Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
(Liema parti ġġorr l-oneru tal-prova u għal liema fatti? X’inhuma l-implikazzjonijiet jekk dubji dwar fatt speċifiku ma’ jistgħux jiġu solvuti?)
Ir-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova japplikaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2697 tal-Kodiċi Ċivili, li jgħid li “dawk li għandhom l-intenzjoni li jinfurzaw dritt quddiem Qorti għandhom jipprovdu evidenza tal-fatti li jsostnu t-talba” u “il-parti li tikkontesta l-validità ta’ dawk il-fatti jew li tippretendi li d-dritt infurzat inbidel jew ġie eżawrit għandha tipprovdi evidenza tal-fatti li jsostnu tali oġġezzjoni.” Dawn il-prinċipji għalhekk jeħtieġu li r-rikorrent jipprova l-fatti li fuqhom tkun ibbażata t-talba tiegħu jew tagħha jew li għandhom l-effetti legali ċitati. Il-konvenut, min-naħa l-oħra, irid jipprovdi evidenza biex isostni fatti li jipprekludu r-responsabbiltà jew juru li d-drittijiet ġew eżawriti jew inbidlu, li jistgħu jirriżultaw fiċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent u jirrenduha invalida.
Fejn ir-rikorrent ma jistax jipprovdi evidenza tal-fatti relatati ma’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu, l-applikazzjoni tiġi miċħuda, irrispettivament minn jekk il-konvenut joffrix difiża u evidenza b’sostenn ta’ l-istess.
L-Artikolu 2698 tal-Kodiċi Ċivili jirrendi null u bla effett kwalunkwe ftehim intenzjonat li jittrasferixxi jew ibiddel l-oneru tal-prova relatat ma’ drittijiet li mhumiex negozjabbli jew li għandu l-effett li jagħmilha diffiċli żżejjed għal wieħed mill-partijiet li jeżerċita d-drittijiet tiegħu.
Evidenza difettuża tagħmel ħsara lill-każ tal-parti – rikorrent jew konvenut – li għandha tipprova jew tikkonfuta l-fatti, billi d-difetti huma kkonsidrati li jammontaw għal nuqqas ta’ evidenza.
L-oneru tal-prova mhux neċessarju fil-każijiet li ġejjin:
(Għandha l-qorti tkun konvinta totalment mill-fatt, jew huwa suffiċjenti li l-fatt ikun probabbli ħafna, imma jibqgħu ċerti dubji?)
Id-deċiżjoni tal-qorti favur applikazzjoni jew linja ta’ difiża trid tkun ibbażata purament fuq fatti ppruvati direttament u b’mod ċar jew bi preżunzjoni.
Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tkun ibbażata fuq fatti mhux ippruvati, anke jekk huma possibbli jew anke probabbli ħafna.
Skond is-sistema legali Taljana, it-teħid ta’ evidenza huwa regolat mill-prinċipju tal-prosekuzzjoni tal-parti stabbilit fl-ewwel subartikolu ta’ l-Artikolu 115 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, fejn “apparti minn f’dawk il-każijiet speċifikati mil-liġi” il-qorti għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-evidenza ppreżentata mill-partijiet. Biex il-fatti ppreżentati jiġu eżaminati jridu jkunu rilevanti, jiġifieri li jkunu tali li l-prova ta’ l-eżistenza tagħhom jew le tkun tidher influwenti fuq id-deċiżjoni tal-każ.
Għalhekk, bħala regola, il-qorti ma tistax minn jedda tiġbor evidenza li tista’ tgħin biex tistabbilixxi l-fatti.
Madankollu, hemm ċerti eċċezzjonijiet għal din ir-regola stabbiliti fl-Artikoli tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li ġejjin:
Applikazzjoni minn wieħed mill-partijiet għat-teħid ta’ evidenza jippermetti li l-parti l-oħra tapplika biex tipprova l-kuntrarju. F’dan il-każ il-qorti tilqa’ ż-żewġ applikazzjonijiet, sakemm temmen li l-fatti ppreżentati ser ikunu rilevanti għall-iskopijiet li tasal għal deċiżjoni.
Jekk il-qorti taċċetta l-evidenza, tipproċedi biex tismagħha.
Wara li l-evidenza tkun inġabret u l-passi kollha preskritti mil-liġi jkunu ttieħdu, il-każ jiġi deliberat.
(bħal f’każijiet fejn il-prova ma tkunx adattata jew ma tistax tintlaħaq jew tkun inammissibbli)
Il-qorti tiċħad applikazzjonijiet għall-kisba ta’ evidenza fejn l-evidenza tkun inammissibbli skond il-liġi (per eżempju, tentattiv biex jiġi ppruvat li beni immobbli ġew mibjugħa abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ xhieda) jew fejn il-fatti li għalihom tirreferi l-applikazzjoni jkunu irrilevanti għall-iskopijiet tad-deċiżjoni (per eżempju, dikjarazzjoni maħlufa li tikkonċerna fatt mhux relatat mal-meritu tat-tilwima).
Il-liġi Taljana tiddistingwi bejn evidenza dokumentarja u mhux dokumentarja.
Evidenza dokumentarja tkopri kemm dokumenti pubbliċi u kemm privati. Forom tipiċi ta’ evidenza dokumentarja privata huma telegrammi, fajls u rekords domestiċi, il-kontijiet ta’ kumpaniji reġistrati, kopji prodotti mekkanikament jew elettronikament, kopji ta’ dokumenti uffiċjali jew dokumenti ta’ rikonoxximent jew tiġdid.
Evidenza mhux dokumentarja tikkonsisti f’konfessjonijiet, dikjarazzjonijiet maħlufa, evidenza ta’ xhieda, spezzjonijiet u pariri tekniċi.
Evidenza ta’ xhieda tiġi ammessa mill-qorti istruttorja, li tordna lix-xhud biex jidher ħalli jixhed taħt piena ta’ mezzi koersivi u multa jekk hu jew hi jonqsu milli jidhru.
Din l-obbligazzjoni tapplika wkoll għal esperti tekniċi msejjħa mill-qorti.
Esperti tekniċi jfasslu rapporti bil-miktub jekk ikunu mitluba li jagħmlu hekk mill-qorti, li tista’ wkoll tillimita ruħha li titlob lill-esperti biex jixhdu oralment waqt udjenza.
(per eżempju evidenza bil-miktub minflok dikjarazzjoni maħlufa, dokument iċċertifikat minflok dokument privat)
Is-sistema legali Taljana tagħti l-aktar piż lil dokumenti pubbliċi, li jistgħu jkunu kkontestati biss fuq il-bażi li huma ffalsifikati, u lil preżunżjonijiet mhux ribattibbli juris et de jure.
(per eżempju, l-evidenza bil-miktub hija neċessarja għal djun li jaqbżu ċertu ammont?)
Il-liġi teħtieġ li ċerti fatti jiġu ppruvati biss permezz ta’ forom speċifiċi ta’ evidenza, f’ċerti każijiet b’dokumenti pubbliċi u f’oħrajn b’dokumenti bil-miktub (pubbliċi jew privati).
Ix-xhieda huma meħtieġa li jixhdu, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Hemm dispożizzjoni għall-inkapaċità biex tixhed, projbizzjoni li tagħti xhieda u l-għażla li ma tixhidx.
(bħal meta x-xhud ikun qarib tal-parti (liema?), jew fil-każ li jekk xhud jixhed jista’ jikkawża ħsara lilu nnifsu)
Fil-każijiet koperti mill-Artikoli 199 u 200 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li ssir referenza għalihom fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Iva, kif indikat aktar ‘il fuq.
(adulti mingħajr kapaċità legali, minorenni, persuni b’interessi komuni ma’ parti, persuni li ġew misjuba ħatja ta’ ċerti offiżi kriminali …)
Ara aktar ‘il fuq.
(Min imexxi s-smigħ ta’ xhud? Jista’ l-imħallef jagħmel mistoqsijiet lix-xhud? Il-parti l-oħra għandha permess li tikkontro-eżamina lix-xhud?)
Il-qorti teżamina lix-xhud, tistaqsi mistoqsijiet diretti dwar il-fatti ammessi u kwalunkwe mistoqsijiet mitluba mill-avukat difensur waqt l-eżami.
Fil-preżent, il-liġi ma tippermettix li l-evidenza ta’ xhud tittieħed bl-użu ta’ teknoloġiji bħat-televiżjoni jew il-konferenzi bil-vidjo.
( bħal reġistrazzjoni fuq tejp meħuda illegalment, eċċ.)
Il-qorti ma tagħtix kas ta’ evidenza li ma tkunx ġiet ippreżentata u ammessa formalment.
Ma tgħoddx bħala evidenza favur tiegħi. Madankollu, tista’ tgħodd bħala evidenza kontra tiegħi jekk id-dikjarazzjoni tiegħi hi konfessjoni magħmula waqt intervista formali.
« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 19-04-2007

