Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 27-12-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Informazzjoni Ġenerali - Liġi Internazzjonali

World map

Id-dokumenti li jisimhom “Il-liġi internazzjonali” jipprovdu informazzjoni għal kull suġġett fuq l-attivitajiet l-aktar rilevanti ta’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tal-liġi internazzjonali privata u l-liġi tal-proċedura ċivili.

Dawn l-attivitajiet jikkonsistu essenzjalment fl-abbozzar tal-konvenzjonijiet

Dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali huma:

 il-Kunsill ta’ l-Ewropa ceština - dansk - Deutsch - eesti keel - ελληνικά - English - español - français - italiano - latviešu valoda - lietuviu kalba - magyar - Nederlands - polski - português - slovencina - slovenšcina

Il-Kunsill ta’ l-Ewropa huwa organizzazzjoni intergovernattiva li timmira li:

FuqFuq

  • tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija pluralista u l-istat tad-dritt;
  • tħeġġeġ l-għarfien u tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ l-identità u d-diversità kulturali ;
  • tfittex soluzzjonijiet għall-problemi li tiffaċċja s-soċjetà Ewropea (id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi, il-ksenofobija, l-intolleranza, il-protezzjoni ambjentali, il-cloning tal-bniedem, l-Aids, id-drogi, il-kriminalità organizzata, eċċ.);
  • tgħin fit-tisħiħ ta’ l-istabbilità demokratika fl-Ewropa billi ssostni riformi politiċi, leġislattivi u kostituzzjonali.

Il-Kunsill ta’ l-Ewropa għandu 45 membru, inkluż il-ħmistax-il Stat Membru kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.

 Il-Konferenza ta’ l-Aja English - français fuq il-liġi internazzjonali privata.

Il-Konferenza ta’ l-Aja hija organizzazzjoni intergovernattiva, li l-għan tagħha huwa “biex taħdem għall-unifikazzjoni progressiva tar-regoli tal-liġi internazzjonali privata”. Għandha 61 membru, inkluż il-ħmistax-il Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-metodu ewlieni biex jintlaħaq dan l-għan jikkonsisti fin-negozjati u l-abbozzar ta’ trattati multilaterali (konvenzjonijiet) fl-oqsma differenti tal-liġi internazzjonali privata.

Per eżempju:

  • il-kooperazzjoni internazzjonali ġudizzjarja u amministrattiva;
  • il-konflitti tal-liġijiet għall-kuntratti, id-delitti ċivili, l-obbligi ta’ manteniment, l-istatus u l-protezzjoni tat-tfal, ir-relazzjonijiet bejn il-miżżewġin, it-testmenti u l-ereditajiet jew it-trusts;
  • il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin, eċċ.

 L-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata, magħruf l-aktar bħala l-UNIDROIT English - français.

L-UNIDROIT hija organizzazzjoni indipendenti intergovernattiva li l-għan tagħha huwa li tistudja l-metodi għall-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-liġi privata ta’ l-istati u gruppi ta’ stati u biex tipprepara b’mod gradwali għall-adozzjoni mid-diversi membri tagħha ta’ regoli uniformi tal-liġi privata. L-UNIDROIT għandha 59 membru, inkluż l-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Xogħol l-UNIDROIT jikkonsisti l-aktar f’liġijiet mudell imma kultant ukoll, il-konvenzjonijiet.

FuqFuq

 Il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istatus Ċivili (CIEC English - français)

Is-CIEC hija korp intergovernattiv li l-għanijiet tagħha huma kif ġej:

  • biex tiffaċilita l-bdil ta’ testi legali u kull dokumentazzjoni dwar l-istatus ċivili;
  • biex issib mezzi legali u tekniċi għat-titjib tax-xogħol tad-dipartimenti responsabbli għall-istatus ċivili fl-Istati Membri;
  • biex tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u l-unifikazzjoni ta’ l-istatus ċivili u l-liġi tal-familja billi tħejji konvenzjonijiet internazzjonali;
  • biex tikkoopera ma’ korpi internazzjonali oħra li huma wkoll għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet personali u l-liġi tal-familja.

Is-CIEC għandha sittax-il membru inkluż ħdax-il Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea (l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit).

 In-Nazzjonijiet Uniti English - español - français, aktar speċifikatament il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ Internazzjonali l-(UNCITRAL English - español - français).

L-UNCITRAL huwa l-korp legali ewlieni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-liġi internazzjonali tal-kummerċ. L-UNCITRAL tqabbdet mill-Assemblea Ġenerali biex tmexxi ‘l quddiem progressivament l-armonizzazzjoni u l-unifikazzjoni tal-liġi internazzjonali tal-kummerċ, partikolarment bil-preparazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali ġodda, liġijiet mudell u liġijiet uniformi. L-UNCITRAL għandha sitta u tletin membru eletti mill-Assemblea Ġenerali. Is-sħubija hija mfassla biex tkun rappreżentattiva tad-diversi reġjuni ġeografiċi tad-dinja u s-sistemi ekonomiċi u legali ewlenin tagħha.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-12-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit