Kummissjoni Ewropea > NGE

Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

 

Merħba bik fis-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali

Kun af li xi informazzjoni fuq dan il-websajt ma ġietx aġġornata.

Qed nirrevedu l-kontenut kollu tal-websajt qabel inċaqalquh għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja-e.

Dan is-sit huwa mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea u se jiġi aġġornat regolarment b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Hawnhekk issibu ħafna tagħrif dwar l-Istati Membri, il-liġijiet tal-Komunità, il-liġijiet Ewropej u diversi aspetti ta' leġiżlazzjoni ċivili u kummerċjali.

Għal kull wieħed minn dawn is-suġġetti, imniżżla fuq in-naħa tax-xellug f'kull paġna, tistgħu ssibu t-tagħrif li ġej:

  • Meta tikklikkjaw fuq suġġett, tittieħdu f'paġna ta' tagħrif ġenerali dwaru.
  • Meta tikklikkjaw fuq il-bandiera ta' l-Ewropa, tittella' paġna tal-“Liġijiet tal-Komunità” li tagħti dettalji dwar il-proġetti u l-kisbiet ta' l-Unjoni fil-qasam ikkonċernat.
  • Meta tikklikkjaw fuq il-mappa tad-dinja, tinfetaħ il-paġna tal-“Liġi Internazzjonali” li tagħti dettalji dwar il-proġetti u l-kisbiet ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali f'dan il-qasam.
  • Meta tikklikkjaw fuq il-bnadar ta' l-Istati Membri, tittieħdu fil-paġni “nazzjonali”. Hemm paġna għal kull Stat Membru ħlief għad-Danimarka. Hemmhekk issibu tagħrif speċifiku dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.
    Is-sistema ta' tagħrif tan-netwerk hija maħsuba biex tinbena pass wara pass. Għaldaqstant jista' jkun li l-paġni li tixtiequ tidħlu fihom ma jkunux disponibbli. F'dan il-każ, fejn huwa possibbli, għandkom issibu għażla ta' links lejn siti oħra ta' tagħrif, ħafna drabi fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istat Membu kkonċernat.

atlas_preview
Tista' tikkonsulta wkoll l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew, li jipprovdi aċċess faċli għal informazzjoni relevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.

FuqFuq