Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Belġju

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Belġju

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. L-oneru tal-prova I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti billi tiġi ppreżentata l-evidenza? b)
2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. Il-ġbir ta’ l-evidenza II.
3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza? b)
5.
a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi? a)
b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li aktar b’saħħithom minn oħrajn? c)
d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tinġabar l-evidenza? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjow? 7.
III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza III.
8. Fejn l-evidenza ma tkunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza? 8.
9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza? 9.

 

I. L-oneru tal-prova

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

Fis-sistema legali Belġjana hemm distinzjoni bejn il-liġi ċivili u dik kummerċjali. Il-liġi kummerċjali hija liġi speċjali li tgħodd għan-negozjanti; il-liġi ċivili hija l-liġi ġenerali.

Il-liġi dwar il-provi fil-liġi ċivili tinsab fl-artikoli 1315 et seq. tal-Kodiċi Ċivili (KĊiv.). Hija sistema magħluqa b’forom ta’ evidenza regolati b’mod strett ħafna (dettalji hawn taħt f’5 a).

Il-liġi dwar il-provi fil-liġi kummerċjali tinsab fl-artikolu 25 tal-Kodiċi Kummerċjali (KKumm). Il-karatteristiċi l-aktar sinjifikanti huma l-ftuħ tas-sistema u l-libertà relativa fir-rigward tal-forma tal-provi fil-każijiet kummerċjali. L-artikolu 25 KKumm jgħid: “Minbarra l-forom tal-prova permessi għall-għanijiet tal-liġi ċivili, il-prova ta’ relazzjonijiet kummerċjali tista’ wkoll tingħata mix-xhieda fil-każijiet kollha fejn il-qorti tammettiha, ħlief kif provdut mod ieħor f’ċirkostanzi speċifiċi. L-evidenza tal-bejgħ u x-xiri tista’ tingħata fil-forma ta’ fattura bl-irċevuta, mingħajr preġudizzju għall-forom l-oħrajn ta’ provi ammissibbli taħt l-istatuti f’materji kummerċjali.”

L-aspetti tekniċi proċedurali fir-rigward ta’ l-evidenza f’materji ċivili u kummerċjali huma regolati mill-artikoli 870 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju (KĠud.). L-Artikolu 876 KĠud. jipprovdi li l-qorti li fiha qed tipproċedi l-azzjoni għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tar-regoli ta’ l-evidenza li tgħodd għat-tip ta’ azzjoni konċernata. L-azzjoni tkun jew ċivili inkella kummerċjali.

FuqFuq

L-evidenza ta’ fatt, ipoteżi jew allegazzjoni għandha tkun provduta mill-persuna li qed tistrieħ fuqha. Persuna li tippretendi t-twettiq ta’ obbligazzjoni għandha tipprova li teżisti l-obbligazzjoni. Għall-kuntrarju, persuna li tippretendi li għandha tkun rilaxxjata minn obbligu għandha tipprova li l-obbligu ġie mwettaq bil-ħlas jew b’mod ieħor (l-artikolu 1315 KĊiv.). F’tilwima legali kull parti għandha tagħti prova tal-fatti li tallega (l-artikolu 870 KĠud.: “actori incumbit probatio”). Imbagħad il-parti li topponi trid tirribatti l-valur evidenzjali tal-fatti, jekk dan huwa possibbli u permess.

b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti billi tiġi ppreżentata l-evidenza?

Kemm-il darba ma hemm ebda oġġezzjoni minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew sigurtà nazzjonali, il-fatti kollha huma permessi li jigu pprovati. Hemm tliet restrizzjonijiet fuq id-dritt li tiġi provduta l-evidenza matul il-kors tal-proċeduri. L-ewwel, il-fatt li għandu jiġi ppruvat għandu jkun rilevanti għall-każ. Imbagħad, il-fatt għandu jkun konklussiv, jiġifieri li jikkontribwixxi biex jikkonvinċi l-qorti dwar id-deċiżjoni li għandha tintlaħaq. It-tielet, il-fatt għandu jkun wieħed fejn hija ammissibbli prova dwaru: il-ħajja privata, is-sigriet kummerċjali u s-sigriet tal-korrispondenza ma jistgħux jiġu vjolati.

Ġeneralment il-preżunzjonijiet huma ribattibbli mill-parti li topponi. Huma biss il-preżunzjonijiet irribattibbli (“iure et de iure”) li ma jistgħux jiġu ribattuti; huwa wkoll illegali li wieħed jipprovdi evidenza biex jirribattihom. Il-preżunzjonijiet ribattibbli (“iuris tantum”) jistgħu u għandhom jiġu ribattuti bl-evidenza kuntrarja: il-forom ta’ provi aċċettabbli hawn huma rregolati fil-kuntest tal-liġi ċivili iżda mhux fil-liġi kummerċjali.

FuqFuq

2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

Il-qorti għandha tkun konvinta mill-punti sottomessi mill-partijiet. Il-qorti għandha tkun konvinta fuq il-bażi tal-provi u l-kredibilità tagħhom. Jekk il-qorti tikkonkludi li l-punt sottomess lilha jista’ jgħin biex jiddeċiedi t-tilwima u li l-punt kif sottomess b’mod dipendibbli jirrifletti l-verità tal-kwistjoni, hija tagħti valur probatorju lill-punt. Huwa biss meta l-qorti tkun tat valur probatorju lil xi punt jew ieħor li jista’ jitqies sew bħala prova.

Il-valur probatorju huwa kemxejn soġġettiv, filwaqt li l-provi attwali huma strettament oġġettivi. L-istat bħala prova jiddependi fuq id-dipendibbiltà li għandu jkollhom il-provi. L-evidenza titqies bħala prova biss jekk għandha livell xieraq ta’ dipendibbiltà, għaliex il-qorti hija dejjem imċaħħda mid-diskrezzjoni tagħha. Dan huwa l-każ bl-evidenza dokumentarja. Jekk il-qorti tinterpreta l-kontenut ta’ dokument li jkun inkiseb legalment b’mod li mhuwiex kompatibbli mat-test attwali, hija tivvjola l-istatus tad-dokumenti formali bħala provi. Il-parti li titlef tista’ tistrieħ fuq dan bħala aggravju ta’ l-appell lill-Qorti tal-Kassazzjoni.

II. Il-ġbir ta’ l-evidenza

3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll?

Parti li tagħmel allegazzjoni trid tkun tista’ tippruvaha. F’xi każijiet il-qorti tista’ tagħti istruzzjonijiet lil waħda mill-partijiet sabiex tipprovdi l-evidenza, bħal fejn il-persuni jitqiesu li huma taħt ġurament (l-artikolu 1366 KĊiv.). Il-qorti tista’, taħt kondizzjonijiet stretti, tobbliga lil parti tagħmel dikjarazzjoni maħlufa, jew tagħmel ir-riżoluzzjoni tat-tiwlima tiddependi fuqha jew sempliċement tiddetermina l-ammont li għandha tagħti.

FuqFuq

Il-qorti tista’ tagħmel mistoqsijiet lill-partijiet u tordna lix-xhieda jiġu mistoqsija l-mistoqsijiet, ħlief fejn il-liġi tipprojbixxi dan (artikolu 916 KĠud). Tista’ wkoll tordna rapport espert sabiex tiddetermina fatti speċifiċi jew tipprovdi pariri tekniċi (artikolu 962 KĠud.).

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ parti biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara?

Għandha ssir applikazzjoni għall-miżuri ta’ l-investigazzjoni minn waħda mill-partijiet fil-forma ta’ applikazzjoni ewlenija jew applikazzjoni inċidentali. Is-sentenza tal-qorti dwar din il-kwistjoni tista’ taqbel jew tirrifjuta li taċċetta l-applikazzjoni, u tagħti r-raġunijiet tagħha.

Fil-każ ta’ investigazzjoni dokumentarja (artikolu 883 KĠud.) jew investigazzjoni dwar falsifikazzjoni (artikolu 895 KĠud.) il-qorti tordna lill-partijiet jidhru quddiemha (bir-rappreżentazzjoni legali jew mingħajrha) u jġibu magħhom l-atti, id-dokumenti u l-ftehimiet kollha jew id-dokument li huwa allegat li huwa ffalsifikat. Il-qorti tista’ tisma’ u tiddetermina l-każ minnufih jew tordna li jiġi ddepożitat fir-reġistru, u wara din tista’ hija stess tordna miżuri ta’ l-investigazzjoni jew tordna li jwettquhom l-esperti. Il-qorti fl-aħħar tagħti s-sentenza dwar il-kwistjoni ta’ l-investigazzjoni dokumentarja jew l-investigazzjoni tal-falsifikazzjoni.

Jekk parti toffri li tipprovdi evidenza permezz ta’ xhud wieħed jew aktar, il-qorti tista’ tammetti l-evidenza jekk tkun ammissibbli (artikolu 915 KĠud.). Jekk il-liġi ma tipprojbixxix dan, il-qorti tista’ tordna li jsiru l-mistoqsijiet lix-xhieda. Ix-xhieda huma mħarrka mir-reġistratur tal-qorti għall-inqas tmint ijiem qabel il-jum stabbilit għas-smigħ. Għandhom jieħdu l-ġurament u l-imħallef jagħmlilhom il-mistoqsijiet separatament. Il-qorti tista’ tagħmel mistoqsijiet lix-xhud minn jeddha jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet. Ix-xhieda titniżżel bil-miktub, tinqara, tiġi korreġuta u amplifikata jekk ikun hemm bżonn, u s-smigħ tax-xhieda mbagħad jingħalaq.

FuqFuq

Il-qorti tista’ tordna investigazzjoni esperta sabiex tirriżolva t-tilwima jew trażżanha milli tibda. L-investigazzjoni tista’ tikkonċerna sejbiet fattwali u pariri tekniċi biss (artikolu 962 KĠud.). L-espert iwettaq il-missjoni tiegħu taħt is-superviżjoni tal-qorti. Il-partijiet jipprovdu lill-espert id-dokumenti rekwiżiti kollha u jwettqu t-talbiet raġonevoli kollha tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat sa data stabbilita permezz ta’ ordni tal-qorti. Jekk hemm kunflitt bejn ir-rapport u t-twemmin konvint tal-qorti stess, il-qorti mhijiex obbligata ssegwi l-parir ta’ l-espert.

Minn jeddha jew fuq talba tal-partijiet, il-qorti tista’ tordna investigazzjoni in situ (artikolu 1007 KĠud.). L-investigazzjoni, li matulha l-partijiet jistgħu jkunu jew ma jkunux preżenti, issir mill-imħallef li jordnaha jew minn persuna uffiċjalment inkarigata li twettaqha. Jiġi prodott u trażmess lill-partijiet rapport uffiċjali li jirrekordja l-affarijiet kollha magħmula u dak kollu li jinstab.

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza?

Il-qorti qatt ma hija obbligata taċċetta talba ta’ parti għal miżuri ta’ investigazzjoni. Iżda jekk tiġi trażmessa lill-imħallef istruzzjoni uffiċjali, għandu jwettaqha (artikolu 873 KĠud.).

5.

a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi?

Hemm ħames tipi ta’ mezzi ta’ prova fil-liġi ċivili (ordinarja): l-evidenza dokumentarja, id-dikjarazzjonijiet tax-xhud, il-preżunzjonijiet, l-ammissjonijiet tal-partijiet, u dikjarazzjonijiet maħlufa (affidavits) (artikolu 1316 KĊiv.).

FuqFuq

L-evidenza dokumentarja (artikolu 1317 KĊiv.) tista’ tiġi provduta jew fil-forma ta’ document awtentiku (att) jew ta’ dokument privat. Dokument awtentiku (att) huwa dokument imfassal fil-forma stipulata mil-liġi minn uffiċjal pubbliku awtorizzat (bħal nutar jew reġistratur tat-twelid, żwieġ u mwiet) u jikkostitwixxi, kemm bejn il-partijiet u fir-rigward ta’ partijiet terzi, prova perfetta ta’ dak kollu li hemm irreġistrat fih. Dokument privat rikonoxxut iffirmat mill-partijiet rilevanti kollha u riprodott f’numru ta’ kopji daqs kemm ikun hemm partijiet jikkostitwixxi prova perfetta bejn il-partijiet. Għal oġġetti f’somma jew ta' valur akbar minn €375 għandu jiġi prodott dokument bil-miktub (artikolu 1341 KĊiv.).

L-evidenza mogħtija mix-xhieda (artikolu 1341 KĊiv.) mhijiex ammissibbli biex tirribatti jew tamplifika l-kontenut tad-dokumenti bil-miktub. Jekk hemm biss evidenza dokumentarja prima facie jew jekk huwa impossibbli li tiġi prodotta l-evidenza dokumentarja, l-evidenza tax-xhieda tiġi ammessa.

Il-preżunzjonijiet (artikolu 1349 KĊiv.) huma konklużjonijiet magħmula mil-liġi jew mill-qorti minn fatt magħruf sabiex jiġi deċiż fatt mhux magħruf. Il-preżunzjonijiet ma jistgħux jieħdu preċedenza fuq il-kontenut ta’ dokumenti bil-miktub iżda jistgħu, bħall-evidenza tax-xhieda, jikkostitwixxu evidenza prima facie li għandha tiġi amplifikata mill-evidenza bil-miktub u tissostitwixxi d-dokumenti bil-miktub kull fejn huwa impossibbli li dawn jiġu prodotti.

L-ammissjonijiet mill-partijiet (artikolu 1354 KĊiv.) isiru jew fil-kuntest ġudizzjarju jew barra mill-kuntest ġudizzjarju. Ammissjoni fil-kuntest ġudizzjarju hija dikjarazzjoni li tagħmel xi parti jew xi persuna awtorizzata li tagixxi f’isimha b’konnessjoni legali li wieħed jista’ jistrieħ fuqha kontra l-persuna li qed tagħmilha. Ammissjoni barra mill-kuntest ġudizzjarju, min-naħa l-oħra, ma hija soġġetta għal ebda rekwiżit formali.

FuqFuq

Dikjarazzjoni maħlufa (artikolu 1357 KĊiv.) issir minn parti jew oħra (ġurament deċiżiv) jew tiġi ordnata mill-qorti. Fil-każ ta’ ġurament deċiżiv, id-dikjarazzjoni hija evidenza konklussiva biss favur jew kontra l-persuna li ħalfitha.

L-evidenza f’materji kummerċjali (artikolu 25 KKumm) mhijiex regolata, iżda hemm forma speċifika ta’ evidenza, jiġifieri l-fattura bl-irċevuta fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ. Negozjant jista’ dejjem juża fattura bl-irċevuta biex joħloq evidenza valida, filwaqt li dokumenti oħrajn bil-miktub għandhom jiġu mill-parti l-opposta jekk għandhom iservu bħala evidenza.

b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti?

L-evidenza tax-xhieda hija regolata bħala forma indipendenti ta’ prova mill-Kodiċi Ċivili; il-Kodiċi Ġudizzjarju jirregola l-aspetti proċedurali tekniċi ta’ l-evidenza tax-xhieda. Ir-rapport ta’ l-espert huwa forma waħda ta’ prova fost l-oħrajn u huwa regolat mill-Kodiċi Ġudizzjarju. Tliet partijiet jistgħu jitolbu lill-qorti tħarrek ix-xhieda, iżda ma jistgħux jinnominaw esperti minn jeddhom. Hija l-qorti biss li tista’ tagħmel dan.

L-evidenza dokumentarja għandha valur probatorju u l-qorti għandha tirrispetta l-kontenut tagħha, iżda l-istess ma jgħoddx għar-rapporti u l-opinjonijiet ta’ l-esperti. Jekk hemm kunflitt bejn ir-rapport jew l-opinjoni u l-konvinzjonijiet ta’ l-imħallef stess, ta’ l-aħħar mhux obbligat jimxi fuqu (artikolu 986 KĠud.).

FuqFuq

c) Hemm xi metodi ta’ prova li aktar b’saħħithom minn oħrajn?

Hemm ġerarkija bejn il-forom regolati ta’ provi. L-ammissjonijiet u d-dikjarazzjonijiet maħlufa għandhom l-ogħla priorità. Dokument bil-miktub dejjem għandu priorità fuq id-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u l-preżunzjonijiet. Id-dokumenti awtentiċi (l-atti) jikkostitwixxu prova perfetta bejn il-partjiiet u b’relazzjoni għal terzi, filwaqt li dokument privat rikonoxxut jikkostitwixxi prova perfetta bejn il-partijiet. Wieħed jista’ jistrieħ fuq l-evidenza tax-xhieda u l-preżunzjonijiet biss jekk il-provi dokumentarji mhumiex kompleti jew jekk mhux possibbli li tiġi prodotta l-evidenza dokumentarja tar-relazzjoni li trid tiġi pprovata.

d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

Skond jekk il-fatt huwiex klassifikat bħala materja ċivili jew kummerċjali, il-liġi ta’ l-evidenza hija regolata jew mhux regolata. Fil-liġi ċivili, dokument bil-miktub (att jew dokument privat) għandu jiġi prodott għal oġġetti f'somma jew ta' valur akbar minn €375 (artikolu 1341 KĊiv.). Dawn id-dokumenti biss jistgħu jiġu ammessi bħala prova; l-evidenza tax-xhieda u l-preżunzjonijiet mhumiex ammessi. Madankollu, f’materji kummerċjali, l-evidenza tax-xhieda u l-preżunzjonijiet huma ammissibbli, u għandhom prijorità qabel il-kontenut ta’ dokumenti jew jirribattuhom.

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Le; ix-xhieda jinstemgħu, jekk mitlub, mill-partijiet jew jiġu mħarrka mill-qorti (artikolu 915-916 KĠud.).

FuqFuq

b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

Jekk xhud jiġi mħarrek u jissottometti li għandu raġunjiet legalment validi biex jirrifjuta li jixhed, il-mistoqsija ssir lill-qorti. L-obbligi tax-xhud dwar is-sigriet kummerċjali jitqiesu bħala raġuni valida, fost l-oħrajn (artikolu 929 KĠud.).

c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed?

Persuna mħarrka bħala xhud għandha d-dmir tidher. Jekk ma tidhirx, il-qorti, fuq applikazzjoni minn xi waħda mill-partjiet, tista’ tħarrikha permezz ta’ ċitazzjoni notifikata minn marixxall (artikolu 925 KĠud.). Persuna mħarrka bħala xhud li ma tidhirx tiġi kkundannata tħallas multa kriminali (artikolu 926 KĠud.).

d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tinġabar l-evidenza?

L-evidenza tax-xhieda hija invalida jekk tingħata minn persuna li m’għandhiex il-pożizzjoni meħtieġa (artikolu 931(1) KĠud.).

Minorenni taħt l-età ta’ ħmistax-il sena ma jista’ qatt jiġi mistoqsi mistoqsijiet taħt ġurament. Kull dikjarazzjoni li jagħmel tista’ tintuża biss bħala informazzjoni (artikolu 931(1) KĠud.).

Minorenni li għandu l-kapaċità ta’ dixxerniment xierqa jista’ jiġi mistoqsi l-mistoqsijiet mill-imħallef jew minn persuna fi kwalunkwe proċedura tal-qorti, fuq talba tal-minorenni stess jew b’ordni tal-qorti, għalkemm f’dan il-każ ta’ l-aħħar il-minorenni jista’ jirrifjuta li jsirulu l-mistoqsijiet (artikolu 931(3) to (7) KĠud.).

FuqFuq

Il-qraba tal-familja fil-linja dixxendenti ma jistgħux jiġu mistoqsijiet f’każijiet li fihom il-qraba tagħhom fil-linja axxendenti għandhom interess (artikolu 931(2) KĠud.).

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjow?

Il-partijiet ma jistgħux jitkellmu direttament max-xhieda jew jinterrompuhom iżda għandhom dejjem jindirizzaw lill-qorti (artikolu 936 KĠud.). Il-qorti, minn jeddha jew fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet, tista’ tagħmel mistoqsija lix-xhud li tgħin biex tiċċara jew tamplifika l-evidenza (artikolu 938 KĠud.).

Ix-xhieda indiretta hija invalida. Ma hemm ebda dispożizzjoni jew prinċipju ta’ liġi biex topponiha. Barra minn dan, l-artikolu 924 KĠud. jippermetti lill-qorti tiddeċiedi li, fejn xhud jista’ juri li huwa impossibbli għalih li jidher personalment, ix-xhieda tiegħu tista’ tkun irċevuta fejn qiegħed attwalment.

III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza

8. Fejn l-evidenza ma tkunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza?

L-evidenza miksuba b’mezzi illegali ma tistax tintuża fil-qorti. Il-qorti għandha twarrabha meta tasal għas-sentenza tagħha. Jekk il-privatezza, is-sigriet kummerċjali jew is-segretezza tal-korrispondenza jkunu ġew miksura fil-ksib ta’ l-evidenza, din hija illegali u inammissibbli.

9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza?

Id-dokumenti li jiġu minn waħda mill-partijiet ma jistgħux jintużaw bħala provi għal dik il-parti. Fil-liġi kummerċjali biss hija l-fattura (aċċettata mil-klijent) fi tranżazzjoni ta’ bejgħ valida bħala prova li negozjant jista’ joffri biex jipprova l-każ tiegħu stess, ukoll jekk din tkun dokument ġej minnu stess. Il-kotba tal-kontijiet miżmuma sew jistgħu jigu aċċettati mill-qorti bħala prova ta’ tranżazzjonijiet bejn in-negozjanti.

Ammissjoni fil-kuntest ġudizzjarju hija dikjarazzjoni li tagħmel waħda mill-partijiet jew persuna awtorizzata li taġixxi għaliha f’kuntest legali. Dikjarazzjoni bħal din tikkostitwixxi prova perfetta kontra l-persuna li tagħmilha.

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit