Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 04-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Isvezja

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) Min għandu jipprova x’hiex (min għandu l-oneru tal-prova) ? a)
b) L-eċċezzjonijiet mill-kondizzjoni meħtieġa dwar il-provi b)
2. X’kondizzjonijiet meħtieġa huma stabbiliti għall-piż tal-prova (kondizzjoni meħtieġa dwar il-provi) ? 2.
II. It-teħid tal-provi II.
3. Il-provi li tieħu l-qorti mingħajr ma tintalab minn waħda mill-partijiet 3.
4.
a) Il-provi kif ikunu introdotti fil-kawża? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad il-provi? b)
5.
a) X’inhuma l-mezzi differenti tal-prova? a)
b) Id-differenzi bejn ix-xhud/l-espert u x-xhieda bil-miktub/l-opinjoni ta’ l-esperti bil-miktub b)
c) Hemm xi provi li għandhom aktar saħħa bħala prova minn provi oħrajn? c)
d) Hemm regoli li jgħidu li xi ċirkostanzi jeħtieġi xi tipi ta’ provi? d)
6.
a) Il-persuni għandhom ir-responsabbiltà li jixhdu? a)
b) X’inhuma l-eċċezzjonijiet mid-dmir li wieħed jixhed? b)
c) Liema penali hemm kontra xi ħadd li jirrifjuta li jixhed? c)
d) Il-persuni li mhumiex permessi jixhdu d)
7. Ix-xhieda kif jiġu mistoqsija l-mistoqsijiet? Ix-xhieda tista’ tingħata permezz tal-konferenza bil-vidjo? 7.
III. Il-piż tal-provi III.
8. Tista’ ssir riferenza għal evidenza li tinkiseb b’mod illegali? 8.
9. Il-mistoqsijiet lill-partijiet 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) Min għandu jipprova x’hiex (min għandu l-oneru tal-prova) ?

Regola sempliċi ewlenija hija li kull min għandu bżonn jasserixxi xi ħaġa biex jirbaħ il-proċeduri legali huwa wkoll il-persuna li għandha tipprova l-fatt li japplika. Jekk waħda mill-partijiet kellha raġuni partikolari sabiex tiżgura l-prova ta’ xi fatt allura l-oneru tal-prova spiss jaqa’ fuqu/fuqha. Id-diffikultajiet involuti meta parti tipproduċi l-provi dwar xi fatt jistgħu wkoll ikunu deċisivi. Per eżempju, jista’ jissemma li persuna li titlob ħlas għall-prodotti forniti jew għal self għandha tipprova li għandha pretensjoni kontra l-parti opposta. Jekk il-parti l-opposta teċċepixxi li l-ammont diġà tħallas, allura hija għandha l-oneru li tipprova li l-ħlas ikun sar. Fil-każijiet ta’ responsabbiltà għad-danni, hija normalment il-parti li sofriet id-danni li għandha l-oneru tal-prova. Jista’ jkun il-każ li l-oneru tal-prova ta’ xi fatt jinqaleb taħt xi kondizzjonijiet tal-provi. Għalhekk, jekk f’każ ta’ diskriminazzjoni, il-persuna li tqajjem l-azzjoni tista’ turi ċirkostanzi li jwasslu għal assunzjoni li kien soġġettat / kienet soġġettata għal diskriminazzjoni, huwa l-konvenut li għandu juri li ma seħħet ebda diskriminazzjoni.

Jekk il-prova li ssir riferenza għaliha mhijiex biżżejjed, dan ifisser li l-qorti ma tistax tuża ċ-ċirkostanza attwali bħala bażi għad-deċiżjoni tagħha. Jekk huwa każ ta’ stima tal-valur tad-dannu li jkun seħħ, hemm eċċezzjoni importanti li tfisser li jekk mhux possibbli jew jekk huwa diffiċli ħafna li jiġu prodotti l-provi dwar l-ammont tad-dannu, il-qorti tista’ tagħmel stima tal-valur tad-dannu f’ammont raġonevoli.

FuqFuq

b) L-eċċezzjonijiet mill-kondizzjoni meħtieġa dwar il-provi

L-allegazzjonijiet li taċċetta l-parti opposta m’għandhomx għalfejn jiġu pprovati. Il-qorti tista’ tuża dawn l-allegazzjonijiet mhux kontestati bħala l-bażi tad-deċiżjoni tagħha mingħajr avviż ulterjuri. F’xi tipi ta’ każijiet, e.ż., każijiet dwar il-kura, l-għajxien u d-drittijiet taż-żjarat, madankollu, jgħoddu regoli oħrajn li jfissru li l-qorti tagħmel eżaminazzjoni indipendenti dwar dak li jkun ġie ppruvat, ukoll jekk il-parti tkun aċċettat xi fatt imsemmi kontriha. Ir-raġuni għal dan huwa li l-qorti għandha, f’dawn il-każijiet, responsabbiltà speċjali li l-każ ikollu riżultat li huwa fattwalment korrett.

Il-fatti li huma magħrufa b’mod ġenerali m’għandhomx għalfejn ikunu ppruvati. Il-partijiet lanqas m’għandhom bżonn jipproduċu l-provi dwar dak li jinsab fil-liġi Svediża. Iżda jekk għandha tiġi applikata l-liġi barranija, il-qorti tista’ titlob li l-partijiet iġibu l-provi dwar dak li titlob il-liġi barranija.

2. X’kondizzjonijiet meħtieġa huma stabbiliti għall-piż tal-prova (kondizzjoni meħtieġa dwar il-provi) ?

Il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-piż tal-provi jiddependu fuq it-tip ta’ każ konċernat. Fil-każijiet ċivili, il-kondizzjoni meħtieġa normali hija li l-fatt konċernat għandu jkun ikkonfermat. Jista’ jingħad li l-imħallef irid ikun konvint. F’xi każijiet ċivili – u għal xi ċirkostanzi – tista’ tgħodd kondizzjoni meħtieġa aktar baxxa dwar il-provi. Eżempju li jista’ jissemma’ huwa ta’ assigurazzjonijiet tal-konsumatur fejn huwa meqjus illi huwa biżżejjed li jidher aktar probabbli li l-ġrajja li hemm assigurazzjoni kontrija tkun seħħet milli li ma seħħitx.

FuqFuq

II. It-teħid tal-provi

3. Il-provi li tieħu l-qorti mingħajr ma tintalab minn waħda mill-partijiet 

Ir-regola prinċipali hija li l-partijiet stess huma responsabbli għall-provi. F’xi każijiet hemm il-possibbiltà li l-qorti tintroduċi l-provi fil-każ mingħajr ma dan ikun mitlub minn waħda mill-partijiet. Għalhekk jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari f’każijiet ta’ kustodja jew id-drittijiet taż-żjarat, li l-qorti tqis li l-investigazzjoni għandha bżonn tiġi supplimentata b’aktar provi, eż., permezz ta’ investigazzjoni tal-kustodja mis-servizzi soċjali ta’ l-awtorità lokali. F’każijiet ċivili fejn il-partijiet jistgħu jilħqu ftehim li jorbothom dwar il-kwistjoni, il-każijiet li jissejħu miftuħa għal ftehim, il-qorti tista’ fuq inizjativa tagħħa stess, tisma’ xhud li ma jkunx instema’ qabel jew tiddeċiedi li xi provi bil-miktub għandhom ikunu ppreżentati matul il-proċeduri legali.

4.

a) Il-provi kif ikunu introdotti fil-kawża?

Jekk parti fil-qorti tirreferi għall-provi orali, eż., eżami ta’ xhud jew mistoqsijiet lil xi parti b’ġurament, il-qorti tħarrek lill-persuna biex tinstema’ fil-proċeduri fejn għandhom isiru l-mistoqsijiet. Il-provi bil-miktub jingħataw mill-partijiet stess, spiss b’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni għal taħrika jew l-eċċezzjonijiet tal-konvenut. Jekk issir seduta ewlenija, l-evidenza għandha tkun prodotta matulha. Dan ifisser li l-evidenza bil-miktub għanda bħala prinċipju tinqara b’leħen għoli waqt is-seduta u x-xhud għandu jagħti l-verżjoni tiegħu fil-preżenza tal-qorti.

FuqFuq

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad il-provi?

Il-qorti tista’ tiċħad il-provi jekk dak li tixtieq tipprova l-parti ma għandu ebda sinjifikat għall-kawża. Dan jgħodd ukoll hekk mhumiex meħtieġa l-provi jew jekk il-provi ovvjament ma jkollhom ebda effett. Ukoll, hemm regoli li jfissru li tista’ ssir riferenza għax-xhieda bil-miktub f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss.

5.

a) X’inhuma l-mezzi differenti tal-prova?

Fl-Isvezja hemm, bħala prinċipju, ħames forom bażiċi ta’ provi (modalitajiet ta’ prova). Dawn huma

  • Ix-xhieda bil-miktub
  • Il-mistoqsijiet lix-xhieda
  • Il-mistoqsijiet lil parti
  • Il-mistoqsijiet lil espert
  • L-ispezzjoni.

b) Id-differenzi bejn ix-xhud/l-espert u x-xhieda bil-miktub/l-opinjoni ta’ l-esperti bil-miktub

Bħala regola ġenerali, xhud għandu jistema’ oralment u fil-preżenza tal-qorti. Ma tistax issir riferenza għax-xhieda tax-xhud bil-miktub. Bl-approvazzjoni tal-qorti, madankollu, ix-xhud jista’ juża n-noti bħala għajnuna għall-memorja tiegħu. Fil-każ ta’ xhieda ta’ esperti, ir-regola ewlenija hija pjuttost illi l-espert għandu jagħti dikjarazzjoni bil-miktub. Jekk jintalab minn waħda mill-partijiet, u ovvjament għandu sinjifikat, l-espert għandu jistema’ wkoll oralment matul il-proċeduri. Smigħ orali għandu jsir ukoll jekk huwa essenzjali li hu jew hi jinstema/tinstema’ direttament fil-preżenza tal-qorti.

FuqFuq

Jekk il-każ għandu jiġi determinat wara smigħ ewlieni – eż., sabiex jinstema’ xhud – ix-xhieda bil-miktub u d-dikjarazzjonijiet ta’ l-esperti għandhom bħala prinċipju jinqraw b’leħen għoli waqt is-seduta sabiex il-qorti tkun tista’ tqis il-materjal fid-deċiżjoni tagħħa. Iżda hemm il-possibbiltà li l-qorti tiddeċiedi li x-xhieda bil-miktub titqies li nstemgħet fis-smigħ ewlieni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tinqara b’leħen għoli waqt is-seduta.

c) Hemm xi provi li għandhom aktar saħħa bħala prova minn provi oħrajn?

Fl-Isvezja, jgħodd il-prinċipju ta’ l-ammissibilità tal-provi. Dan ifisser li ebda regola ma tispeċifika l–piż tal-prova li għandhom il-provi differenti. Il-qorti, minflok, tiddeċiedi wara stima indipendenti ta’ dak kollu il ġara, x’jitqies li ġie pprovat fil-kawża. Iżda ġeneralment ix-xhieda bil-miktub – li tista’ tgħodd bħala prova f’każijiet speċjali – titqies li għandha valur inqas bħala prova milli l-mistoqsijiet li jsiru lix-xhud waqt is-smigħ.

d) Hemm regoli li jgħidu li xi ċirkostanzi jeħtieġi xi tipi ta’ provi?

Il-prinċipju ta’ l-ammissibilità tal-provi jfisser li ebda regola ma tispeċifika li xi ċirkostanzi jeħtieġu xi tipi ta’ provi sabiex ikunu kkonfermati. Minflok, il-qorti tagħmel stima ġenerali taċ-ċirkostanzi tal-każ fl-eżaminazzjoni tagħha dwar dak li ġie pprovat (ara 5 c).

6.

a) Il-persuni għandhom ir-responsabbiltà li jixhdu?

Fl-Isvezja, jgħodd dmir ġenerali li wieħed jixhed. Dan ifisser li persuna msejħa biex tixhed hija obbligata li tixhed ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

FuqFuq

b) X’inhuma l-eċċezzjonijiet mid-dmir li wieħed jixhed?

Il-konjuġi mhumiex obbligati jixhdu f’każijiet fejn il-konjuġi l-ieħor/l-oħra huma parti. Lanqas ma jistgħu jiġu mġiegħla jixhdu kontra r-rieda tagħhom il-qraba fil-qrib jew persuni oħrajn li huma relatati mal-partijiet. Barra minn dan, xhud jista’ jirrifjuta li jikkummenta dwar fatt jekk dikjarazzjoni tkun tfisser li x-xhud b’hekk ikun imġiegħel jiżvela li kien wettaq att kriminali jew diżonorabbli. Xhud lanqas m’għandu għalfejn jiżvela s-sigrieti professjonali sakemm ma jkunx hemm raġunijiet eċċezzjonali.

c) Liema penali hemm kontra xi ħadd li jirrifjuta li jixhed?

Persuna li għandha tinstema’ bħala xhud tiġi mħarrka fil-proċeduri taħt piena ta’ multa. Jekk ix-xhud ma jidhirx, il-multa hija imposta jekk m’għandux/m’għandhiex skuża valida għan-nuqqas, jiġifieri minħabba mard. Jekk ix-xhud ma jiġix, il-qorti tista’ wkoll tiddeċiedi li x-xhud jinġieb fil-qorti mill-pulizija. Fl-aħħar mill-aħħar il-qorti għandha l-għażla li tieħu taħt kustodja lil persuna li tirrifjuta li tixhed mingħajr raġuni valida billi tirrifjuta li tirrispondi għall-mistoqsijiet.

d) Il-persuni li mhumiex permessi jixhdu

Għall-qassisin, l-avukati, it-tobba u l-psikologi, hemm limitazzjonijiet fuq il-possibbiltà li jixhdu dwar informazzjoni li nkisbet taħt id-dmir tal-kunfidenzjalità. Jekk il-persuna msejħa bħala xhud għandha inqas minn 15-il sena, il-qorti teżamina jekk tistax tinstema’ bħala xhud, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi.

FuqFuq

7. Ix-xhieda kif jiġu mistoqsija l-mistoqsijiet? Ix-xhieda tista’ tingħata permezz tal-konferenza bil-vidjo?

Il-mistoqsijiet lix-xhud normalment jibdew jiġu magħmula mill-persuna li ħarrket lix-xhud. Wara dan, il-parti l-opposta għandha l-opportunità tagħmel kontro-eżami. Wara l-kontro-eżami, il-persuna li ħarrket lix-xhud u l-qorti jistgħu jistaqsu mistoqsijiet supplimentari. Il-qorti għandha tiċħad il-mistoqsijiet li ovvjament m’għandhomx x’jaqsmu mal-każ jew li joħolqu konfużjoni jew li b’xi mod ieħor mhumiex xierqa.

Il-mistoqsijiet jistgħu jiġu mistoqsija lix-xhud permezz tat-telefon jekk dan huwa xieraq filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż li jkunu involuti kieku x-xhud jidher fi-awla tal-qorti minflok u l-importanza li x-xhud jistema’ personalment fis-seduta. Taħt skema esperimentali f’xi qorti, xhud jista’ wkoll jinstema’ taħt l-istess kondizzjonijiet permezz ta’ konferenza bil-vidjo.

III. Il-piż tal-provi

8. Tista’ ssir riferenza għal evidenza li tinkiseb b’mod illegali?

Il-prinċipju ta’ l-ammissibilità tal-provi jfisser li hemm eċċezzjonijiet rari biss fejn huwa meħtieġ li jintużaw xi tipi ta’ provi. Għalhekk il-fatt li l-provi li nkisbu b’mod illegali, bħala prinċipju, ma jostakolax li ssir riferenza għall-provi fis-smigħ. Iżda dan jista’ jkun ta’ sinjifikanza fil-piż tal-provi.

9. Il-mistoqsijiet lill-partijiet 

Il-partijiet ma jistgħux jixhdu. Iżda jistgħu jistemgħu għall-iskopijiet tal-provi. F’xi każijiet, smigħ isir b’ġurament. F’dan il-każ, il-parti għandha responsabbiltà kriminali dwar il-korrettezza ta’ l-informazzjoni li tipprovdi.

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit