Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Dwar kwistjonijiet ta’ prova, il-liġi Griega issegwi il-“prinċipju tal-prosekuzzjoni tal-parti”. Dan ifisser li l-qorti taġixxi biss fuq rikors ta’ parti u tiddeċiedi abbażi tat-talbiet fattwali magħmula u bil-provi mill-partijiet u tar-rikorsi li huma jissottomettu. Jittieħdu passi proċedurali fuq talba mill-parti, sakemm il-liġi ma tgħidx xort’oħra. Kull parti jeħtiġilha ġġib prova biss dwar il-fatti li jkunu rilevanti għad-deċiżjoni tal-kawża u li jkunu meħtieġa biex isostnu t-talba jew il-kontrotalba indipendenti tagħha. Rikors minn parti li ma jkollux provi ma jintlaqax.
Fejn il-liġi tistipula xi prova għall-eżistenza ta’ fatt, prova kuntrarja hija permessa, sakemm ma jingħadx xort’oħra. Fatti li jkunu tant magħrufa jew li ma jkunx jista’ jkun hemm dubju raġjonevoli li jkunu ġenwini jew li l-qorti tkun taf bihom minn proċedura ġudizzjarja oħra jitqiesu awtomatikament, mingħajr provi. Fl-aħħar nett, il-qorti awtomatikament tqis il-preċetti tal-esperjenza komuni, mingħajr provi. Il-liġijiet, konswetudnijiet u użanzi ta’ pajjiżi oħra jitqiesu awtomatikament, għalkemm jekk il-qorti ma tkunx familjari magħhom hija tista’ teżiġi li jinġiebu provi.
Il-qorti tqis b’mod liberu l-provi u tiddeċiedi skont il-kuxjenza tagħha jekk id-dikjarazzjonijiet ikunux ġenwini. Fid-deċiżjoni tagħha hija tgħid x’kienu l-motivi li jkunu wasslu lill-imħallef jifforma opinjoni tiegħu. Fejn il-liġi jkun jidhrilha li l-bilanċ ta’ probabiltajiet ikun suffiċjenti (e.g. f’miżuri kawtelatorji), il-qorti ma tkunx obbligata tapplika d-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ provi, il-prova stess u l-qawwa tagħha, iżda tqis kull ma jidhrilha jkun xieraq biex tifforma opinjoni dwar il-fatti.
Il-prinċipju bażiku huwa li l-partijiet jipproponu u jressqu l-provi. Iżda l-qorti tista’ minn jeddha tordna li tinġieb kull prova permessa mil-liġi, anki jekk il-partijiet ma jkunux invokawha.
Wara jkunu ttieħdu l-provi l-qorti tiddeċiedi dwar il-merti tal-każ, sakemm ma ssibx li l-provi ma kinux suffiċjenti, f’liema ċirkustanza hija tista’ tordna li jinġiebu provi ġodda u addizzjonali.
Il-provi jikkonsistu f’ammissjonijiet, rapporti ta’ perizja, dokumenti, is-smigħ tal-partijiet, xhieda, il-ġurament tal-parti u preżunzjonijiet ta’ fatt.
Id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ xhieda huma applikati wkoll meta jkollhom jintwerew fatti tal-imgħoddi billi jkunu eżaminati persuni li fehmu dawk il-fatti abbażi tat-tagħrif speċjalizzat tagħhom. Meta esperti jkunu eżaminati bħala xhieda, tiġi segwita l-istess proċedura bħal dik għal xhieda ordinarji.
L-ammissjonijiet bil-fomm jew bil-miktub tal-parti quddiem il-qorti jew l-imħallef supplenti jikkostitwixxu prova sħiħa kontra l-persuna li tkun ammettiet, waqt li ammissjonijiet mhux fi proċedimenti tal-qorti u kull prova oħra ikunu valutati liberament.
Kuntratti u atti kollettivi ma jistgħux jiġu ppruvati permezz ta' xhieda jekk ikunu ta' valur ta' aktar minn €5 869.405, u t-testimonjanza ta' xhieda kontra l-kontenut ta' dokument mhix permessa, ukoll jekk l-att legali jkun ta' valur ta' anqas minn 2 miljun GRD jew €5 869.405. Iżda t-testimonjanza ta' xhieda hija permessa fil-każijiet li ġejjin:
Kull min jitħarrek bħala xhud għandu jidher u jiddikjara l-fatti kif jafhom. Jekk persuna tonqos milli tidher, mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tivverbalizza li tkun tat deċiżjoni li tordnalha tħallas l-ispejjeż ikkawżati mill-assenza tagħha u tista’ wkoll timponi penali finanzjarja.
Xhud li jidher u jirrifjuta li jixhed, ukoll meta jkun jeħtieġlu jagħmel hekk, jista’ jkun ordnat mill-qorti li jħallas penali.
Dawn li ġejjin ma jistgħux ikunu eżaminati bħala xhieda:
Persuni li jkunu jiġu mill-partijiet bil-konsangwinità jew biż-żwieġ jew b'adozzjoni sat-tielet grad, konjuġi (ukoll wara x-xoljiment taż-żwieġ) u persuni li jkunu ntrabtu li jiżżewġu jistgħu wkoll jirrifjutaw li jixhdu.
Qabel ma jkun eżaminat xhud għandu jitqiegħed taħt ġurament (billi jieħu ġurament reliġjuż jew jagħmel affermazzjoni). Ix-xhieda jiġu eżaminati separatament, u huwa biss jekk jitqies li huwa essenzjali li jistgħu jkunu kontro-eżaminati ma’ xhieda oħra jew mal-partijiet. Ix-xhieda jagħtu t-testimonjanza tagħhom bil-fomm. Ix-xhieda għandhom jiddikjaraw kif saru jafu b’dak li jixhdu dwaru, u fil-każ ta’ fatti li huma ma kinux jafu bihom direttament, huma għandhom isemmu l-persuna li għarrfithom b’dak li jkunu qed jixhdu dwaru. Il-qorti tista’ ma tippremettix li jsiru mistoqsijiet lil xhieda minn partijiet jew mill-avukati tagħhom jekk ikunu biċ-ċar għalxejn jew irrilevanti, u tiddikjara li l-eżami ta’ xhud ikun intemm meta jidhrilha li x-xhud ikun qal dak kollu li jkun jaf dwar il-fatti li tagħhom ikollha tinġieb prova.
Il-qorti tista’ tqis biss provi legali. Il-kunċett “legali” jinkludi wkoll il-mezzi li bihom ikunu nkisbu l-provi. Provi miksuba illegalment huma illegali u ma jiġux ikkunsidrati.
Iva, l-eżami tal-partijiet huwa aċċettat bħala prova.
« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 05-05-2009

