Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 22-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

Proċedura prattika u rapida għat-teħid ta’ l-evidenza fl-Unjoni Ewropea

Ta’ spiss ma jkunx suffiċjenti li jkollok talba kontra parti oħra biex tirbaħ il-każ minħabba li l-parti l-oħra tikkontesta l-fatti li fuqhom inti għandek il-bażi għat-talba tiegħek. Għalhekk huwa normalment kruċjali li tippreżenta evidenza lill-qorti bħala appoġġ għat-talba tiegħek. Biex tagħmel hekk, jista’ jkun meħtieġ li tieħu evidenza fl-Istat Membru għajr dak li fih inti tkun residenti. Per eżempju, jista’ jkun neċessarju li tisma’ xhieda fi Stati Membri oħrajn, jew il-qorti tista’ wkoll iżżur ix-xena ta’ fejn isiru l-okkorrenzi fi Stat Membru ieħor.

Jekk inti trid tali evidenza meħuda fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih inti residenti, inti tkun trid tgħaddi minn sensiela ta’ intermedjarji.

FL-2001 l-Unjoni Ewropea adottat Regolament li jfassal regoli proċedurali biex jagħmilha iktar faċli li tieħu evidenza fi Stat Membru ieħor. Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2004, ħlief fid-Danimarka, li ma tieħux sehem fl-arranġamenti tal-Komunità fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili.

Dan huwa l-kontenut ewlieni tar-Regolament:

  • Dan ir-regolament japplika fil-każijiet ċivili u kummerċjali fejn il-qorti ta' Stat Membru titlob lill-qorti kumpetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tikseb l-evidenza. Ir-regolament joħloq sistema ġdida ta’ trażmissjoni u eżekuzzjoni diretta u rapida ta’ talbiet sabiex tittieħed l-evidenza bejn il-qrati. Kull Stat Membru għandu jfassal lista tal-qrati kompetenti biex jieħdu l-evidenza. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni f’manwal.
  • Rappreżentanti tal-qorti li tagħmel it-talba u l-partijiet jistgħu jkunu preżenti meta jsir l-att ġudizzjarju mill-qorti li tkun għamlet it-talba. Jekk dan mhux possibbli, komunikazzjonijiet moderni tat-teknoloġija, u b'mod partikolari konferenzi bil-vidjow, jistgħu jkunu wżati biex jiffaċilitaw l-parteċipazzjoni tagħhom.
  • Dan ir-regolament jipprovdi wkoll għall-possibilità li tittieħed evidenza diretta mill-qorti li tagħmel it-talba fi Stat Membru ieħor.
  • Ir-Regolament jistabbilixxi kriterji preċiżi fir-rigward tal-forma u l-kontenut tat-talba. It-talba trid tkun magħmula bl-użu ta’ forma speċifika, u jrid ikollha ċertu dettalji, bħal isem u indirizz il-partijiet tal-proċeduri, in-natura u s-suġġett tal-każ, deskrizzjoni tat-teħid ta’ l-evidenza mitluba, eċċ.
  • Ir-Regolament jistipola li t-talba trid tkun imfassla f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tal-qorti li lilu qed issirlu t-talba, jew f’lingwa oħra li dan l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.
  • Talba għat-teħid ta’ l-evidenza għandha tiġi pproċessata malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 90 jum minn meta tasal it-talba. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-qorti li lilha qed issir it-talba għandha tinforma lill-qorti li titlobha billi tagħti r-raġunijiet għal dan.
  • Il-possibilità li tirrifjuta li teżegwixxi t-talba biex tiġbor l-evidenza hi ristretta għal għadd żgħir ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

Dokumenti ta’ referenza

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit