Kummissjoni Ewropea > NGE > Glossarju

Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Glossarju

It-tifsiriet f'dan il-glossarju qegħdin jingħataw biex jgħinuk tifhem l-espressjonijiet użati f'paġni differenti tas-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarja Ewropea. Dawn ma humiex tifsiriet legali awtorevoli.



ll-liġi li tapplika

Il-liġi li tapplika hija kunċett speċifiku ta' Id-dritt internazzjonali pubbliku u tirreferi għal-liġi nazzjoni li tirregola kwistjoni partikulari ta' liġi f'kuntest internazzjonali. Il-qorti li tkun qiegħda tisma' l-kawża mhux bilfors tapplika il-liġi nazzjonali tagħha biex issolvi t-tilwima. Meta relazzjoni legali bejn individwi privati ikollha dimensjoni internazzjonali (per eżempju meta jkunu ta' nazzjonalitajiet differenti jew ma jkunux jgħixu fl-istess pajjiż), jistgħu jkunu applikati l-liġijiet ta' bosta pajjiżi differenti. Il-liġi li fil-fatt tapplika hija ddeterminata mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Il-Konvenzjoni dwar il-liġi li tapplika fir-rigward ta' obbligi kuntrattwali, ffirmata f'Ruma fl-1980 taħt l-awspiċi tal- Komunità Ekonomika Ewropea, tgħaqqad ir-regoli ta' l-Istati Membri dwar il-kunflitt f'dan il-qasam.

Strument awtentiku

Strument awtentiku huwa dokument li jirreġistra att jew fatt legali li l-awtentiċità tiegħu tkun iċċertifikata minn awtorità pubblika. Ċerti strumenti awtentiċi huma inforzabbli. Ngħidu aħna kuntratt għall-bejgħ ta' immobbli, mhejji minn nutar jew avukat. Strument awtentiċi li huma inforzabbli fi Stat Membru jistgħu jkunu infurzati fi Stat Membru ieħor skond proċedura ssimplifikata stipulata fir-Regola Brussell I.kompetenza internazzjonali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri, li-istrument awtentiċi u t-tranżazzjonijiet. Dan ħa post il-Konvenzjoni Brussell I tas-27 ta' Settembru 1968 fir-rigward ta' l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka.

Brussell I

L-espressjoni Brussell I normalment tintuża b'referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) KE 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-kompetenza u l-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjonijiet f'kawżi ċivili u kummerċjali. Dan l-istrument jirregola l- konferiment tal-

Brussell II

L-espressjoni Brussell II ħafna drabi tintuża b'referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) KE 1347/2000 tad- 29 ta' Mejju 2000 dwar il-kompetenza u l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin. Ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta' il-kompetenza internazzjonali u l-għarfien u infurzar ta' deċiżjonijiet f'kawżi dwar id-divorzju, il-firda u l-annullament taż-żwieġ u deċiżjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin u mogħtija b'rabta magħhom. Dan ħa post il-konvenzjoni Brussell II tat-28 ta' Mejju 1998 fir-rigward ta' l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka.

Ġurisprudenza

Ġurisprudenza tintuża internazzjonalment b'referenza għall-istati ta' dritt li joħorġu minn għadd ta' deċiżjonijiet konverġenti tal-qrati. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej hija partikularment mogħnija b'deċiżjonijiet dwar l-interpretazzjoni tat-trattati, id-direttivi u r-regolamenti tal-Komunità. din hija għajn tal-Liġi tal-Komunità.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

Komunikazzjoni hija dokument politiku bla ebda awtorità obbligatorja. Il-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva li tippubblika Komunikazzjoni meta tkun tixtieq tistipula l-ħsibijiet tagħha dwar tema topika. Komunikazzjoni ma għandha l-ebda effett legali.

Rikmandazzjoni tal-Kummissjoni

Fil-liġi tal-Komunità, Rikmandazzjoni hija strument legali li jinkuraġġixxi lil dawk li jkun indirizzat lejhom biex jaġixxu b'mod partikulari bla ma jkun jorbot fuqhom. Rikmandazzjoni tippermetti lill-Kummissjoni (jew il-Kunsill) biex jistabbilixxu regoli li ma jorbtux għall-Istati Membri jew, f'ċerti cases, ċittadini ta' l-Unjoni.

Il-Liġi tal-Komunità

Liġi tal-Komunità tfisser l-għadd ta' regoli adottati mill-Komunità Ewropea. Il-Liġi tal-Komunità Komunità tikkonsisti prinċipalment fit-Trattati, l-istrumenti adottati mill-istituzzjonijiet skond it-Trattati, bħalma huma r-Regolamenti u d-Direttivi. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija wkoll waħda mill-għejun tal-liġi tal-Komunità. Issir distinzjoni bejn il-Liġi tal-Komunità u d-dritt internazzjonali pubbliku fir-rigward ta' diversi aspetti (ara id-dritt internazzjonali pubbliku).

Kunflitt ta' kompetenzi

Ara l-kompetenza internazzjonali.

Kunflitt ta' liġijiet

Ara Il-liġi li tapplika.

Obbligi kuntrattwali

Meta żewġ persunu jidħlu f'kuntratt, ġeneralment dawn jidħlu għal obbligu bilaterali - persuna twiegħed li tforni lill-persuna l-oħra oġġetti jew servizz u l-oħra twiegħed li tħallas il-prezz. Kulwaħda mill-partijiet fil-kuntratt hija marbuta wkoll b'obbligu lejn l-oħra li tikkumpensa jekk il-kuntratt ma jitwettaqx sewwa jew ma jitwettaqx.

Konvenzjoni

Il-konvenzjonijiet jistgħu jissejħu wkoll trattati jew arranġamenti u huma l-aktar strumenti li jintużaw fid-dritt internazzjonali pubbliku. Konvenzjoni hija ftehim bejn għadd ta' Stati u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali laying down the law in relations bejn them u bejn their respective nationals. Il-konvenzjonijiet can be bilateral, i.e. concluded bejn two Stati. Din kienet il-qagħda normalio qabel ma twaqqfu l-organizzazzjonijiet internazzjonali u ħolqu forum għall-konklużjoni ta' konvenzjonijiet multilaterali, konkużi bejn żewġ Stati. Ħafna konvenzjonijiet multilaterali kienu nnegozjati taħt l-awspiċi ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Konferenza ta' l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-Konvenzjoni Brussell I kienet konkluża bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1968. Il-Komunità Ewropea tidħol regolarment f'konvenzjonijiet ma' pajjiż jew aktar f'isem l-Istati Membri. Hekk kif konvenzjoni tkun iffirmata mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ikkonċernati, din trid tkun irratifikata jew approvata mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, li normalment tfisser il-parlamenti nazzjonali. F'ċerti Stati, il-konvenzjonijiet li kienu rratifikati jkollhom effetti diretti fl-ordinament ġuridiku domestiku. Fi Stati oħra, il-konvenzjonijiet li kienu rratifikati jkollhom effett biss meta jkunu trasposti fl-ordinament ġuridiku domestiku, taħt forma ta' liġi per eżempju.

Il-konvenzjonijiet huma strumenti tad-dritt internazzjonali pubbliku u huma differenti mill-istrumenti tal-liġi tal-Komunità fir-rigward ta' l-aspetti li ġejjin:

  • Fid-dritt internazzjonali pubbliku, il-problemi ta' l-interpretazzjoni li jippreżentaw il-konvenzjonijiet jistgħu jissolvew f'ċerti każijiet mill-qrati nazzjonali. Bħala regola, ma hemm l-ebda sistema speċifika tal-qrati biex tkun iggarantita l-uniformità fl-interpretazzjoni u għaldaqstant fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet. Fill-liġi tal-Komunità, il-Qorti tal-Ġustizzja tara li jkun hemm interpretazzjoni uniformi.
  • Fid-dritt internazzjonali pubbliku, ma hemm l-ebda sistema ġenerali u sistematika tal-qrati li tista' tippenalizza Stat li ma josservax l-obbligi tiegħu li joħorġu minn konvenzjoni internazzjonali. Fil-liġi tal-Komunità, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddikjara li hemm ksur u tista' tgħaddi saħansitra sabiex tordna ħlasijiet ta' penali.
Deċiżjoni

Fil-liġi tal-Komunità, deċiżjoni hija strument leġiżlattiv li jorbot b'mod sħiħ fuq dawk kollha li huwa indirizzat lejhom. Deċiżjoni tista' tkun adottata skond it-Trattat tal-KE jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. Id-deċiżjonijiet rarament jintużaw fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili kien stabbilit b'Deċiżjoni tal-Kunsill.

Direttiva

Fil-liġi tal-Komunità, direttiva hija strument leġiżlattiv li jorbot fuq l-Istati Membri li huwa indirizzat lejhom fir-rigward tar-riżulatat li għandu jinkiseb imma jħallihom ħielsa li jiddeterminaw il- forma u l-metodi. Id-direttivi jistgħu jkunu adottati skond it-Trattat tal-KE jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. L-istituzzjonijiet tal-Komunità jużaw ir-Regolamenti aktar ta' sikwiet mid-Direttivi fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Hekk kif ikun adottati, id-Direttivi tal-Komunità ikunu jridu jiġu trasposti minn kull wieħed mill-Istati Membri, jiġifieri jrid jkunu implimentati mil-liġi nazzjonali.

Infurzabilità

L-infurzabilità hija kunċett tal-proċedura ċivili. Id-deċiżjonijiet huma inforzabbli billi jistgħu jkunu infurzati bl-għajnuna, fejn tkun meħtieġa, tal-forzi tal-liġi u l-ordni. Id-deċiżjonijiet u l-istrumenti awtentiċi ċċertifikati inforzabbli huma d-dokumenti prinċipali li huma infurzabbli. L-infurzabilità hija limitata għall-Istat tal-qorti li tat id-deċiżjoni. Biex tkun infurzabbli barra, id-deċiżjoni trid tkun iddikjarata infurzabbli (b'dik li f'xi pajjiżi tissejjaħ il-proċedura ta' l-exequatur) jew fir-Renju Unit u fl-Irlanda tkun irreġistrata.

Infurzar

L-infurzar ta' deċiżjoni jikkonsisti filli tkun żgurata l-osservanza tagħha, fejn ikun meħtieġ bil-forza kif tippermetti l-liġi, inkluża l-intervenzjoni tal-forzi tal-liġi u l-ordni. Jekk tirbaħ il-każ tiegħek fil-qrati imm n-naħa l-oħra ma tosservax l-ordni tal-qorti minn jeddha, tista' tmur għand il-pulizija jew għand marixxall, skond is-sitwazzjoni, biex tkun implimentata d-deċiżjoni. L-infurzar jirrigwarda deċiżjonijiet tal-qorti, deċiżjonijiet ta' l-arbitraġġ, strumenti awtentiċi u tranżazzjonijiet li jkunu ċċertifikati inforzabbli. Dan jista' jinvolvi li jinqabdu beni tal-persuna debitriċi jew l-iżgumbrament ta' inkwilin, ngħidu aħna. Bażikament, deċiżjoni tista' tkun infurzata biss fl-Istat fejn tkun ingħata. L-infurzar barra jeħtieġ il-proċedura ta' l-exequatur jew tar-reġistrazzjoni.

Exequatur

L-exequatur, huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat u jirreferi għad-deċiżjoni mill-qorti li tawtorizza l-Infurzar f'dak il-pajjiż ta' deċiżjoni tal-qorti, deċiżjoni ta' l-arbitraġġ, strument awtentiku jew tranżazzjoni li jkunu ingħataw/saru barra. It-tneħħija tal-proċedura ta' l-exequatur bejn l-Istati Membri għad-deċiżjonijiet kollha fir-rigward ta' kawżi ċivili u kummerċjali huwa l-għan aħħari tal-programm ta' għarfien reċiproku adottat mill-Kummissjoni u l-Kunsill f'Diċembru 2000.

Forum

Il-forum huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat. Dan ifisser il-qorti fejn tinfetaħ il-kawża. Il-kunċetti tal-lex fori u l-forum-shopping huma bbażati fuq il-kunċett tal-forum.

Forum-shopping

Il-Forum-shopping huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat. Persuna li tieħu l-inizjattiva li tiftaħ kawża tista' tiġiha t-tentazzjoni li tagħżel il-qorti tagħha fuq il-bażi tal-liġi li tapplika hemm. Persuna li tiftaħ kawża tista' tiġiha t-tentazzjoni li tagħżel forum mhux għaliex huwa l-aktar forum xieraq imma għaliex ir-regoli tal-Kunflitt ta' liġijiet li japplikaw iwasslu għall-l-applikazzjoni li tippreferi dik il-persuna.

Dokument ta' Konsultazzjoni (il-Kummissjoni Ewropea)

Dokument ta' Konsultazzjoni huwa dokument ta' konsultazzjoni ppubblikat mill-Kummissjoni fuq tema speċifika sabiex jistimula reazzjonijiet minn ċrieki interessati dwar diversi kwistjonijiet. L-għan tal-Kummissjoni meta tippubblika Dokument ta' Konsultazzjoni huwa biex tiddetermina aħjar l-orjentazzjonijiet għall-ġejjien tal-politika tagħha involuta.

Kompetenza internazzjonali

Il-kompetenza internazzjonali huwa kunċett speċifiku għal Id-dritt internazzjonali pubbliku. Dan jirreferi għall-fatt li l-qrati ta' pajjiż partikulari jkunu l-aktar xierqa biex jisimgħu u jiddeterminaw kawża li jkollha dimensjoni internazzjonali. It-tilwima jkollha dimensjoni internazzjonali meta, per eżempju, il-partijiet ikunu ta' nazzjonalitajiet differenti jew ma jkunux jgħixu fl-istess pajjiż. F'sitwazzjoni bħal din, il-qrati ta' għadd ta' pajjiżi jista' jkollhom kompenza fil-każ, u jkollna dak li nsejħulu kunflitt ta' kompetenza. Ir-regoli tal-kompetenza internazzjonali jistabbilixxu l-kriterji biex ikun iddeterminat il-pajjiż li l-qrati tiegħu ikollhom kompetenza fil-każ.

Lex causae

Il-lex causae huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat u jirreferi għal-liġi li tirregola s-sustanza tal-każ, skond ir-regoli tal-kunflitt ta' liġijiet. Ara Il-liġi li tapplika.

Lex fori

Il-lex fori huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat u jirreferi għal-liġi tal-qorti fejn tinfetaħ il-kawża.Meta fil-qorti tinfetaħ kawża li jkollha dimensjoni internazzjonali, il-qorti trid tikkunsidra Il-liġi li tapplika għall-każ. F'ċerti ċirkustanzi, tapplika l-lex fori. Tradizzjonalment, il-lex fori tirregola kwistjonijiet ta' proċedura, irrispettivament mil-lex causae.

Lex loci delicti

Il-lex loci delicti huwa kunċett speċifiku għad-dritt internazzjonali privat u jirreferi għal-liġi tal-pajjiż fejn, f'termini ta' obbligi mhux kuntrattwali, ikun ġara l-inċident.

Obbligi mhux kuntrattwali

Ikun hemm obbligu mhux kuntrattwali meta l-persuna li hija responsabbli għad-danni li sofriet il-persuna l-oħra ikollha tikkumpensa lill-vittma, f'kawwżai mhux marbuta mat-twettiq ta' kuntratt, bħalma huma l-aċċidenti tat-traffiku, ħsara fl-ambjent jew malafama.

Id-dritt internazzjonali pubbliku

Dritt internazzjonali pubbliku, kif tintuża fis-sens wiesa' tagħha, tfisser l-għadd ta' regoli legali li jirregolaw ir-relazzjonijiet internazzjonali bejn individwi privati. L-espressjoni dritt internazzjonali privat ma għandhiex l-istess tifsira fl-Istati Membri kollha. Fil-liġi Ġermaniża u Portugiża, per eżempju, din tirreferi biss għar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet (ara Il-liġi li tapplika), filwaqt li f'sistemi oħra, din tinkludi r-regoli dwar il-kompetenza internazzjonali u l-għarfien u l-infurzar ta' deċiżjonijiet barranin. Dawn ir-regoli dwar il-liġi li tapplika, il-kompetenza internazzjonali u l-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjonijiet barranin jipprovdu soluzzjonijiiet għad-diffikultajiet li jistgħu joħorġu mill-fatt li każ wieħed jista' jinvolvi għadd ta' sistemi legali separati. Ngħidu aħna, il-każ ta' koppja miżżewġa ta' nazzjonijiet imħallta li qegħdin jaħsbu biex jiddivorzjaw: liema qorti jkollha kompetenza biex tordna d-divorzju, u liema liġi tapplika? Eżempju ieħor huwa meta jiġri aċċident fi Stat Membru u dan iwassal għal tinġis fl-ambjent li jikkaġuna danni f'għadd ta' Stati Membri oħra. F'liema qrati ta' liema Stat għandhom imorru l-vittmi? U liema liġi japplikaw il-qrati? L-għejun tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat huma l-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza u l-kitbiet akkademiċi f'kull wieħed mill-Istati. Minkejja l-isem, id-dritt internazzjonali privat huwa ħolqien tal-liġi nazzjonali biss. Xi wħud minn dawn ir-regoli nazzjonali jistgħu jkunu ġew standardizzati permezz ta' konvenzjonijiet internazzjonali u possibilment permezz ta' strumenti tal-Komunità. L-istandardizzazzjoni tagħmilha possibli li jkunu evitati sitwazzjonijiet fejn il-qrati ta' żewġ Stati jassumu kompetenza skond ir-regoli nazzjonali tagħhom tad-dritt internazzjonali privat u jagħtu deċiżjonijiet kunfliġġenti fl-istess każ.

Id-dritt internazzjonali pubbliku

Dritt internazzjonali pubbliku tfisser l-għadd ta' regoli legali li jirregolaw ir-relazzjonijiet internazzjonali bejn entitajiet pubbliċi bħalma huma l-Istati u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-konvenzjonijiet u l-Liġijiet uniformi huma strumenti komuni tad-dritt internazzjonali pubbliku.

Għarfien

Għarfien hija kunċett speċifiku tad-dritt internazzjonali privat. L-għarfien fi Stat Membru ta' deċiżjoni mogħtija f'ieħor tfisser il-qbil li jista' jkollha effett hemmhekk. Id-deċiżjonijiet bażikament ikollhom effett biss fl-Istat fejn jingħataw. L-għarfien fi Stat ieħor huwa possibbli biss meta l-liġi ta' l-Istat l-ieħor tippermetti dan jew meta konvenzjoni internazzjonali jew strument tal-Komunità taħseb għalih. Bir-Regolament Brussell II, ngħidu aħna, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet biex id-deċiżjonijiet f'kawżi matrimonjali jkunu jistgħu jingħataw għarfien, deċiżjoni ta' divorzju fi Stat Membru tista' tintuża biex timmodifika r-reġistri taż-żwieġ fi Stat Membru ieħor.

Regolament

Fil-liġi tal-Komunità, Regolament huwa strument ta' ambitu ġenerali li jorbot b'mod sħiħ u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Ir-regolamenti jistgħu jkunu adottati, skond it-Trattat tal-KE, mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. Ir-regolamenti ħafna drabi jintużaw fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Dawn japplikaw direttament, u hekk ma jeħtieġu l-ebd traspożizzjoni fil-liġi domestika ta' l-Istati Membri u jagħtu drittijiet, jew jimponu obbligi, b'mod dirett.

Ruma I

Ruma I hija l-espressjoni li ħafna drabi tintuża għall-Konvenzjoni ta' l-1980 u l- liġi li tapplika għall-obbligi kuntrattwali, iffirmata taħt l-awspiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

Ruma II

Ruma II hija l-espressjoni li ħafna drabi tintuża għall-abbozz ta' strument tal- Komunità dwar Il-liġi li tapplika għall-Obbligi mhux kuntrattwali.

Obbligi li joħorġu minn fatti illeċti jewminn delitt

Ara Obbligi mhux kuntrattwali

Liġijiet uniformi

Liġijiet uniformi huma strumenti mħejjija konġuntament minn bosta Stati u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħala għajnuna għall-Istati li jixtiequ jirriformaw u jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom. Organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-UNCITRAL u l-UNIDROIT ( l-homepage ta' Id-dritt internazzjonali) jfasslu liġijiet uniformi.