Kummissjoni Ewropea > NGE > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 03-11-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Informazzjoni Ġenerali - Liġi Komunitarja

European flag

 

Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

Il-liġi Komunitarja qegħda taffettwa dejjem iktar il-ħajja tiegħek ta' kuljum.

Il-kummerċ ġewwa s-suq intern bejn l-Istati Membri kiber u n-nies qegħdin dejjem iktar jiċċaqalqu minn post għall-ieħor biex jgħixu, jaħdmu, jiżżewġu jagħmlu negozju jew sempliċement iqattgħu il-vaganzi tagħhom fi Stati Membri oħrajn.

Is-sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni li jgħixu fi Stati differenti żdiedu ħafna, u bl-istess mod żdiedu l-possibbiltajiet ta' tilwim. Issa hemm ħtieġa qawwija li titwaqqaf żona ta' ġustizzja Ewropea.

Mill-1999 'l hawn it-Trattat ta' Amsterdam ta' l-1996 għamilha possibbli li tinħoloq rabta bejn il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u l-moviment liberu tal-persuni. Għaċ-ċittadin ta' l-Ewropa, il-possibbiltà li jistrieħ fuq leġiżlazzjoni Komunitarja m'hijiex kwistjoni insinifikanti, għaliex jista' jibbaża l-azzjoni tiegħu fil-qrati fuq Regolament tal-Komunità.

Ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi huwa l-pedament tas-sistema kollha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw programm ta' rikonoxximent reċiproku biex jiddeterminaw x'inhuma dawk il-miżuri prinċipali li jeħtieġ jittieħdu f'dan il-qasam.

F'dan il-kuntest, diġà ġew adottati numru ta' strumenti, li jinkludu:

-

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, xi kultant magħruf bħala r-Regolament Brussell I jagħti t-tweġibiet għal żewġ mistoqsijiet vitali li jqumu f'każ ta' tilwima bejn tnejn min-nies li jkunu jgħixu fi Stati differenti: liema qrati għandhom il-ġurisdizzjoni, u x'regoli japplikaw biex ikun deċiż jekk sentenza mogħtija fi Stat Membru tkunx rikonoxxuta. Saru xi modifiki f'dan ir-Regolament li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2002 u li jieħu post il-Konvenzjoni ta' Brussell ta' l-1968.

Fl-24.11.2001 ġie ppubblikat corrigendum dwar il-konvenzjonijiet li tagħhom ir-Renju Unit jifforma Parti. Fl-2002 saret modifika ta' tnejn mill-annessi tiegħu (annessi I u II). F'Novembru 2004 saret modifika oħra ta' annessi I sa IV wara t-tkabbir ta' l-UE għal 25 Stat Membru. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għamlu dikjarazzjoni PDF File (PDF File) dwar l-Artikoli 15 u 73.

-

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000. Dan it-test, jibda japplika mill-1 ta' Marzu 2005. (ara l-gwida għall-utent PDF File (PDF File 837 KB))

FuqFuq

Sabiex dan l-istrument jiġi applikat bl-aħjar mod ġiet ippubblikata informazzjoni,  skond l-artikolu 98 tar-regolament, li kkomunikaw l-Istati Membri dwar il-qrati u r-rimedji legali.

Dan ir-Regolament Nru 2201/2003 jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000, xi kultant magħruf bħala r-Regolament Brussell II li kien daħal fis-seħħ f'Marzu 2001, u li l-annessi tiegħu (anness I fl-2002 u annessi I sa IV fl-2004) ġew modifikati.

-Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-proċeduri tal-falliment jistipula r-regoli tal-Komunità dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fuq il-fallimenti u l-għażla tal-liġi applikabbli.
-Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-użu fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, li jirregola l-użu ta' dokumenti ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji fl-Istati Membri, itejjeb u jħaffef il-proċeduri tal-qrati.
-Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fuq il-ġbir ta' evidenza fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali jtejjeb, jissimplifika u jħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fejn għandha x'taqsam l-evidenza.
-Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li twaqqaf Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
-Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 743/2002 tal-25 ta' April 2002 li jwaqqaf Qafas Ġenerali tal-Komunità ta' attivitajiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. (programm ta' finanzjament għall-2005 Deutsch - English - français)
-Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet ta' bejn pajjiż u ieħor billi jiġu stabbiliti regoli minimi komuni li jirrigwardaw l-għajnuna legali meħtieġa f'dawn it-tilwimiet.
-

Ir-Regolament tal-Kunsill 805/2004 li joħloq ordni Ewropea ta' infurzar għal talbiet li ma jiġux ikkontestati li jippermetti l-infurzar ta' sentenzi dwar talbiet li ma jiġux ikkontestati li jingħataw fi Stat Membru f'kull parti tal-Komunità mingħajr il-ħtieġa ta' miżuri intermedji fl-Istat Membru fejn l-infurzar ikun ser isir.

FuqFuq

Commission Regulation (EC) No 1869/2005 of 16 November 2005 replacing the Annexes to Regulation (EC) No 805/2004 of the European Parliament and of the Council creating a European Enforcement Order for uncontested claims

-

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-kumpens lill-vittmi ta' delitti għandha l-għan li tiżgura li ċ-ċittadini kollha ta' l-UE u r-residenti legali kollha fl-UE jkunu jistgħu jirċievu kumpens adegwat għall-ħsarat li jkunu sofrew f'każ li jisfaw vittmi ta' delitt ġewwa l-UE.

-Proposti tal-Kummissjoni li fil-mument qegħdin jiġu diskussi fl-istituzzjonijiet l-oħrajn ta' l-Unjoni:

  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali ("Ruma II")
  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li toħloq Proċedura Ewropea għall-ordnijiet ta' pagament
  • Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
  • Proposta għal Regolament PDF File (PDF File) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf Proċedura Ewropea dwar Talbiet Żgħar (anness PDF File (PDF File))
  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-użu fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

-

Green Papers, li huma dokumenti preparatorji qabel ma ssir proposta:

  • Green Paper dwar proċedura Ewropea għall-ordnijiet għall-pagamenti u dwar miżuri li jissimplifikaw u jħaffu l-proċedura dwar il-litigazzjoni fuq talbiet żgħar.
  • Green Paper dwar il-konverżjoni tal-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 fuq il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali fi strument tal-Komunità u l-immodernizzar tagħha.
  • Green Paper English PDF File (PDF File) dwar talbiet ta' manteniment
  • Green Paper PDF File (PDF File) dwar suċċessjonijiet li għandhom effetti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali  
  • Green Paper PDF File (PDF File) dwar il-liġi u l-ġurisdizzjoni applikabbli fi kwistjonijiet ta' divorzju

Daqsxejn sfond.

Dan il-pjan għal żona ta' infurzar tal-liġi Ewropea kien sar wieħed mill-għanijiet ta' l-Unjoni mat-Trattat ta' Maastricht fl-1993, imma kienet diġà teżisti varjetà ta' inizjattivi biex ikun hemm kooperazzjoni ġudizzjarja aktar mill-viċin u aktar effettiva fi kwistjonijiet ċivili bejn l-Istati Membri, l-aktar importanti fosthom il-Konvenzjoni ta' Brussell ta' l-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u l-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali.

Kienu qamu wkoll inizjattivi oħrajn f'organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom:

  • Il-Konferenza ta' l-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata English - français
  • il-Kunsill ta' l-Ewropa English.

Fl-1999, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili ddaħħlet fil-qafas tal-Komunità permezz tat-Trattat ta' Amsterdam. Dan għamilha possibbli kemm li jintuża l-metodu tal-Komunità hawnhekk, kif ukoll li jiġu adottati strumenti bħala leġiżlazzjoni tal-Komunità (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet).

Id-Danimarka ma tieħux sehem f'dan il-qasam ta' azzjoni tal-Komunità, u r-Renju Unit u l-Irlanda żammew għalihom id-dritt li jiddeċiedu każ każ jekk jieħdux sehem fi strument partikulari.

Bl-għan li titqiegħed il-bażi prattika għal azzjoni dwar l-objettivi ta' Maastricht u ta' Amsterdam, il-Kunsill ta' l-Ewropa għamel laqgħa speċjali ġewwa Tampere fil-Finlandja f'Ottubru 1999. Il-laqgħa ddikjarat li “f'żona ġenwina Ewropea ta' ġustizzja, individwi u negozji m'għandhomx jiġu mċaħħda jew skoraġġiti milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba l-inkompatibilità u l-komplessità tas-sistemi legali u amministrattivi ta' l-Istati Membri?.

Dan ikkonferma l-ġibda tagħhom li jwaqqfu żona ġenwina ta' ġustizzja “fejn il-persuni jkunu jistgħu jersqu lejn il-qrati u l-awtoritajiet f'kull Stat Membru b'mod faċli bħal ma jagħmlu f'pajjiżhom?.

Fil-Kunsill ta' l-Ewropa fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004, il-Kapijiet ta' Stat u tal-gvernijiet adottaw il-Programm ta' l-Aja bl-għan li jsaħħu l-ġustizzja. Huma nnutaw li “numru ta' miżuri kienu diġà twettqu?, imma li “għandhom isiru iktar sforzi biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja u l-kooperazzjoni ġudizzjarja kif ukoll it-twettiq sħiħ tar-rikonoxximent reċiproku?. Il-Programm ta' l-Aja jgħid li “it-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tal-programm ta' miżuri dwar ir-rikonoxximent reċiproku għandha għalhekk tkun prijorità prinċipali fis-snin li ġejjin sabiex ikun żgurat it-twettiq tiegħu sa l-2011".

F'dan ir-rigward, l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea hija r-riżultat tal-konklużjonijet tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

Jekk tikklikkja fuq il-bandiera Ewropea tidħol fuq l-informazzjoni dwar il-liġi tal-Komunità u l-proposti tal-Kummissjoni dwar kull suġġett.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-11-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit