Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk ikollok tiġbor evidenza barra l-UE, hemm konvenzjonijiet internazzjonali li jistgħu jiffrankawlek il-ħin.

Ħafna drabi mhux biżżejjed li jkollok talba kontra parti oħra biex effettivament tirbaħ il-kawża tiegħek għax il-parti l-oħra tikkontesta l-fatti li fuqhom int tkun ibbażajt it-talba. Għalhekk normalment ikun kruċjali li tippreżenta evidenza lill-qorti biex tipprova t-talba tiegħek. Biex tagħmel hekk, jista’ jkun neċessarju li tiġbor evidenza f’pajjiż li mhux dak li fih inti residenti barra l-UE. Pereżempju, jista’ jkun neċessarju li jinstemgħu xhieda f’dak il-pajjiż.

Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja English - français dwar il-ġbir ta’ l-evidenza barra mill-pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali ta' l-1970 tipprovdi sistema għat-trasmissjoni ta’ talbiet għall-ġbir ta’ evidenza permezz ta’ l-awtoritajiet ċentrali maħtura minn kull wieħed mill-partijiet kontraenti.

Taħt din is-sistema, talbiet għall-ġbir ta’ evidenza jintbagħtu mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek lill-awtorità ċentrali maħtura mill-Istat Membru in kwistjoni, li timpenja ruħha li tittrasmettihom lill-awtorità kompetenti biex teżegwihom. Il-Konvenzjoni ma tipprekludix lill-Istati kontraenti milli jippermettu metodi ta’ ġbir ta’ evidenza differenti minn dawk provduti fil-Konvenzjoni.

Taħt l-arranġamenti tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja, awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Kontraenti tista’ titlob li tottjeni evidenza fi Stat Kontraenti ieħor. Preżentement, 41 stat huma marbuta bil-Konvenzjoni, fosthom l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Belġju, il-Greċja u l-Irlanda.

Għall-Istati Membri ta’ l-UE ħlief id-Danimarka, il-Konvenzjoni mill-2004 se tiġi sostitwita bir-Regolament tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta’ l-Istati Membri fil-ġbir tal-evidenza fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi tal-Komunità".

Fl-aħħarnett, hemm ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri ta’ l-UE, li ssir referenza għalihom fil-paġni ta’ l-Istati Membri kkonċernati.

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja English - français tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar il-Ġbir ta’ l-Evidenza Barra mill-Pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali (Konferenza ta’ l-Aja)
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta’ l-Istati Membri fil-ġbir ta’ evidenza fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit