Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Litwanja

L-aħħar aġġornament: 22-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Litwanja

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) Liema huma r-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm regoli li jeżentaw ċerti fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunjonijiet jiġu ribattuti bil-preżentazzjoni tal-provi? b)
2. Sa liema punt għandha l-qorti gћandha tkun konvinta dwar fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagћha dwar l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. Is-smigћ tal-provi II.
3. Is-smigћ tal-provi dejjem jeћtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew f’ċerti każijiet il-ġudikant jista’ wkoll jisma’ l-provi fuq l-inizjattiva tiegћu stess? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar is-smigћ tal-provi tiġi approvata, x’passi jridu jittieћdu? a)
b) F’liema każijiet l-qorti tista’ tiċћad l-applikazzjoni ta’ parti sabiex jinkisbu l-provi? b)
5.
a) X’mezzi differenti ta’ provi jeżistu? a)
b) Liema huma l-metodi ta’ kif jinkisbu l-provi mix-xhieda u dawn ivarjaw mill-mezzi użati sabiex jinkisbu l-provi mix-xhieda esperti? X’inhuma r-regoli li jikkonċernaw it-tressiq tal-provi miktuba u tar-rapporti/l-opinjonijiet ta’ l-esperti? b)
c) Ċerti metodi ta’ provi huma aktar b’saћћithom minn oћrajn? c)
d) Sabiex jiġu pprovati ċerti fatti, ċerti tipi ta’ provi huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati bil-liġi biex jixhdu? a)
b) F’liema każijiet dawn jistgћu jirrifjutaw milli jixhdu? b)
c) Persuna li tirrifjuta milli tixhed tista’ tiġi ssanzjonata jew sfurzata sabiex tagћti x-xhieda tagћha? c)
d) Hemm persuni li minnhom ma tistax tinkiseb ix-xhieda? d)
7. X’inhu r-rwol tal-ġudikant u tal-partijiet fis-smigћ tax-xhud? Taћt liema kondizzjonijiet jista’ jinstema’ x-xhud permezz ta’ teknoloġiji moderni bћat-televiżjoni jew il-faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi? 7.
III. Il-valutazzjoni tal-provi III.
8. Fejn il-provi ma jkunux inkisbu legalment minn parti, jeżistu xi restrizzjonijiet fuq il-qorti sabiex tagћti s-sentenza tagћha? 8.
9. Bћala parti fil-kawża, id-dikjarazzjoni tiegћi stess tgћodd bћala provi? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) Liema huma r-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova?

Skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-partijiet fil-kawża:

L-Artikolu 178. L-oneru tal-prova

Il-partijiet gћandhom jipprovaw iċ-ċirkostanzi li jiġu użati bћala bażi sabiex jiġu sostanzjati t-talbiet u r-repliki tagћhom, ћlief gћaċ-ċirkostanzi li jiġu kkunsidrati bћala li ma jistgћux jiġu ppruvati skond il-proċedura definita bil-Kodiċi.

L-Artikolu 12. Il-prinċipju tal-kompetizzjoni

Fil-qrati kollha, il-kawżi ċivili jinstemgћu fuq il-bażi tal-prinċipju tal-kompetizzjoni. Kull waћda mill-partijiet gћandha tipprova dawn iċ-ċirkostanzi, li jkunu ġew użati sabiex jiġu bbażati t-talbiet u r-repliki tagћhom, ћlief gћal dawk il-każijiet fejn iċ-ċirkostanzi użati ma jkollhomx gћalfejn jiġu pprovati.

b) Hemm regoli li jeżentaw ċerti fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunjonijiet jiġu ribattuti bil-preżentazzjoni tal-provi?

Il-fatti, li huma eżentati mill-oneru tal-prova, huma elenkati fl-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ta’ min jinnota wkoll li dawk il-fatti jistgћu jiġu kontestati billi tiġi fornuta l-evidenza fil-proċedura ġenerali.

 

L-Artikolu 182. Id-dispensa mill-ћtieġa tal-konferma

FuqFuq

Iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jistgћux jiġu pprovati:

iċ-ċirkostanzi magћrufa mill-qorti bћala li huma magћrufa gћal kulћadd;

dawk stabbiliti f’sentenzi effettivi fi proċeduri ċivili jew amministrattivi oћra fejn il-parteċipanti kienu l-istess persuni, ћlief fil-każijiet fejn is-sentenza tikkawża konsegwenzi legali gћall-persuni l-oћra li ma jkunux involuti fil-proċeduri (il-fatti preġudizzjarji);

konsegwenzi ta’ atti personali li jikkostitwixxu reat, jekk dawk il-konsegwenzi jkunu ġew deċiżi f’sentenza effettiva fi proċeduri kriminali (il-fatti preġudizzjali);

dawk li jistgħu jiġu preżunti skond il-liġijiet validi u mhux kontestati fi proċedura ġenerali;

dawk sostanzjati fuq il-fatti ddikjarati mill-partijiet (l-Artikolu 187 tal-Kodiċi msemmi hawn taћt).

L-Artikolu 187. L-ammissjoni tal-fatti

1. Parti gћandha d-dritt li tammetti l-fatti użati bћala bażi mill-parti l-oћra sabiex tissostanzja t-talbiet jew ir-replika ta’ din ta’ l-aћћar.

2. Il-qorti tista’ tikkonsidra l-fatt iddikjarat bћala wieћed stabbilit, jekk din temmen li l-ammissjoni hija skond iċ-ċirkostanzi tal-każ u dan ma jkunx ġie ddikjarat minħabba qerq, vjolenza, theddid, żball jew biex titrażżan il-verità.

2. Sa liema punt għandha l-qorti gћandha tkun konvinta dwar fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagћha dwar l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

Fil-każ fejn il-provi fornuti jippermettu lill-qorti sabiex tikkonkludi li hemm il-possibilità aћjar li ċertu fatt eżista aktar milli bil-maqlub, il-qorti tagћraf dawk il-fatti bћala stabbiliti.

FuqFuq

II. Is-smigћ tal-provi

3. Is-smigћ tal-provi dejjem jeћtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew f’ċerti każijiet il-ġudikant jista’ wkoll jisma’ l-provi fuq l-inizjattiva tiegћu stess?

Skond l-Artikolu 179 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-partijiet u l-parteċipanti l-oћra fi proċedura gћandhom jippreżentaw il-provi. Jekk il-provi miksuba ma jkunux biżżejjed, il-qorti tista’ toffri lill-partijiet u lill-parteċipanti l-oћra fil-proċedura sabiex jipprovdu lill-qorti bi provi korroborattivi u tistabbilixxi l-limitu taż-żmien gћall-preżentazzjoni tagħhom. Il-qorti gћandha l-jedd ukoll li tiġbor il-provi fuq l-inizjattiva tagћha stess (ex officio), f’dawk il-każijiet biss li huma stipulati bil-Kodiċi u b’liġijiet oћrajn.

Il-qorti gћandha l-jedd bil-Kodiċi li tiġbor il-provi fuq l-inizjattiva tagћha stess waqt li tkun qed tisma’ każijiet li jikkonċernaw il-familja jew ix-xogћol jekk, fl-opinjoni tagћha, dawn ikunu essenzjali sabiex din tiddeċiedi dwar il-każ b’mod ġust (l-Artikoli 376 u 414).

L-Artikolu 476 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula wkoll li l-qorti waqt li tkun qed tћejji gћas-smigћ ta’ każijiet li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni ta’ minorenni li gћandu kapaċità attiva sћiћa (emanċipat):

  1. tinkariga lill-istituzzjoni ta’ l-istat gћall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tifel/tifla li jikkonċernaw il-post tar-residenza tal-minorenni, billi tagћti l-opinjoni tagћha dwar il-prontezza tal-minorenni sabiex jirrealizza b’mod indipendenti d-drittijiet ċivili kollha tiegћu jew sabiex iwettaq d-dmirijiet tiegћu;
  2. titlob informazzjoni dwar jekk il-minorenni kienx instab ћati jew jekk dan kienx kiser il-liġi amministrattiva jew xi liġi oћra;
  3. jekk ikun meћtieġ tistabbilixxi l-livell ta’ l-iżvilupp fiżiku, morali, spiritwali jew mentali tal-minorenni, twettaq eżami psikoloġiku u/jew psikjatriku forensiku u titlob gћal kwalunkwe dokument mediku dwar il-minorenni jew gћal kwalunkwe materjal ieћor li jkun meћtieġ sabiex isir dan l-eżami;
  4. twettaq kwalunkwe azzjoni oћra li tkun xierqa gћat-tћejjija tas-smigћ tal-każ.

L-Artikolu 582 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula wkoll, li meta tiġi kkunsidrata l-kwistjoni dwar jekk jingћatax permess gћat-trasferiment tat-titolu fuq il-proprjetà tal-familja, li tingћata garanzija bil-proprjetà tal-familja jew b’mod ieћor jiġi kkreat piż fuqha, il-qorti, waqt li tikkonsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ, ikollha d-dritt li titlob mill-applikant sabiex dan iressaq il-provi tas-sitwazzjoni materjali tal-familja (id-dћul, it-tfaddil, proprjetà oћra, id-djun), informazzjoni dwar il-proprjetà tal-familja (id-dћul, it-tfaddil, proprjetà oћra, id-djun), informazzjoni dwar il-proprjetà tal-familja li tkun qed tiġi trasferita, informazzjoni mill-Aġenzija gћall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal dwar il-ġenituri tat-tifel, kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet preliminari, il-possibilitajiet ta’ prestazzjoni tat-tranżazzjoni tal-futur, il-possibilitajiet ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-minorenni f’każ li t-tranżazzjoni ma sseћћx u provi oћra.

FuqFuq

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar is-smigћ tal-provi tiġi approvata, x’passi jridu jittieћdu?

Sabiex tiġbor il-provi, skond l-Artikoli 199 u 206 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

1) il-qorti tista’ teћtieġ li jiġu ppreżentati provi miktuba jew reali minn persuna legali jew naturali, li jridu jiġu mressqa direttament lill-qorti f’limiti ta’ żmien fissi. Jekk il-persuni naturali jew legali ma jkunu jistgћu bl-ebda mod iressqu l-provi miktuba jew reali li jkunu meћtieġa jew ma jkunux jistgћu jagћmlu dan sal-limitu taż-żmien iffissat, dawn gћandhom javżaw lill-qorti u jindikaw ir-raġunijiet gћaliex ma jkunux ressquhom;

2) il-qorti tista’ toћroġ ċertifikat lill-persuna li tkun qed tagћmel it-talba sabiex tirkupra l-provi miktuba jew reali li jagћtiha l-jedd sabiex tikseb il-provi li jridu jitressqu quddiem il-qorti.

Matul il-preparazzjoni gћas-smigћ fil-qorti, il-ġudikant jista’ jwettaq ukoll azzjonijiet proċedurali oћra li jkunu meћtieġa gћall-preparazzjoni xierqa tal-każ gћas-smigћ fil-qorti (jirkupra provi li jistgћu ma jinkisbux mill-parteċipanti waqt il-proċeduri, jiġbor il-provi ex officio meta dan id-dritt jingћata lill-qorti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, eċċ.).

b) F’liema każijiet l-qorti tista’ tiċћad l-applikazzjoni ta’ parti sabiex jinkisbu l-provi?

Il-qorti tista’ tiċћad il-provi f’każijiet fejn:

  1. dawn ma jkunux ammissibbli;
  2. il-provi ma jikkonfermawx jew ma jiċћdux iċ-ċirkostanzi li huma rilevanti gћall-każ (l-Artikolu 180 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
  3. dawn setgћu jiġu ppreżentati qabel u l-preżentazzjoni tagћhom aktar tard iddewwem il-proċeduri (il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Kwalunkwe dokument jew provi oћra, li fuqhom l-attur jibbaża t-talbiet tiegћu kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li biha l-miżata uffiċjali tkun ġiet imћallsa u ssir talba gћall-provi, li l-attur ma jistax iressaq, għandu, filwaqt li jindika r-raġuni gћaliex huwa impossibbli li jitressqu dawn il-provi, jiġi mehmuż mad-dikjarazzjoni ta’ l-ilment sabiex dawn jiġu aċċettati mill-qorti (l-Artikolu 135 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

Ta’ min isemmi wkoll li l-qorti ta’ l-appell tiċћad milli taċċetta provi ġodda, li setgћu ġew imressqa quddiem il-qorti ta’ l-ewwel istanza, ћlief f’każijiet fejn il-qorti ta’ l-ewwel istanza tkun ċaћdet li taċċettahom mingћajr raġuni jew fejn il-ћtieġa li jitressqu dawn il-provi tkun qamet aktar tard (l-Artikolu 314 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

5.

a) X’mezzi differenti ta’ provi jeżistu?

Skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-provi fi proċeduri ċivili tfisser kwalunkwe informazzjoni attwali li sservi bћala bażi gћall-qorti sabiex tiddikjara fi proċedura statutarja l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ ċirkostanzi li jissostanzjaw t-talbiet u r-repliki tal-partijiet kif ukoll ta’ ċirkostanzi oћra li huma importanti sabiex il-każ jiġi deċiż b’mod ġust. L-informazzjoni li ssemmiet tista’ tinkiseb fuq il-bażi ta’: dikjarazzjonijiet mill-partijiet jew minn partijiet terzi (fiżikament jew permezz ta’ rappreżentant), dikjarazzjonijiet tax-xhieda, provi bil-miktub, provi reali, verbali ta’ spezzjoni u rapporti ta’ l-esperti.

Ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjos li jinkisbu b’mod legali jistgћu jservu wkoll bћala strumenti ta’ dikjarazzjoni.

b) Liema huma l-metodi ta’ kif jinkisbu l-provi mix-xhieda u dawn ivarjaw mill-mezzi użati sabiex jinkisbu l-provi mix-xhieda esperti? X’inhuma r-regoli li jikkonċernaw it-tressiq tal-provi miktuba u tar-rapporti/l-opinjonijiet ta’ l-esperti?

Ir-regoli dwar il-metodi ta’ kif jinkisbu l-provi mix-xhieda u mix-xhieda esperti huma stipulati fl-Artikolu 192 u 217 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

FuqFuq

L-Artikolu 192. L-eżami tax-xhieda

  1. Kull xhud gћandu jidher fl-awla tal-qorti u jiġi eżaminat individwalment. Xhieda li ma jiġux eżaminati ma jistgћux jibqgћu fl-awla tal-qorti matul is-smigћ. Ix-xhieda li jiġu eżaminati gћandhom jibqgћu fl-awla tal-qorti sa tmiem is-smigћ. Fuq it-talba tax-xhieda li jiġu eżaminati, il-qorti tista’ tippermetti li dawn iћallu l-awla tal-qorti wara li tkun semgћet l-opinjoni tal-parteċipanti fil-proċedura.
  2. Xhud jista’ jiġi eżaminat fuq il-post jekk dan, wara li jkun ġie mћarrek sabiex jitla’ l-qorti, ma jattendix minћabba mard, età avvanzata, diżabilità jew minћabba raġunijiet sostanzjali legali oћra, u l-parteċipant fil-proċeduri li jkun ta bidu gћas-sejћa tax-xhud ma jkunx jista’ jiżgura l-preżenza ta’ dan ix-xhud fil-qorti.
  3. Il-qorti gћandha tidentifika d-dettalji personali tax-xhud; tispjega d-drittijiet u d-dmirijiet tax-xhud kif ukoll il-konsegwenzi f’każ li x-xhud jikser il-ġurament u ma jwettaqx jew ma jwettaqx kif xieraq dmirijiet oћra.
  4. Qabel ma jiġi eżaminat, ix-xhud gћandu jieћu ġurament billi jpoġġi jdejh fuq il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja u jiddikjara: “Jiena, (l-isem sћiћ), naћlef b’mod onest u b’mod diċenti li ngћid il-verità, mingћajr l-ebda trażżin (suppressio veri), żjieda jew bdil fil-provi”. Ix-xhud li jkun ћa l-ġurament gћandu jiffirma l-kliem tal-ġurament. Il-ġurament iffirmat gћandu jiġi mehmuż mal-minuti tas-seduta tal-qorti.
  5. Wara li tkun stabbiliet ir-relazzjonijiet tax-xhud mal-partijiet, mal-persuni terzi kif ukoll ma’ ċirkostanzi oћra li huma importanti gћall-provi tax-xhud (l-edukazzjoni, il-qasam ta’ l-attivitajiet tax-xhud, eċċ.), il-qorti gћandha tistieden lix-xhud biex jgћid lill-qorti dak kollu li jaf rigward il-każ, iżda biex jevita informazzjoni li s-sorsi tagћha ma jistgћux jissemmew mix-xhud.
  6. Wara li tkun ittieħdet l-evidenza tax-xhud, ix-xhud jista’ jiġi mistoqsi xi domandi. Ix-xhud irid l-ewwel jiġi eżaminat mill-persuna li tkun talbet biex jitћarrek ix-xhud kif ukoll mir-rappreżentant ta’ din il-persuna. Imbagћad ix-xhud jiġi eżaminat mill-parteċipanti l-oћra tal-proċeduri. Il-ġudikant m’gћandux jippermetti mistoqsijiet suġġestivi u mistoqsijiet li ma jkunux rilevanti gћall-każ. Il-ġudikant gћandu l-jedd li jistaqsi domandi fi kwalunkwe mument waqt l-eżami tax-xhud.
  7. Jekk ikun meћtieġ, fuq it-talba ta’ parteċipant fil-proċeduri jew fuq l-inizjattiva tagћha stess (ex officio) il-qorti tista’ teżamina lix-xhud mill-ġdid waqt l-istesz seduta, issejjaћ lix-xhud li jkun ġie eżaminat sabiex jattendi gћal seduta oћra ta’ l-istess qorti jew sabiex jikkonfronta lix-xhieda.

L-Artikolu 217. L-eżami ta’ l-esperti

FuqFuq

  1. L-opinjoni ta’ l-espert gћandha tinqara waqt is-seduta tal-qorti b’leћen gћoli. Qabel ma tinqara l-opinjoni ta’ l-espert, l-espert (l-esperti) li huwa responsabbli gћall-parir espert u li jkun qed jieћu sehem fis-seduta tal-qorti gћandu jieћu l-ġurament billi jpoġġi jdejh fuq il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja u jgћid: “Jiena, (l-isem sћiћ), naћlef li nwettaq id-dmirijiet ta’ espert b’onestà u li nagћti opinjoni esperta li tkun imparzjali u rraġunata skond l-aћjar tiegћi”. Jekk il-parir espert jingћata barra s-seduta tal-qorti, il-kliem tal-ġurament iffirmat mill-espert gћandu jifforma parti integrali mir-rapport ta’ l-espert.
  2. Il-qorti gћandha l-jedd li toffri lill-espert sabiex jispjega l-opinjoni tiegћu oralment. L-ispjegazzjoni orali ta’ l-espert gћandha tiġi inkluża fil-minuti tas-seduta tal-qorti.
  3. L-esperti jistgћu jiġu mistoqsija domandi sabiex jispjegaw jew sabiex isaћћu l-opinjoni ta’ l-espert. Il-persuna li titlob gћall-ћatra ta’ espert gћandha tkun l-ewwel li tistaqsi d-domandi lill-espert. Imbagћad l-espert jista’ jiġi mistoqsi mill-parteċipanti l-oћra fil-proċeduri. Jekk l-espert jinћatar mill-qorti ex officio (fuq l-inizjattiva tagћha stess), l-attur gћandu jkun l-ewwel li jistaqsi d-domandi lill-espert.
  4. Il-ġudikanti gћandhom il-jedd li jistaqsu d-domandi lill-espert fi kwalunkwe mument ta’ l-eżami tiegћu.

L-opinjoni ta’ l-espert tiġi fornuta biss (skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 217 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) fuq talba mill-qorti (bil-miktub: fil-forma ta’ rapport espert). Ir-rapport ta’ l-espert gћandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata dwar l-eżamijiet; il-konklużjonijiet li jkunu saru fuq il-bażi ta’ dawn l-eżamijiet kif ukoll it-tweġibiet irraġunati gћad-domandi li jkunu saru mill-qorti.

FuqFuq

Ta’ min jinnota li, jekk l-opinjoni ta’ l-espert tkun meћtieġa mill-qorti mingћajr parir espert, l-opinjoni ta’ l-ispeċjalista tista’ tiġi kkunsidrata bћala provi bil-miktub, li jitressqu mill-espert (jew minn parteċipanti oћra fil-proċeduri) jew li jiġu rkuprati mill-qorti skond il-proċedura stipulata bil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Ir-regoli dwar it-tressiq tal-provi bil-miktub huma previsti fl-Artikolu 198 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

L-Artikolu 198. It-tressiq tal-provi bil-miktub

  1. Il-provi miktuba jistgћu jitressqu mill-parteċipanti fi proċedura jew jiġu rkurpati mill-qorti skond il-proċedura stipulata bil-Kodiċi.
  2. Il-provi bil-miktub gћandhom jitressqu fil-forma ddefinita bl-Artikolu 114. Id-dokumenti ffirmati mill-parteċipanti fi proċedura u li jintbagћtu permezz ta’ terminals ta’ telekomunikazzjoni skond il-liġijiet u regoli oћra gћandhom ikunu ugwali gћall-verżjoni miktuba tad-dokument. Jekk il-provi bil-miktub isiru f’lingwa gћajr dik uffiċjali, it-traduzzjoni tal-provi, li gћandha tiġi ċċertifikata skond il-proċedura stabbilita, gћandha tiġi mehmuża ma’ dawn. Id-dokumenti oriġinali tal-każ jistgћu jingћataw lura fuq it-talba tas-sottomittenti. F’dan il-każ, il-kopji tad-dokumenti li jitreġġgћu lura li jkunu ġew iċċertifikati skond il-proċedura stabbilita bil-Kodiċi gћandhom jinżammu.
c) Ċerti metodi ta’ provi huma aktar b’saћћithom minn oћrajn?

Skond l-Artikolu 197 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili d-dokumenti maћruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat u muniċipali, li jiġu approvati minn uffiċjali pubbliċi fil-limiti tal-kompetenzi tagћhom u skond ir-rekwiżiti applikati gћall-forma ta’ dokumenti partikolari, gћandhom jitqiesu bћala provi uffiċjali bil-miktub u jkollhom valur evidenzjali akbar. Iċ-ċirkostanzi indikati fil-provi uffiċjali bil-miktub gћandhom jitqiesu bћala pprovati b’mod sћiћ sakemm dawn ma jiġux miċћuda bi provi oћrajn rilevanti gћajr il-provi tax-xhieda. Il-projbizzjoni sabiex jintużaw il-provi tax-xhieda m’gћandhiex tapplika jekk din tkun tkun tikkontradixxi il-prinċipji ta’ l-onestà, tal-ġustizzja u tar-raġonevolezza. Il-valur evidenzjali tal-provi uffiċjali bil-miktub jista’ jingћata b’mod statutarju fuq id-dokumenti l-oћra wkoll.

FuqFuq

d) Sabiex jiġu pprovati ċerti fatti, ċerti tipi ta’ provi huma obbligatorji?

Skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ċ-ċirkostanzi tal-każ li jkunu meћtieġa bil-liġi sabiex jiġu pprovati permezz ta’ strumenti partikolari ta’ dikjarazzjoni jistgћu ma jiġux ipprovati bl-użu ta’ kwalunkwe miżura oћra ta’ dikjarazzjini (il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 177).

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati bil-liġi biex jixhdu?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tobbliga lix-xhud imћarrek sabiex jidher quddiem il-qorti u sabiex iforni provi ġusti. Persuna li tiġi mћarrka sabiex tixhed hija responsabbli taћt il-liġi jekk din ma twettaqx id-dmirijiet tagћha bћala xhud (l-Artikolu 191).

b) F’liema każijiet dawn jistgћu jirrifjutaw milli jixhdu?

Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 191 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-privileġġ tal-prova jista’ jiġi eżerċitat f’każijiet fejn l-evidenza tax-xhud tkun tikkostitwixxi evidenza kontra l-persuna nnifisha, il-membri tal-familja jew il-qraba.

c) Persuna li tirrifjuta milli tixhed tista’ tiġi ssanzjonata jew sfurzata sabiex tagћti x-xhieda tagћha?

F’każ li x-xhieda, l-esperti jew l-interpreti/it-tradutturi ma jattendux gћas-smigћ, il-qorti tista’ titlob gћall-opinjoni tal-persuni li jkunu qed jieћdu sehem fil-proċeduri dwar il-possibilità li tittratta l-każ fin-nuqqas tax-xhieda, ta’ l-esperti jew ta’ l-interpreti/tradutturi u tiddeċiedi jekk tkomplix jew tiddefirixxix is-smigћ tal-każ. Jekk xhud, espert jew interpretu/traduttur li jkun ġie mћarrek jonqos milli jattendi fil-qorti mingћajr raġuni rilevanti, dan jista’ jiġi ordnat iћallas il-multa ta’ elf litas, waqt li x-xhud jista’ jitressaq il-qorti fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti. (l-Artikolu 248 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

FuqFuq

d) Hemm persuni li minnhom ma tistax tinkiseb ix-xhieda?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li l-persuni li ġejjn jistgћu ma jiġux intervistati bћala xhieda (il-paragrafu 2 ta’ l-Artikoli 189):

  1. ir-rappreżentanti fi proċeduri ċivili jew l-avukati tad-difiża fi proċeduri kriminali dwar ċirkostanzi miksuba minnhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom bћala rappreżentanti jew bћala avukati tad-difiża;
  2. persuni li mhumiex kapaċi jifhmu ċ-ċirkostanzi rilevanti jew biex jagћtu provi ġusti minћabba difetti fiżiċi jew mentali;
  3. qassisin dwar ċirkostanzi miksuba minnhom taћt il-qrar;
  4. il-professjoni medika dwar ċirkostanzi li jikkostitwixxu s-sigrieti tal-professjoni tagћhom;
  5. persuni oћra definiti bil-liġi.

7. X’inhu r-rwol tal-ġudikant u tal-partijiet fis-smigћ tax-xhud? Taћt liema kondizzjonijiet jista’ jinstema’ x-xhud permezz ta’ teknoloġiji moderni bћat-televiżjoni jew il-faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi?

Skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, wara li tkun ġabret il-provi tax-xhud, ix-xhud jista’ jiġi mistoqsi xi domandi. L-ewwel ix-xhud jiġi eżaminat mill-persuna li tkun talbet biex dan jiġi mћarrek kif ukoll mir-rappreżentant ta’ din il-persuna, u mbagћad mill-parteċipanti l-oћra fil-proċeduri. Il-ġudikant gћandu jelimina mistoqsijiet magћmula b’mod li jissuġġerixxu r-risposta korretta u mistqosijiet li ma jkunux rilevanti gћall-każ. Il-ġudikant gћandu l-jedd li jistaqsi domandi fi kwalunkwe mument waqt l-eżami tax-xhieda. Jekk ikun meћtieġ, fuq it-talba ta’ parteċipant fi proċedura jew fuq l-inizjattiva tagћha stess (ex officio) il-qorti tista’ teżamina lix-xhud mill-ġdid waqt l-istess seduta, issejjaћ lix-xhud li ġie eżaminat gћal seduta oћra ta’ l-istess qorti jew sabiex jikkonfronta lix-xhieda (l-Artikolu 192).

FuqFuq

Rigward id-domanda dwar il-possibilità u l-kondizzjonijiet li jikkonċernaw is-smigћ tax-xhieda permezz tat-televiżjoni jew ta’ faċilitajiet ta’ vidjokonferenzi, ta’ min jinnota li l-qorti, skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 803 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tista’ titlob lill-qorti ta’ stat ieћor sabiex tagћmel użu minn dawn it-tekonoloġiji ta’ komunikazzjoni ћalli tiġbor il-provi.

III. Il-valutazzjoni tal-provi

8. Fejn il-provi ma jkunux inkisbu legalment minn parti, jeżistu xi restrizzjonijiet fuq il-qorti sabiex tagћti s-sentenza tagћha?

Skond l-Artikolu 177 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjos li jinkisbu b’mod legali jistgћu jservu wkoll bћala strumenti ta’ dikjarazzjoni. Mill-banda l-oћra, l-informazzjoni attwali li tkun tinkludi sigrieti ta’ l-istat jew uffiċjali ma jistgћux iservu bћala provi fi proċeduri ċivili sakemm dawn ma jsirux pubbliċi fi proċedura statutarja.

Ta’ min isemmi wkoll, li skond l-Artikolu 185 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti tiġġudika fuq il-provi tal-każ skond l-opinjoni tagћha bbażata fuq eżami komprensiv u imparzjali tal-provi li jkunu ġew iddikjarati waqt il-kawża. L-ebda provi m’gћandhom xi setgћa stipulata minn qabel fuq il-qorti ћlief gћal dawk il-każijiet previsti f’dan il-Kodiċi.

9. Bћala parti fil-kawża, id-dikjarazzjoni tiegћi stess tgћodd bћala provi?

Iva (ara t-tweġiba gћad-domanda 5 a)).

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit