Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Lussemburgu

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu konfutati billi tiġi ppreżentata l-evidenza? b)
2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. Il-ġbir ta’ l-evidenza II.
3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza? b)
5.
a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi? a)
b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi wżati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li aktar b’saħħithom minn oħrajn? c)
d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li l-evidenza ma tistax tinġabar minnhom? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smiegħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo? 7.
III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza III.
8. Fejn l-evidenza ma tkjunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza? 8.
9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

Il-prinċipju bażiku huwa li l-persuna li titlob l-eżekuzzjoni ta’ obbligazzjoni għandha tipprova l-kaz tagħha. Bl-istess mod, persuna li tippretendi li m’għadhiex marbuta b’obbligazzjoni għandha tipprova li għamlet il-ħlas jew wettqet l-att li rrilaxxjaha mill-obbligazzjoni tagħha.

b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu konfutati billi tiġi ppreżentata l-evidenza?

F’xi każijiet il-liġi tal-Lussemburgu tipprovdi għal preżunzjonijiet li jirrilaxxjaw lil persuna milli jkollha tipprova fatt jekk dan ikun diffiċli jew impossibbli li jsir. Il-preżunzjonijiet huma konklużjonijiet li l-qorti jew il-maġistrat jilħqu dwar fatt mhux magħruf fuq bażi ta’ fatt magħruf.

Il-liġi tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ preżunzjoni: l-ewwel hemm preżunzjonijiet legali marbutin ma’ xi atti jew xi fatti permezz ta’ liġi speċjali. Imbagħad hemm preżunzjonijiet li mhumiex stabbiliti mil-liġi u li huma fid-diskrezzjoni ta’ l-imħallef, li jaċċetta l-preżunzjonijiet biss meta huma serji, preċiżi u konsistenti.

B’mod ġenerali, huwa possibbli li tinġieb evidenza li tikkonfuta l-preżunzjonijiet. Per eżempju, missier tifel imwieled minn koppja miżżewġa huwa preżunt li huwa r-raġel ta’ l-omm. Iżda tista’ tinġieb azzjoni biex il-paternità tiġi kkontestata.

FuqFuq

Ħafna aktar rari, il-preżunzjonijiet jistgħu jkunu inkonfutabbli u f’dak il-każ ma jkunx possibbli li tinġieb evidenza kontrihom.

2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

L-evalwazzjoni tal-fatti titħalla fid-diskrezzjoni tal-qorti, li hija assoluta. Jekk l-imħallef ikollu dubju, jivverifika jekk hemmx evidenza serja, preċiża u konsistenti u jaċċetta jew jiċħad l-evidenza, skond il-probabbiltà tal-fatti allegati.

II. Il-ġbir ta’ l-evidenza

3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll?

L-imħallef jista’ jordna inkjesta fuq talba ta’ waħda mill-partijiet. Iżda, l-imħallef jista’ jieħu wkoll l-evidenza minn jeddu.

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara?

L-imħallef jgħarraf lill-espert maħtur dwar in-natura tal-inkarigu tiegħu. L-espert iħarrek lill-partijiet fil-każ u lil terzi li huma meħtieġa jassistu fl-investigazzjoni. Taħt il-prinċipju ta’ l-avversarjalità, il-ġbir ta’ l-evidenza għandu jsir fil-preżenza tal-partijiet.

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza?

L-imħallef jista’ jordna inkjesta kull fejn m’għandux biżżejjed informazzjoni fuqhiex jibbaża deċiżjoni.

FuqFuq

L-imħallef ma jistax jordna investigazzjoni ta’ fatt jekk il-parti li qed tagħmel l-allegazzjoni m’għandhiex evidenza biżżejjed biex tipprovaha. Taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ jkun ordnat il-ġbir ta’ evidenza biex jiġi kkumpensat in-nuqqasijiet ta’ parti meta qed tipproduċi l-evidenza.

L-imħallef għandu wkoll jillimita l-għażla ta’ miżura għal dak li huwa suffiċjenti biex tiġi riżolta t-tilwima; għandu jagħżel is-soluzzjoni l-aktar sempliċi u l-aktar irħisa.

5.

a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi?

Il-mezzi differenti ta’ prova huma l-evidenza dokumentarja, l-evidenza bil-fomm, il-preżunzjonijiet, l-ammissjoni u l-evidenza maħlufa.

b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi wżati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti?

Ma hemm ebda differenza bejn opinjoni orali ta’ l-espert u r-rapport tiegħu bil-miktub. Id-deċiżjoni jekk għandux jinstema’ xhud titħalla f’idejn l-imħallef. F’xi każijiet, l-imħallef ikun marbut bl-evidenza bil-miktub jekk ma tkunx kontestata mill-parti l-oħra.

c) Hemm xi metodi ta’ prova li aktar b’saħħithom minn oħrajn?

Strument awtentiku huwa maħruġ minn uffiċjal pubbliku (nutar, marixxall, eċċ) li jaġixxi fil-kapaċità uffiċjali tiegħu. Dan ikompli jitqies awtentiku sakemm ma titressaqx eċċezzjoni ta’ falsifikazzjoni.

FuqFuq

Ftehim privat ikun abbozzat mill-partijiet stess u ffirmat minnhom mingħajr l-intervent ta’ uffiċjal pubbliku. Huwa awtentiku fin-nuqqas ta’ prova kontrarja.

L-evidenza bil-fomm, kif ukoll metodi oħrajn ta’ prova, jitħallew fid-diskrezzjoni ta’ l-imħallef.

d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

Il-prova bil-miktub hija meħtieġa għat-tfassil ta’ dokument legali (kuntratt) li għandu valur akbar minn 2500 euro. Iżda l-forma ta’ l-evidenza ta’ fatt (inċident, eċċ.), hija diskrezzjonali.

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Il-liġi teħtieġ lix-xhieda jikkooperaw fil-proċeduri legali bl-għan li tiġi skoperta l-verità.

b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

Persuni li jistgħu jipprovaw li għandhom raġuni leġittima jistgħu jiġu eżentati milli jixhdu. Il-ġenituri jew qraba oħrajn fil-linja diretta ta’ waħda mill-partijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu, kif jista’ l-konjuġi ta’ parti, anki jekk huma divorzjati.

c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed?

Ix-xhieda li ma jidhrux jistgħu jitħarrku biex jidhru bl-ispejjeż għalihom jekk jinħass li x-xhieda tagħhom hija meħtieġa. Ix-xhieda li ma jidhrux u persuni li, mingħajr raġuni tajba, jirrifjutaw li jixhdu jew li jieħdu ġurament, jistgħu jkunu soġġetti għal penali ċivili ta’ bejn € 50 u € 2 500.

FuqFuq

Jekk persuna tista’ tipprova li ma setgħetx tattendi fil-jum stipulat, jistgħu jinħafrulha l-multa u l-ispejjeż.

d) Hemm persuni li l-evidenza ma tistax tinġabar minnhom?

Kulħadd jista’ jissejjaħ bħala xhud ħlief persuni li huma dikjarati mhux xierqa biex jagħmlu dan.

Il-persuni li ma jistgħux jixhdu jistgħu xorta jinstemgħu taħt l-istess kondizzjonijiet iżda mingħajr ġurament. Madankollu, id-dixxendenti ma jistgħu qatt jixhdu dwar ilment mressqa mill-miżżewġin f’applikazzjoni għal divorzju jew separazzjoni.

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smiegħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo?

L-imħallef jisma’ l-evidenza mix-xhieda separatament, fl-ordni li jiddeċiedi hu u meta l-partijiet huma preżenti jew ġew imsejħa. Ix-xhieda ma jistgħux jaqraw minn dokument.

L-imħallef jista’ jisma’ x-xhieda ta’ jew jagħmel mistoqsijiet lil xhud dwar kwalunkwe kwistjoni li dwarha tista’ tinġabar l-evidenza skond il-liġi, ukoll jekk dawn il-kwistjonijiet ma jissemmewx fid-deċiżjoni li tordna l-investigazzjoni. Jista’ jerġa’ jsejjaħ lix-xhieda, jikkonfrontahom ma’ xulxin jew mal-partijiet, u jekk meħtieġ, jisma’ x-xhieda tagħhom fil-preżenza ta’ espert tekniku.

Il-partijiet ma jistgħux jinterrompu, jagħmlu domandi jew jippruvaw jinfluwenzaw lix-xhieda li jkunu qed jixhdu, jew jindirizzawhom direttament, taħt piena ta’ esklużjoni mill-qorti. Jekk l-imħallef jaħseb li huwa xieraq, huwa jista’ jistaqsi lix-xhieda l-mistoqsijiet li jkunu ssottomettewlu l-partijiet wara kontro-eżami.

L-imħallef jista’ jagħmel reġistrazzjoni awdjo jew bil-vidjo ta’ l-inkjesti preparatorji kollha jew parti minnhom. Ir-reġistrazzjoni tinżamm fir-reġistru tal-qorti. Kull parti tista’ titlob kopja jew traskrizzjoni bl-ispejjeż għaliha.

III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza

8. Fejn l-evidenza ma tkjunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza?

Il-qorti ma taċċettax evidenza miksuba b’mezzi kontra l-liġi, bħal kamera moħbija jew reġistrazzjoni tat-telefon li ma tafx biha l-persuna.

9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza?

Id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet fil-każ m’għandhom ebda valur bħala provi.

Aktar tagħrif

  • www.legilux.lu français

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit