Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Olanda

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Olanda

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti bil-produzzjoni ta' provi? b)
2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. Il-ġbir ta’ l-evidenza II.
3. Fil-ġbir tal-provi dejjem hemm bżonn ta’ rikors ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef jiġbor il-provi minn jeddu wkoll? 3.
4.
a) Jekk ir-rikors ta’ waħda mill-partijiet biex jinġabru l-provi jkun approvat, xi jkun hemm bżonn isir wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad rikors ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor provi? b)
5.
a) X'mezzi differenti ta’ provi hemm? a)
b) Liema huma l-metodi li bihom jinkisbu l-provi mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati għall-ġbir tal-provi mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex jiġu mressqa l-provi bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li huma aktar b’saħħithom minn oħrajn? c)
d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każi jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tittieħed xhieda? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo? 7.
III. L-evalwazzjoni tal-provi III.
8. Fejn il-provi ma jinġabrux skond il-liġi minn parti, hemm restrizzjonijiet imposti fuq il-qorti waqt li tkun qed tagħmel il-ġudizzju tagħha? 8.
9. Bħala parti fil-kawża, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

Il-liġi Olandiża dwar il-proċedura timxi mill-prinċipju li ‘kull min jasserixxi fatt għandu jippruvah’. Fi kliem ieħor, kwalunkwe parti tkun meħtieġa toffri provi dwar il-fatti li tkun asserixxiet jew li kienet meħtieġa tasserixxi jekk għandha tistrieħ fuqhom għal skopijiet legali. Iżda f’xi okkażjonijiet l-oneru tal-prova jista’ jistrieħ b’mod differenti taħt regoli statutorji speċifiċi jew taħt prinċipji ta’ raġonevolezza u ekwità.

Ir-regoli statutorji dwar il-provi fil-Kodiċi dwar il-Proċedura Ċivili (l-artikoli 149-207 CCP) jgħoddu fil-proċeduri bit-taħrika u jgħoddu wkoll fil-proċeduri bir-rikors, kemm-il darba dan ma jkunx mixtieq minħabba n-natura tal-każ. Mhumiex obbligatorji fil-proċeduri interlokutorji, u ma jgħoddux awtomatikament fil-każijiet ta’ l-arbitraġġ, għalkemm il-partijiet fi proċedura ta’ l-arbitraġġ jistgħu jaqblu li japplikawhom jekk jixtiequ.

b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti bil-produzzjoni ta' provi?

Il-fatti li jiġu allegati minn waħda mill-partijiet u mingħajr prova kontrarja mill-parti kontradittriċi għandhom jiġu ttrattati mill-qorti bħala ppruvati. Iżda hemm eċċezzjoni, jiġifieri sitwazzjonijiet fejn l-aċċettazzjoni ta' dan timplika konsegwenzi legali li mhumiex liberalment disponibbli għall-partijiet. F’dak il-każ il-qorti tista’ titlob il-provi.

FuqFuq

Mhijiex meħtieġa l-prova ta’ fatti jew ċirkostanzi li jitqiesu li huma magħrufa universalment jew ta’ regoli ta’ esperjenza ġenerali. Il-qorti tista’ tużahom kemm jekk jiġu allegati mill-partijiet kemm jekk le. ‘Il-fatti jew ċirkostanzi li jitqiesu li huma magħrufa universalment’ tfisser fatti jew ċirkostanzi li kwalunkwe persuna normali taf jew tista’ tkun taf. ‘Ir-regoli ta’ esperjenza ġenerali’ tfisser relazzjonijiet kawżali li kulħadd jaf dwarhom. U ma hemm ebda ħtieġa li jiġu ppruvati fatti li dwarhom il-qorti stess takkwista l-għarfien dwarhom matul il-proċeduri – fatti tal-kawża, kif inhuma magħrufin.

Xi kultant l-istatuti jiddeterminaw il-preżunzjonijiet. Xi fatti jew ċirkostanzi jitqiesu bħala tant probabbli li parti li tallegahom m’għandhiex għalfejn tipprovahom. Il-parti kontradittriċi għandha tipprovdi provi biex tirribattihom. U l-qorti tista’ tuża regoli ta’ esperjenza ġenerali biex tnissel preżunzjoni minn xi fatti li jiġu allegati quddiemha. Imbagħad ukoll, il-parti kontradittriċi xorta għandha l-possibbiltà li tirribatti l-preżunzjoni.

2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

Il-qorti hija ħielsa tevalwa l-evidenza quddiemha ħlief fejn il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Din l-eċċezzjoni tikkonċerna regoli dwar il-valur probatorju konklussiv tal-provi. Fil-każ ta’ valur konklussiv, il-qorti għandha obbligu taċċetta xi forom ta’ provi bħala veritjieri, jew għall-inqas tirrikonoxxi l-valur tagħhom. Iżda hawn ukoll hemm il-possibbiltà ta’ ribattiment.

FuqFuq

Il-qrati jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom biss fuq fatti li b’mod xieraq iħarsu r-regoli ta’ l-evidenza.

II. Il-ġbir ta’ l-evidenza

3. Fil-ġbir tal-provi dejjem hemm bżonn ta’ rikors ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef jiġbor il-provi minn jeddu wkoll?

F’xi każijiet (l-ispezzjoni tal-kontijiet, ix-xhieda testimonjali) il-qorti timponi d-dmir tal-produzzjoni ta' provi fuq waħda mill-partijiet jekk xi ħadd minnhom jitlob dan jew minn jeddha, jiġifieri fuq inizjattiva tal-qorti. Fiż-żewġ każijiet waħda mill-partijiet hija responsabbli li tressaq il-provi.

Bl-istess mod fuq talba ta’ waħda mill-partijiet jew mill-qorti ex officio, il-qorti tista’ tordna rapport ta’ espert jew żjara lil jew spezzjoni ta’ post. Il-qorti taħtar lill-espert, u l-espert jirrapporta lill-qorti, u l-qorti twettaq iż-żjarat fuq il-post. Il-partijiet għandhom dmir jassistu bir-rapporti ta’ l-espert.

Il-partijiet għandhom dritt juru l-fehma tagħhom u jippreżentaw talbiet kemm fil-każ ta’ rapport ta’ espert kif ukoll fil-każ ta' żjara fuq il-post.

4.

a) Jekk ir-rikors ta’ waħda mill-partijiet biex jinġabru l-provi jkun approvat, xi jkun hemm bżonn isir wara?

Ladarba tkun saret talba biex jitressqu l-provi, il-qorti tippermetti lil waħda mill-partijiet tagħmel dan. Imbagħad dik tkun il-parti li jkollha l-oneru tal-prova. L-oneru tal-prova jimplika dmir li jitressqu l-provi ta’ xi fatti allegati. Il-parti kontradittriċi dejjem għandha tipprovdi l-prova kuntrarja, kemm-il darba l-liġi ma tipprekludix dan b’mod espress.

FuqFuq

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad rikors ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor provi?

Jekk parti ma tiddikjarax b’mod ċar dak li tixtieq tipprova, jew jekk it-talba tagħha mhijiex rilevanti fil-każ, il-qorti tista’ ma tammettix il-provi.

5.

a) X'mezzi differenti ta’ provi hemm?

Fl-Olanda tgħodd ir-regola tal-libertà tal-provi, jiġifieri li l-provi jistgħu jiġu pprovduti fi kwalunkwe forma xierqa ħlief fejn il-liġi tipprovdi mod ieħor. Il-liġi tispeċifika għadd ta' forom ta' provi:

  • atti u sentenzi;
  • spezzjoni ta' kontijiet, rekords u dokumenti;
  • it-testimonjanza tax-xhieda;
  • rapporti formali jew orali mill-esperti;
  • spezzjonijiet ta' u żjarat f'postijiet.

b) Liema huma l-metodi li bihom jinkisbu l-provi mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati għall-ġbir tal-provi mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex jiġu mressqa l-provi bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti?

Il-prova permezz tax-xhieda għandha tigi permessa mil-liġi u tingħata fuq talba ta' waħda mill-partijiet jew hija imposta fuq waħda mill-partijiet fuq inizjattiva tal-qorti. Il-partijiet jistgħu wkoll jixhdu (ara l-punt 9 hawn isfel). Fejn għandhom jitressqu x-xhieda, huma l-partijiet li jsejħu lix-xhieda.

Il-prova permezz tax-xhieda tingħata fil-forma ta' testimonjanza. Tinġabar meta l-qorti żżomm seduta għas-smigħ tax-xhieda bil-fomm. Dikjarazzjoni tax-xhieda hija ammissibbli bħala prova biss jekk tirrelata għal fatti li dwarhom ix-xhud għandu għarfien personali. Parti li titlob li tiġi permessa tressaq prova testimonjali tiġi permessa tagħmel dan jekk il-fatti li għandhom jiġu ppruvati huma kkontestati u jistgħu jgħinu fis-soluzzjoni tat-tilwima.

FuqFuq

Fuq talba ta' waħda mill-partijiet jew fuq inizjattiva tal-qorti, l-esperti jistgħu jressqu rapporti bil-miktub jew bil-fomm (l-artikoli 194 CCP). Fil-każ ta' rapport bil-miktub, il-qorti tistabbilixxi terminu għall-preżentata. Fil-każ ta' rapport bil-fomm, l-espert jixhed fid-data stabbilita għas-smigħ tal-kawża.

Fil-każ ta' investigazzjoni mill-espert, il-qorti taħtar lill-espert wara li tikkonsulta lill-partijiet. Espert għandu jipproduċi r-rapport tiegħu aktar minn kollox fuq il-bażi ta' l-għarfien u l-esperjenza personali tiegħu. Il-qorti hija ħielsa tiddetermina t-tariffi tar-rapport ta' l-espert ordnat minnha.

b) Ukoll jekk ma kien hemm ebda sejħa biex iressqu l-provi, il-partijiet jistgħu dejjem jissottomettu dokumenti lill-qorti. Il-prova bil-miktub tista' tiġi ppreżentata b'mod sempliċi ħafna billi tkun mehmuża ma' waħda mid-dokumenti formali proċedurali. Dan ma jinterrompix il-proċedura normali. Fil-każ ta' rapport ta' l-espert, bil-fomm jew bil-miktub, għandu l-ewwel ikun hemm deċiżjoni tal-qorti li tordna s-sottomissjoni tal-provi u tispeċifika meta (ara wkoll il-punt a)).

c) Hemm xi metodi ta’ prova li huma aktar b’saħħithom minn oħrajn?

Hemm distinzjoni bejn provi konklużivi u dawk mhux konklużivi. Fil-każ ta’ provi konklużivi, il-qorti hija meħtieġa taċċetta l-kontenut tal-provi bħala veritjer jew li tagħraf is-saħħa ta’ dik il-forma ta’ prova kif inhi ddeterminata mil-liġi. Il-prova kuntrarja tista’ wkoll tiġi mressqa fil-każ ta’ prova konklużiva ħlief fejn il-liġi tipprekludiha. L-atti awtentiċi u s-sentenzi mill-qrati kriminali huma eżempji ta’ provi konklużivi.

FuqFuq

Il-qorti hija ħielsa tiddetermina l-valur probatorju tal-provi mhux konklużivi.

d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

F’xi ċirkostanzi dokument jikkostitwixxi prova perfetta. Eżempju huwa rikonoxximent personali. F’xi ċirkostanzi d-dokument huwa wkoll essenzjali biex dritt personali speċifiku jibda’ jeżisti. Eżempju ta’ dan jista’ jkun kitba taż-żwieġ jew testment, li għalihom huwa meħtieġ att awtentiku.

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Il-prinċipju bażiku huwa li kull min jissejjaħ bil-liġi biex jixhed għandu dmir jagħmel dan. Id-dmir huwa li wieħed jidher fis-seduta u jagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-qorti.

b) F’liema każi jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

F’xi ċirkostanzi huwa possibbli li wieħed jinħeles mid-dmir li jixhed.

L-eżenzjoni mid-dmir li jixhdu jgawduh l-ewwel nett il-qraba familjari viċini tal-partijiet. Dawn jinkludu (ex-)konjuġi jew (ex-)partners irreġistrati tal-parti, relazzjonijiet tad-demm jew biż-żwieġ tal-parti u/jew il-konjuġi jew partner irreġistrat sa u inkluż it-tieni grad – ġenituri, ulied, nanniet, neputijiet u aħwa.

Hemm ukoll eżenzjoni fuq bażi funzjonali. Din hija disponibbli lil persuni li huma meħtieġa josservaw is-segretezza minħabba relazzjoni privileġġjata minħabba l-professjoni tagħhom, l-okkupazzjoni jew stat ieħor, bħall-qassisin, tobba, avukati u nutara.

FuqFuq

Ix-xhieda jistgħu wkoll iqajmu l-eżenzjoni meta jirrispondu mistoqsijiet speċifiċi jekk ir-risposta tesponi lix-xhud jew xi qraba tad-demm jew biż-żwieġ fil-linja axxendenti jew dixxendenti, jew kollaterali fit-tieni jew tielet grad, jew lill-(ex-)konjuġi jew (ex-)partner irreġistrat għar-riskju ta’ prosekuzzjoni kriminali (l-artikolu 165(3) CCP).

c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed?

Jekk xhud ġie mħarrek biex jidher permezz ta’ ittra rreġistrata u jonqos milli jidher fis-seduta, il-qorti tista’ tistabbilixxi data fuq talba tal-parti kkonċernata meta fiha x-xhud jista’ jiġi mħarrek b’ċitazzjoni. Jekk ix-xhud jonqos li jidher, il-qorti tista tordna li jitressaq il-qorti mill-pulizija. Jekk xhud jidher iżda jirrifjuta li jagħmel dikjarazzjoni, il-parti rilevanti tista’ titlob lill-qorti żżommu detenut għal disprezz tal-qorti. Il-parti li tagħmel it-talba jkollha tħallas għad-detenzjoni. Il-qorti tagħmel ordni ta' detenzjoni biss jekk temmen li dan huwa ġġustifikat bl-għan li taċċerta l-verità.

d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tittieħed xhieda?

Bażikament kulħadd għandu d-dmir li jixhed, ħlief dawk li huma intitolati għall-eżenzjoni (ara r-risposta għall-mistoqsija 6b).

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo?

Ix-xhieda jinstemgħu u jsirulhom il-mistoqsijiet mill-qorti. Il-qorti tisma’ lil kull xhud fl-assenza ta’ xhieda oħrajn imħarrka biex jidhru fl-istess sessjoni li jkunu għandhom ma xehdux, ħlief fil-każ ta’ xhud li huwa parti. Il-partijiet u l-avukati tagħhom jistgħu wkoll jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda. Il-qorti, minn jeddha jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tista’ tikkonfronta lix-xhieda ma’ xulxin u mal-partijiet. Wara li jkun xehed ix-xhud, tista’ tistaqsi mistoqsijiet lill-partijiet u l-partijiet jistgħu jistaqsu mistoqsijiet lil xulxin.

Ir-regoli Olandiżi dwar il-provi ma jgħidu xejn dwar il-konferenzi bil-vidjo. Ġeneralment ikun possibbli li wieħed jaġixxi fuq talba għall-konferenza bil-vidjo taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-KE dwar il-Provi. Il-liġi Olandiża ma teskludix din il-proċedura u, bħala prinċipju, huma ftit id-diffikultajiet prattiċi fir-rigward.

III. L-evalwazzjoni tal-provi

8. Fejn il-provi ma jinġabrux skond il-liġi minn parti, hemm restrizzjonijiet imposti fuq il-qorti waqt li tkun qed tagħmel il-ġudizzju tagħha? 

Il-provi illegali jistgħu jiġu subklassifikati bħala provi miksuba illegalment u provi użati illegalment. Il-fatt li l-provi jinkisbu illegalment ma jfissirx li l-użu tagħhom ikun illegali. Huwa dejjem fid-diskrezzjoni tal-qorti jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-provi għandhomx jitqiesu bħala illegali.

9. Bħala parti fil-kawża, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova?

Il-partijiet jistgħu jinstemgħu bħala partijiet fil-kawża. F’dak il-każ id-dikjarazzjonijiet li jagħmlu ma jiġux ittrattati bħala provi li jinfluwenzaw ir-riżultat tal-każ fir-rigward tal-parti li nstemgħet bħala xhud, kemm-il darba din it-testimonjanza ma sservix biex tikkjarifika xi provi oħrajn li ma jkunux adegwati (l-artikolu 164 CCP).

Aktar tagħrif

Parti mill-informazzjoni mogħtija hawn fuq tirriżulta mill-artikoli 149-207 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke rechtsvordering) English - Nederlands (paġna web bl-Olandiż biss):

  • agħfas “wet- en regelgeving
  • ittajpja: “burgerlijke rechtsvordering” fil-linja tat-titolu taħt l-intestatura 3
  • agħżel: “Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering

Fil-kuntest internazzjonali, ara r-Regolament tal-KE dwar il-Provi (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali) u l-Konvenzjoni ta' l-Aja dwar il-Provi 1970 (Konvenzjoni dwar il-Ġbir tal-Provi barra mill-Pajjiż f'materji Ċivili jew Kummerċjali) The Hague, 18 ta' Marzu 1970).

Ara r-Regolament u l-Konvenzjoni ta' l-Aja dwar il-Provi 1970 English - français.

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit