Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk għandek talba kontra xi ħadd, trid tkun kapaċi tipprovaha

Jekk tibda proċeduri legali, it-talba tiegħek kontra l-parti l-oħra tista’ tkun fondata tajjeb. Imma ħafna mid-drabi dak ma jkunx suffiċjenti biex effettivament tirbaħ il-kawża għax il-parti l-oħra tikkontesta l-fatti li fuqhom int tkun ibbażajt it-talba tiegħek. Għalhekk normalment ikun kruċjali li tippreżenta l-evidenza lill-qorti biex tipprova t-talba tiegħek.

Hemm modi differenti kif l-evidenza tista’ tittieħed. F’ċerti każijiet prova b’dokument tista’ tkun possibbli, eż. meta jkun hemm dubju jekk dejn ġiex imħallas jew le. F’każijiet fejn tali prova ma teżistix, jista’ jkun xieraq li jinstemgħu xhieda li jistgħu jixhdu dwar l-osservazzjonijiet tagħhom. Xi drabi jkun neċessarju li jitqabbdu esperti fi kwistjonijiet ta’ materja speċifika, eż. meta l-ammont preċiż tad-danni jrid jiġi aċċertat. Jekk ikun neċessarju, l-qorti ma teżaminax biss l-evidenza preżentata lilha, imma żżur ukoll il-post ta’ l-okkorrenza (eż. ta’ l-inċident).

L-Istati Membri kollha għandhom regoli dwar il-ġbir ta’ l-evidenza li huma ddisinjati biex jiggarantixxu li l-imħallef jitqiegħed f’pożizzjoni fejn ikun jista’ jistabbilixxi l-fatti tal-każ b’mod preċiż kemm jista’ jkun.

Kull Stat Membru għandu regoli speċifiċi dwar il-ġbir ta’ evidenza. Ivarjaw rigward mezzi ammissibbli għall-ġbir ta’ l-evidenza, il-proċedura li għandha tiġi segwita, ir-regoli li jkkonċernaw il-piż tal-prova u l-valutazzjoni ta’ l-evidenza mill-qorti.

L-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ ġbir ta’ evidenza f’kull Stat Membru tista’ tinstab billi tikklikkja fuq il-bnadar tagħhom.

Jekk fil-każ tiegħek ikun neċessarju li tiġbor evidenza fi Stat Membru differenti minn dak li fih inti residenti, tajjeb li tkun taf li mill-2004 il-proċeduri rilevanti huma stabbiliti f'Regolament Ewropew. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi tal-Komunità.

Hemm ukoll konvenzjoni internazzjonali, konkluża fl-1970, li tiggverna r-relazzjonijiet bejn ċerti Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u pajjiżi mhux membri ta’ l-UE li huma parti mill-konvenzjoni. Biex issir taf aktar ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi Internazzjonali".

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit