Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Franza

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Franza

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm regoli li jeżentaw xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli tirribatti dawn il-preżunzjonijiet billi jinġiebu l-provi? b)
2. Sa liema grad għandha l-qorti tkun konvinta minn fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. It-teħid tal-provi II.
3. It-teħid tal-provi dejjem jeħtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew jista’ l-imħallef f’xi każijiet jieħu l-provi wkoll fuq l-inizzjattiva tiegħu? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar it-teħid tal-provi tiġi approvata, liema passi jiġu wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ parti biex tikseb l-evidenza? b)
5.
a) X’mezzi differenti tal-provi jeżistu? a)
b) X’inhuma l-metodi tal-ksib tal-provi minn xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati biex jinkisbu l-provi minn xhieda esperti? X’inhuma r-regoli dwar il-preżentata ta’ xhieda bil-miktub u rapporti/opinjonijiet ta’ esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li għandhom aktar saħħa minn oħrajn? c)
d) Sabiex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Tista’ persuna li tirrifjuta li tixhed tkun penalizzata jew tiġi mġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li ma tistax tinkiseb xhieda mingħandhom? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħalma huma t-televiżjoni u l-konferenzi bil-vidjo? 7.
III. L-evalwazzjoni tal-provi III.
8. Fejn l-evidenza ma tkunx inkisbet legalment minn parti, hemm restrizzjonijiet fuq il-qorti meta tieħu d-deċiżjoni tagħħa? 8.
9. Bħala parti fil-każ, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

b) Hemm regoli li jeżentaw xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli tirribatti dawn il-preżunzjonijiet billi jinġiebu l-provi?

F’xi każi, jeżistu xi preżunzjonijiet li jeżentaw lill-persuna li għandha tipprova fatt li dwaru l-oneru tal-prova hu impossibbli jew diffiċli. B’mod ġenerali, persuna tista’ tirribatti dawn il-preżunzjonijiet billi jinġiebu l-provi. Għaldaqstant hemm il-preżunzjoni li tifel imwieled matul iż-żewġ bħala missier kellu lir-raġel t’ommu. Iżda tista’ titressaq azzjoni biex tikkontesta l-paternità.

B’mod aktar rari, il-preżunzjonijiet jkunu irribatibbli u għalhekk hu impossibbli li tinġieb prova kuntrarja għalihom.

2. Sa liema grad għandha l-qorti tkun konvinta minn fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

Il-qorti ma tistax tibbaża d-deċiżjoni tagħha ħlief fuq fatti ppruvati u mhux kuntestati.

II. It-teħid tal-provi

3. It-teħid tal-provi dejjem jeħtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew jista’ l-imħallef f’xi każijiet jieħu l-provi wkoll fuq l-inizzjattiva tiegħu?

It-teħid tal-provi jista’ jkun ordnat mill-imħallef fuq talba tal-parti iżda l-imħallef jista’ jieħu l-provi wkoll fuq l-inizzjattiva tiegħu.

FuqFuq

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar it-teħid tal-provi tiġi approvata, liema passi jiġu wara?

Jekk l-imħallef jordna teħid tal-prova fuq talba ta’ parti, il-marixxall tal-qorti jgħarraf lill-persuna teknika maħtura bin-natura ta’ l-inkarigu tiegħu; dan isejjaħ il-partijiet għall-attivitajiet kollha li jwettaq. Fil-każ li jiġi appuntat espert, dan ma jibdiex qabel il-parti tkun tħallset somma ta’ flus fuq deċiżjoni ta’ l-imħallef (depożitu) li tiggarantixxi l-ħlas lill-espert. It-teħid tal-provi kollha jsir fil-preżenza tal-partijiet.

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ parti biex tikseb l-evidenza?

L-imħallef jista’ jiċħad applikazzjoni biex tinkiseb l-evidenza jekk hu jqis li din ikollha l-effett li tpatti għal nuqqas tal-parti li għandha l-oneru tal-prova jew jekk ma tkunx meħtieġa.

5.

a) X’mezzi differenti tal-provi jeżistu?

Jekk il-prova hi libera (ara 5d), il-prova tista’ issir b’kull mezz (ċertifikati…)

b) X’inhuma l-metodi tal-ksib tal-provi minn xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati biex jinkisbu l-provi minn xhieda esperti? X’inhuma r-regoli dwar il-preżentata ta’ xhieda bil-miktub u rapporti/opinjonijiet ta’ esperti?

Ma hemm ebda differenza bejn l-evalwazzjoni tas-smigħ orali ta’ xhud jew espert u dik ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ espert. Id-deċiżjoni dwar is-smiegħ ta’ xhud hi f’idejn l-imħallef. F’xi każi, il-miktub jorbot lill-imħallef jekk dan ma jkunx ikkuntestat min-naħa l-oħra.

FuqFuq

c) Hemm xi metodi ta’ prova li għandhom aktar saħħa minn oħrajn?

L-att awtentiku, imħejji minn uffiċjal pubbliku (nutar, uffiċjal tal-qorti) fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, jgħodd sakemm ma jkunx jinkludi l-falz.

L-att ta’ ftehim privat (dokument stabbilit, mingħajr l-intervent ta’ uffiċjal pubbliku, mill-partijiet stess u bil-firma tagħhom biss) jgħodd sakemm ma jkunx hemm prova kontrarja.

L-imħallef hu liberu biex jevalwa x-xhieda, kif ukoll modi oħra ta’ prova.

d) Sabiex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

Il-prova bil-miktub hi meħtieġa biex jiġi stabbilit att legali (kuntratt) li l-valur tiegħu ikun ta’ aktar minn 800 ewro. Min-naħa l-oħra, biex jiġi ppruvat fatt (inċident…), il-prova hi libera.

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Kull persuna hi obbligata tagħti s-sehem tagħha lill-ġustizzja bil-għan li tinkixef il-verità.

b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

Xhud jista’ jirrifjuta li jixhed jekk ma jkollux il-kapaċità jew f’każ ta’ divorzju, jekk hu qarib tal-konjuġi (ara mistoqsija 6 d). Jekk xhieda tinvolvi fatt suġġett għas-sigriet professjonali, hu wkoll jista’ jirrifjuta. Barra minn hekk, ix-xhud jista’ jirrifjuta li jixhed jekk jiġġustifika ruħu b’impediment legali (impossibbiltà li jmur il-Qorti, mard, raġunijiet professjonali). L-imħallef jiddeċiedi jekk dan l-impediment hux legali.

FuqFuq

c) Tista’ persuna li tirrifjuta li tixhed tkun penalizzata jew tiġi mġiegħla tixhed?

Il-persuna li tirrifjuta li titla’ tixhed tista’ tirċievi multa ta’ bejn il-15 u l-150 €.

Jaqbel li jiġi ppreċiżat ukoll li xhieda falza hi suġġetta għal pieni kriminali.

d) Hemm persuni li ma tistax tinkiseb xhieda mingħandhom?

Il-minorenni, il-persuni inkapaċi maġġorenni u l-persuni milquta minn xi pieni (tneħħija tad-drittijiet ċiviċi) ma jistgħux jixhdu. Madankollu l-imħallef jista’ jismagħhom għall-informazzjoni, mingħajr ma jġegħlhom jaħilfu. Barra minn hekk, il-qraba tal-miżżewġa fil-każ ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni ma jistgħux jixhdu.

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħalma huma t-televiżjoni u l-konferenzi bil-vidjo?

L-imħallef jisma’ lix-xhud u jistaqsieh xi mistoqsijiet. Il-partijiet preżenti ma jistgħu la jinterrompu lix-xhud u lanqas jitkellmu mieghu direttament, sabiex ma jinfluwenzawħx. Jekk iqis li hu neċessarju, l-imħallef iressaq il-mistoqsijiet li l-partijiet jixtiequ jagħmlu lix-xhud.

Ladarba ċ-ċirkostanzi (bħall-bogħod ġeografiku) jitolbu l-użu ta’ rikordjar tal-ħoss, viżiv jew awdjoviżiv tax-xhieda, xejn ma jimpedixxi lill-imħallef milli jagħmel dan l-użu.

III. L-evalwazzjoni tal-provi

8. Fejn l-evidenza ma tkunx inkisbet legalment minn parti, hemm restrizzjonijiet fuq il-qorti meta tieħu d-deċiżjoni tagħħa?

L-imħallef ma jqisx il-provi miksuba b’mezz qarrieqi (telekamera moħbija, rikordjar ta’ konversazzjoni tat-telefon bil-moħbi ta’ l-interlokutur jew li ma jirrispettawx il-ħajja privata).

9. Bħala parti fil-każ, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova?

F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni tal-parti fil-każ ma jkollhiex il-valur ta’ prova.

Aktar tagħrif

  • Legifrance français
  • Le site Internet du ministère français de la justice français

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit