Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 06-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Finlandja

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm regoli li jeżentaw xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli tirribatti dawn il-preżunzjonijiet billi jinġiebuI l-provi? b)
2. Sa liema grad għandha l-qorti tkun konvinta minn fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. It-teħid tal-provi II.
3. It-teħid tal-provi dejjem jeħtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew jista’ l-imħallef f’xi każijiet jieħu l-provi wkoll fuq l-inizjativa tiegħu? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar it-teħid tal-provi tiġi approvata, liema passi jiġu wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ parti biex tikseb l-evidenza? b)
5.
a) X’mezzi differenti tal-provi jeżistu? a)
b) X’inhuma l-metodi tal-ksib tal-provi minn xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati biex jinkisbu l-provi minn xhieda esperti? X’inhuma r-regoli dwar il-preżentata ta’ xhieda bil-miktub u rapporti/opinjonijiet ta’ esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li għandhom aktar saħħa minn oħrajn? c)
d) Sabiex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Tista’ persuna li tirrifjuta li tixhed tkun penalizzata jew tiġi mġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li ma tistax tinkiseb xhieda mingħandhom? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħalma huma t-televiżjoni u l-konferenzi bil-vidjo? 7.
III. L-evalwazzjoni tal-provi III.
8. Fejn l-evidenza ma tkunx inkisbet legalment minn parti, hemm restrizzjonijiet fuq il-qorti meta tieħu d-deċiżjoni tagħħa? 8.
9. Bħala parti fil-każ, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

L-attur (jiġifieri min jagħmel il-kawża) għandu jipprova dawk il-kwistjonijiet li jsostnu l-azzjoni, filwaqt li l-konvenut (jiġifieri dak li kontriħ issir il-kawża) għandu mbagħad jipprova dawk il-kwistjonijiet li qed jirreferi għalihom. Il-parti li tonqos li tippreżenta l-provi ġġorr ir-riskju li l-kwistjonijiet li tippreżenta jibqgħu mhux ipprovati.

b) Hemm regoli li jeżentaw xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli tirribatti dawn il-preżunzjonijiet billi jinġiebuI l-provi?

Fatt ammess m’għandux għalfejn jiġi pprovat. Ukoll, fatt li huwa magħruf b’mod ġenerali, jew wieħed li huwa magħruf lill-qorti ex officio m’għandux għalfejn jiġi pprovat. Naturalment, il-preżentazzjoni tal-kontro-evidenza hija possibbli.

2. Sa liema grad għandha l-qorti tkun konvinta minn fatt sabiex tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

F’dan ir-rigward il-liġi sempliċement fiha dispożizzjoni li biha l-qorti għandha, wara li tkun qieset bir-reqqa l-fatti kollha li qamu, tiddeċiedi x’għandu jitqies bħala l-verità fil-każ. Il-Finlandja tapplika dik li tissejjaħ it-“teorija ta’ l-evalwazzjoni ħielsa tal-provi”, u għalhekk hija kwistjoni li jiġu ppreżentati provi xierqa lill-qorti.

II. It-teħid tal-provi

3. It-teħid tal-provi dejjem jeħtieġ l-applikazzjoni ta’ parti, jew jista’ l-imħallef f’xi każijiet jieħu l-provi wkoll fuq l-inizjativa tiegħu?

Fil-prattika l-partijiet interessati għandhom huma stess jiksbu l-evidenza li jixtiequ jirreferu għaliha. Fil-fatt il-liġi tippermetti wkoll lill-qorti tiddeċiedi li tikseb oġġetti ta’ prova fuq l-inizjativa tagħha. Iżda ma tistax tordna li jiġi eżaminat xhud jew dokument ġdid fuq l-inizjativa tagħha u kontra l-volontà taż-żewġ partijiet involuti, jekk il-każ huwa wieħed li jista’ jiġi riżolt b’mod amikevoli.

FuqFuq

F’xi każijiet, bħal dawk tal-paternità, huwa wkoll l-obbligu tal-qorti li tiżgura li jinkisbu r-rapporti kollha meħtieġa.

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti dwar it-teħid tal-provi tiġi approvata, liema passi jiġu wara?

It-teħid tal-provi jseħħ fis-seduta ewlenija.

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ parti biex tikseb l-evidenza?

Il-qorti tista’ tiċħad talba bħal din, fost l-oħrajn, fejn il-prova mhijiex rilevanti jew il-każ ikun diġà ġie pprovat f’dan ir-rigward, kif ukoll fejn il-parti interessata tagħmel it-talba għall-preżentata tal-prova fi stadju tard wisq.

5.

a) X’mezzi differenti tal-provi jeżistu?

Il-mezzi tal-provi jikkonsistu fis-smigħ tal-partijiet interessati, tax-xhieda u ta’ l-esperti; il-preżentata tax-xhieda bil-miktub u d-dikjarazzjonijiet ta’ l-esperti; u l-ispezzjoni.

b) X’inhuma l-metodi tal-ksib tal-provi minn xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati biex jinkisbu l-provi minn xhieda esperti? X’inhuma r-regoli dwar il-preżentata ta’ xhieda bil-miktub u rapporti/opinjonijiet ta’ esperti?

Ma hemm ebda differenza bejn l-evalwazzjoni tas-smigħ orali ta’ xhud jew espert u dik ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ espert. Min-naħa l-oħra, xhud ma jistax jagħti dikjarazzjoni bil-miktub.

FuqFuq

c) Hemm xi metodi ta’ prova li għandhom aktar saħħa minn oħrajn?

Le. Il-qorti għandha diskrezzjoni ħielsa meta tevalwa l-provi.

d) Sabiex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

Le.

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Bħala regola, xhud ma jistax jirrifjuta li jixhed.

b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

Per eżempju, ir-konjuġi, l-għarus(a) u qraba li huma axxendenti jew dixxendenti diretti ta’ parti interessata għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jagħtu x-xhieda. Barra minn hekk, il-liġi tinkludi sitwazzjonijiet oħrajn varji li fihom xhud għandu d-dritt jew l-obbligu li jirrifjuta li jixhed.

c) Tista’ persuna li tirrifjuta li tixhed tkun penalizzata jew tiġi mġiegħla tixhed?

Xhud li mingħajr raġuni legali jirrifjuta li jixhed jista’ jkun obbligat li jixhed taħt piena ta’ multa jekk jonqos. Jekk minkejja dan ix-xhud ma jaċċettax li jixhed, il-qorti tista’ tordna li jkun detenut sakemm jaċċetta li jixhed.

d) Hemm persuni li ma tistax tinkiseb xhieda mingħandhom?

Huwa fid-diskrezzjoni tal-qorti jekk (per eżempju) persuna taħt 15-il sena jew persuna b’disturb mentali tistax tinstema’ bħala xhud.

Xi gruppi ta’ persuni ma jistgħux jixhdu f’kwistjonijiet marbuta mal-pożizzjoni ta’ fiduċja tagħhom; dawn jinkludu t-tobba u l-avukati.

FuqFuq

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħalma huma t-televiżjoni u l-konferenzi bil-vidjo?

Bħala regola ġenerali, l-eżaminazzjoni ta’ xhud tinbeda mill-parti li tkun sejħitlu. Wara, il-parti l-oħra għandha d-dritt teżamina x-xhud. Imbagħad, il-qorti u l-partijiet interessati jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud.

Xhud jista’ jinstema’ bl-użu tal-konferenzi bil-vidjo jew metodu tekniku ieħor xieraq u applikabbli tal-komunikazzjoni tad-data li jagħti kollegament awdjoviżwali bejn dawk li qed jieħdu sehem fis-seduta, jekk il-qorti tqis li dan huwa xieraq. Huwa possibbli li din il-proċedura tintuża meta, per eżempju, xhud ikun ġie mrażżan milli jasal il-qorti, jew jekk l-attendenza tiegħu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli, jew jekk ix-xhud għandu inqas minn 15-il sena. F’xi sitwazzjonijiet xhud jista’ wkoll jiġi eżaminat bit-telefown.

III. L-evalwazzjoni tal-provi

8. Fejn l-evidenza ma tkunx inkisbet legalment minn parti, hemm restrizzjonijiet fuq il-qorti meta tieħu d-deċiżjoni tagħħa?

Il-liġi ma fiha ebda istruzzjonijiet diretti dwar każ bħal dan. Il-qorti għandha, bl-użu tad-diskrezzjoni tagħha, tiddeċiedi x’sinjifikat ikollha prova bħal din.

9. Bħala parti fil-każ, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala prova?

Iva. Il-partijiet interessati jistgħu jinstemgħu liberament fl-intenzjoni li jippreżentaw il-provi, u f’każ ċivili jistgħu jinstemgħu taħt ġurament dwar fatti li għandhom sinjifikat speċjali biex tiġi deċiża l-kawża. Dikjarazzjoni ta’ parti interessata mogħtija bi prova tiġi evalwata bl-istess kriterji bħal dikjarazzjoni mogħtija minn xhud.

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit