeduri prinċipali. Madankollu, sakemm proċeduri bħal dawn ma jkunux pendenti, l-perjodu li għalih jista’ jinħareġ mandat bħal dan ma jistax jaqbez tlett xhur. 

Jekk il-kundizzjonijiet għalih ikunu eżistenti, mandat temporanju għandu jkun infurzat immedjatament, jew b’rikors jew mill-awtoritajiet. Hu u jsir dan l-aġent jew l-aġenzija ta’ infurzar (il-marixxall) għandu joħroġ il-kontroparti tar-rikors mid-dar, jiehu mingħand l-imsemmija kontroparti iċ-ċwievet kollha u jiddepożitahom fil-qorti.  In konnessjoni ma’ l-infurzar ta’ mandati temporanji għall-prevenzjoni ta’ vjolenza fil-familja, il-qorti tista’ tordna lill-forzi ta’ l-ordni li jqabbdu lis-servizz ta’ infurzar ta’ liġi pubblika li għandhom a dispożizzjoni tagħhom. Fil-prattika dan jiġri spiss u għalhekk il-mandati temporanji għall-prevenzjoni ta’ vjolenza fil-familja mhumiex infurzati mill-marixxall iżda mis-servizzi ta’ liġi u ordni pubblika.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit