Kummissjoni Ewropea > NGE > Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 19-10-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Awstrija

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? I.
1.
a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova? a)
b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti billi tiġi ppreżentata l-evidenza? b)
2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt? 2.
II. Il-ġbir ta’ l-evidenza II.
3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll? 3.
4.
a) Jekk l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara? a)
b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza? b)
5.
a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi? a)
b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti? b)
c) Hemm xi metodi ta’ prova li huma aktar b’saħħithom minn oħrajn? c)
d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji? d)
6.
a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu? a)
b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu? b)
c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed? c)
d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tinġabar l-evidenza? d)
7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo? 7.
III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza III.
8. Fejn l-evidenza ma tkunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza? 8.
9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza? 9.

 

I. X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

1.

a) X’inhuma r-regoli dwar l-oneru tal-prova?

Bħala prinċipju, kull parti hija meħtieġa telenka l-pretensjonijiet fattwali kollha li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħha (l-oneru tal-persważjoni) u tipprovdi l-evidenza xierqa (l-Artikoli 226(1) u 243(2) tal-Kodiċi Awstrijakk tal-Proċedura Ċivili (ZPO)). Jekk il-fatti tal-każ jibqgħu mhux ċari (sitwazzjoni "non liquet"), il-qorti xorta għandha tilħaq deċiżjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jidħlu r-regoli dwar l-oneru tal-prova. Kull parti ghandha oneru tal-prova, biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet kollha tar-regoli favoriha jkunu ntlaħqu. F’ċirkostanzi normali, l-attur għandu jasserixxi kwalunkwe fatt li jiġġustifika l-pretensjoni tiegħu, filwaqt li l-konvenut għandu jasserixxi kwalunkwe fatt li jiġġustifika l-oġġezzjonijiet tiegħu. L-attur għandu wkoll l-oneru tal-prova li r-rekwiżiti proċedurali ntlaħqu.

b) Hemm xi regoli li jeżentaw lil xi fatti mill-oneru tal-prova? F’liema każijiet? Huwa possibbli li dawn il-preżunzjonijiet jiġu ribattuti billi tiġi ppreżentata l-evidenza?

Għall-għanijiet ta’ deċiżjoni, il-fatti sinifikanti jeħtieġu prova kemm-il darba ma jkunux eżenti. Ebda prova ma hija meħtieġa għall-fatti konċeduti (l-Artikoli 266 u 267 taż-ZPO), fatti ovvji (l-Artikolu 269 taż-ZPO) jew fatti preżunti legalment (l-Artikolu 270 taż-ZPO).

FuqFuq

Fatt konċedut huwa wieħed li parti taċċetta li huwa pretensjoni korretta mill-parti l-opposta. Il-qorti bħala prinċipju hija meħtieġa li taċċetta fatt konċedut bħala korrett u li tilħaq id-deċiżjoni tagħha mingħajr eżaminazzjoni ulterjuri.

Fatt huwa ovvju meta huwa magħruf ġeneralment (huwa magħruf jew perċettibbli b’mod affidabbli mingħajr diffikultajiet fi kwalunkwe ħin għal numru kbir ta’ persuni) jew magħruf lill-qorti (il-qorti li qed tisma’ l-każ fuq bażi tas-sejba uffiċjali tagħha jew jidher apparenti b’mod ċar mill-fajls).

Il-qorti hija meħtieġa ex officio tqis il-fatti ovvji fid-deċiżjoni tagħha iżda m’għandhomx għalfejn jiġu allegati jew ippruvati.

Preżunzjoni legali tirriżulta direttament mil-liġi u għandha l-effett li taqleb l-oneru tal-prova. Il-parti l-opposta tal-parti li qed tibbenefika minn din il-preżunzjoni għandha tressaq provi kuntrarji. Għandha tipprova li, minkejja li hemm bażi għal preżunzjoni legali, il-fatti preżunti jew is-sitwazzjoni legali ma jeżistux.

2. Kemm għandha tkun konvinta l-qorti minn xi fatt sabiex tibbaża s-sentenza tagħha fuq l-eżistenza ta’ dak il-fatt?

L-għan tal-proċeduri tal-qorti huwa li l-imħallef jiġi konvint minn fatt. Ġeneralment, għandha tinkiseb "probabbiltà sostanzjali"; “iċ-ċertezza assoluta” mhijiex meħtieġa biex jiġi konvint l-imħallef.

Il-gradi ta’ l-istandard tal-provi huma stabbiliti bil-liġi jew bil-ġurisprudenza u jvarjaw minn "probabbiltà sinifikanti" (eż., l-Artikolu 138(1) jew l-Artikolu 163(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali) għal "probabbiltà kważi ċertezza". Fil-każ ta’ l-ewwel, il-preżunzjoni jew ċertifikat huma suffiċjenti bħala standard tal-prova taħt il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 274). L-evidenza prima facie twassal ikoll għal tnaqqis ta’ l-istandard tal-prova u għandha rwol fit-tegħlib tad-diffikultajiet fil-proviżjon ta’ l-evidenza f’azzjonijiet għal danni. Jekk hemm kors tipiku ta’ ġrajjiet li għalih il-ħajja tissuġġerixxi konnessjoni kawżali jew tort speċifiku, dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li huma ppruvati fuq il-bażi ta’ evidenza prima facie ukoll f’każijiet individwali.

FuqFuq

II. Il-ġbir ta’ l-evidenza

3. Sabiex tinġabar l-evidenza dejjem hemm bżonn ta’ l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-partijiet, jew jista’ f’xi każijiet l-imħallef joġbor l-evidenza minn jeddu wkoll?

L-evidenza tista’ tinġabar minn imħallef minn jeddu jew wara l-applikazzjoni ta’ parti. Fil-proċeduri ta’ natura purament investigattiva (il-qorti hija meħtieġa tistabbilixxi l-fatti deċiżivi tal-każ minn jedd l-imħallef stess), ma hemm ebda ħtieġa għal applikazzjoni tal-partijiet. Fil-proċeduri standard taħt il-Kodiċi Awstrijakk tal-Proċedura Ċivili, l-imħallef jista’ minn jeddu jiġbor kwalunkwe evidenza rilevanti ghall-fatti sinifikanti. L-imħallef jista’ jistruwixxi lill-partijiet jipproduċu provi dokumentarji, jirrikjedi li ssir ispezzjoni lokali jew jordna l-ġbir ta’ l-evidenza fil-forma ta’ opinjonijiet ta’ l-esperti jew eżaminazzjoni tal-partijiet. Iżda, l-evidenza dokumentarja tista’ tiġi ppreżentata biss jekk għall-inqas waħda mill-partijiet tkun irriferiet għaliha; l-evidenza dokumentarja ma tistax tiġi ammessa, jew ma jistgħux jinstemgħu x-xhieda, jekk jopponu ż-żewġ partijiet. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-evidenza tinġabar fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet.

4.

a) Jekk l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tinġabar l-evidenza hija approvata, xi jkun hemm bżonn isir wara?

Bħala prinċipju l-evidenza tinġabar fis-smigħ orali. Matul l-hekk imsejħa laqgħa preparatorja (l-Artikolu 258 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), issir skeda tas-seduti flimkien bejn il-qorti u l-partijiet u/jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkun fiha wkoll skeda għall-ġbir tal-provi. Iżda fejn meħtieġ, tista’ ssir fi kwalunkwe ħin diskussjoni ulterjuri dwar il-progress tal-proċeduri. Wara li jkunu nġabru l-provi, ir-riżultat jiġi diskuss mal-partijiet (l-Artikolu 278 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-evidenza għandha tittieħed direttament mill-imħallef li se jiddeċiedi dwar il-każ. F’dawk il-każijiet espressament koperti mil-liġi, l-evidenza tista’ tinġabar ukoll matul il-proċedura ta’ l-assistenza reċiproka. Il-partijiet ghandhom jissejħu għall-ġbir tal-provi u għandhom bosta drittijiet ta’ parteċipazzjoni, bħad-dritt li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda u l-esperti. L-evidenza dejjem tinġabar minn jedd l-imħallef, bħala prinċipju wkoll jekk, minkejja li jkunu msejħa, il-partijiet mhumiex preżenti.

FuqFuq

b) F’liema każijiet tista’ l-qorti tiċħad applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet biex tiġbor l-evidenza?

Applikazzjoni minn parti biex tikseb il-provi għandha tiġi miċħuda jekk il-qorti tqis li hija irrilevanti (l-Artikolu 275 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jew jekk tiġi sottomessa bl-intenzjoni li jiddewmu l-proċeduri (l-Artikoli 275 u 278 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Huwa wkoll possibbli li jiġi stabbilit terminu dwar il-ġbir tal-provi jekk x'aktarx dan idewwem il-proċeduri (l-Artikolu 279 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); ladarba jiskadi t-terminu, l-applikazzjoni biex tinġabar l-evidenza tista' tiġi miċħuda. Tista' wkoll tiġi miċħuda jekk ma jkunx neċessarju għaliex il-qorti diġà ġiet konvinta, jekk il-fatt m'għandux bżonn jiġi ppruvat jew jekk it-teħid tal-provi huwa pprojbit. Fejn it-teħid tal-provi jagħti lok għal spejjeż (eż., l-evidenza tal-provi), għandu jinkiseb ħlas bil-quddiem mill-parti applikanti. Jekk dan ma jitħallasx fit-terminu stabbilit, l-evidenza tista' tingħata wara biss jekk dan ma jagħtix lok għal dewmien fil-proċeduri.

5.

a) Liema mezzi differenti hemm ta’ provi?

Il-Kodiċi Awstrijakk tal-Proċedura Ċivili jipprovdi għal ħames mezzi “klassiċi” tal-proċedura: l-evidenza dokumentarja (l-Artikoli 292 sa 319), it-testimonja tax-xhieda (l-Artikoli 320 to 350), ix-xhieda ta’ l-esperti (l-Artikoli 351 sa 367), l-ispezzjoni ġudizzjarja (l-Artikoli 368 sa 370) u l-eżaminazzjoni tal-partijiet (l-Artikoli 371 to 383). Bħala prinċipju kwalunkwe għajn ta’ informazzjoni tista’ tiġi ammessa bħala prova u tiġi kklassifikata bħala waħda minn dawn il-mezzi tal-prova skond il-forma li tieħu.

FuqFuq

b) Liema huma l-metodi li bihom tinkiseb l-evidenza mix-xhieda u dawn huma differenti mill-mezzi użati sabiex tinġabar l-evidenza mix-xhieda esperti? X’regoli hemm sabiex tiġi mressqa l-evidenza bil-miktub u r-rapporti/l-opinjonijiet mill-esperti?

Ix-xhieda jinstemgħu individwalment fl-assenza ta’ xhieda li għandhom jinstemgħu wara. Dan iżommhom milli jinfluwenzaw ix-xhieda ta’ xulxin. Jekk it-testimonjanza tax-xhieda hija kontradittorja, jistgħu jiġu eżaminati flimkien. L-eżaminazzjoni tax-xhieda tibda bil-mistoqsijiet informattivi ddiżonjati li jiddeterminaw jekk ix-xhud huwiex skwalifikat milli jixhed, kemm jekk hemm raġunijiet biex tiġi miċħuda x-xhieda tiegħu kif ukoll jekk hemm fatturi li jrażżnuh milli jieġu ġurament. Wara li x-xhieda jiġu mfakkra dwar dmirhom li jgħidu l-verità u dwar il-konsegwenzi fil-liġi kriminali għall-għoti ta’ xhieda falza, l-eżaminazzjoni attwali tibda billi x-xhud jintalab jagħti d-dettalji personali tiegħu. Ix-xhud imbagħad jiġi mistoqsi dwar il-każ innifsu. Il-partijiet jistgħu jieħdu sehem fl-eżami tax-xhud u, jekk approvat mill-qorti, jistaqsu l-mistoqsijiet lix-xhieda. L-imħallef jista’ jiċħad mistoqsijiet mhux xierqa. Bħala prinċipju, ix-xhieda għandhom jiġu eżaminati quddiem il-qorti li se tagħti s-sentenza. Taħt xi kondizzjonijiet, madankollu, huwa possibbli li x-xhieda jiġu eżaminati permezz tal-mezzi ta’ l-assistenza ġudizzjarja reċiproka.

Espert jitqies li “jassisti” lill-qorti. Filwaqt li x-xhud jixhed dwar il-fatti, l-espert jipprovdi lill-imħallef l-għarfien li dan ta’ l-aħħar ma jistax ikollu. Ix-xhieda ta’ l-esperti għandha bħala prinċipju tinġabar quddiem il-qorti li qed tisma’ l-kawża. Espert jista’ wkoll jissejjaħ mingħajr restrizzjoni minn jedd l-imħallef. Espert huwa meħtieġ jissottometti s-sejbiet tiegħu u rapport. Rapport orali ghandu jingħata waqt is-smigħ orali. Ir-rapporti bil-miktub iridu jiġu spjegati mill-espert waqt is-smigħ orali jekk dan jintalab mill-partijiet. Is-sejbiet u r-rapport għandhom jiġu sostanzjati. Ir-rapporti privati ma jiqisux rapporti ta’ l-esperti fis-sens tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Għandhom l-istat ta’ dokument privat.

FuqFuq

Proċedura esklussivament bil-miktub mhijiex permessa taħt il-liġi Awstrijakka. Madankollu, ladarba l-mezzi tal-prova ma huma limitati bl-ebda mod, teżisti l-possibbiltà li x-xhieda jixhdu bil-miktub. Iżda din l-evidenza għandha titqies bħala evidenza dokumentarja u hija soġġetta għall-istima ħielsa tal-qorti. Jekk il-qorti tqis li dan huwa neċessarju, ix-xhieda għandhom jidhru quddiem il-qorti jekk l-ebda mill-partijiet ma topponi l-ġbir tax-xhieda tiegħu.

c) Hemm xi metodi ta’ prova li huma aktar b’saħħithom minn oħrajn?

Il-prinċipju ta' “l-evalwazzjoni ħielsa tal-provi” tinsab fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 272). L-evalwazzjoni tal-provi hija l-eżaminazzjoni tar-riżultati tal-provi miġbura mill-imħallef. Meta jagħmel l-evalwazzjoni, l-imħallef mhuwiex marbut minn regoli statutarji dwar l-evidenza iżda għandu jiġġudika skond il-konvinzjoni personali tiegħu jekk l-evidenza hijiex korretta/Ma hemm ebda ġerarkija applikabbli għall-metodi tal-prova. Il-provi bil-miktub jitqiesu provi dokumentarji, sakemm ma jkunx rapport ta' l-espert. Id-dokumenti pubbliċi Awstrijaċi huma preżunti li huma ġenwini, jiġifieri huwa assunt li tassew huma attribwibbli għall-emittent indikat. Il-preċiżjoni tagħhom hija wkoll għal kollox preżunta għall-għanijiet ta' l-evidenza. Kemm-il darba huma ffirmati, id-dokumenti privati huma wkoll aċċettati għal kollox bħala evidenza li d-dikjarazzjonijiet li fihom huma attribwibbli għall-persuna li ffirmathom. Il-preċiżjoni tagħhom hija dejjem soġġetta għall-evalwazzjoni ħielsa tal-provi.

d) Biex jiġu ppruvati xi fatti, hemm xi metodi ta’ prova li huma obbligatorji?

Il-Kodiċi Awstrijakk tal-Proċedura Ċivili ma jeħtieġx li f’każijiet speċifiċi jitqiesu ċerti metodi ta’ prova. L-ammont tat-talba ma għandu ebda effett fuq l-għażla tal-metodu tal-prova.

FuqFuq

6.

a) Ix-xhieda huma obbligati mil-liġi li jixhdu?

Ix-xhieda huma obbligati jidhru quddiem il-qorti, jixhdu u, jekk jintalbu, jieħdu ġurament. Jekk xhud imsejjaħ ma jattendix is-smigħ orali mingħajr raġuni suffiċjenti, il-qorti għandha l-ewwel timponi penali amministrattiva u, jekk ix-xhud ma jattendix it-tieni darba, li jitressaq is-seduta bilfors. Jekk ix-xhud jirrifjuta li jixhed mingħajr ma jindika raġunijiet jew għal raġunijiet mhux ġustifikati, jista’ jiġi mġiegħel jixhed. Ix-xhieda falza minn xhud quddiem il-qorti tirriżulta fi proċeduri kriminali kontrih.

b) F’liema każijiet jistgħu jirrifjutaw li jixhdu?

Fejn hemm raġunijiet biex wieħed jirrifjuta li jixhed (l-Artikolu 321 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), ix-xhud huwa intitolat jirrifjuta li jirrispondi mistoqsija jew mistoqsijiet individwali. Ma hemm ebda dritt sħiħ biex wieħed jirrifjuta li jixhed. Dawn ir-raġunjiet huma l-iskandlu jew ir-riskju tal-prosekuzzjoni kriminali għax-xhud jew persuna qrib tiegħu, żvantaġġ finanzjarju dirett għall-istess persuni, obbligazzjonijiet magħrufa mill-istat li jibqa’ sieket, l-iżvelar potenzjali ta’ sigrieti artistiċi jew kummerċjali u l-użu ta’ dritt tal-votazzjoni li ġie ddikjarat sigriet mil-liġi. Il-qorti għandha tinforma lix-xhud dwar dawn ir-raġunijiet qabel ma jiġi eżaminat. Jekk ix-xhud jixtieq juża l-possibbiltà tiegħu li jirrifjuta li jixhed, għandu jindika r-raġunijiet biex jagħmel dan.

c) Persuna li tirrifjuta li tixhed tista’ tiġi penalizzata jew imġiegħla tixhed?

Il-qorti tiddeċiedi jekk ir-rifjut ta’ xhud li jixhed huwiex legali. Jekk ix-xhud jirrifjuta li jixhed mingħajr ma jindika raġunijiet jew għal raġunijiet mhux meqjusa ġġustifikati mill-qorti, jista’ jiġi mġiegħel jixhed (l-Artikolu 345 tal-Kodiċi ta’ l-Infurzar). Dan jista’ jsir permezz ta’ multi jew, sa estent limitat, il-ħabs. Ix-xhud huwa wkoll responsabbli lejn il-partijiet għal dannu kkawżat bħala riżultat ta’ rifjut mhux iġġustifikat li jixhed.

FuqFuq

d) Hemm persuni li mingħandhom ma tistax tinġabar l-evidenza?

L-evidenza ma tistax tinkiseb minn persuni li ma setgħux jew li ma jistgħux ikunu xhieda tal-fatti li għandhom jiġu ppruvati jew li jikkomunikaw dak li kienu xhud tiegħu, jiġifieri l-persuni li għandhom inabilità fiżika "assoluta" li jixhdu (l-Artikolu 320 Z 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Fil-każ ta’ persuni morda mentalment, minorenni, eċċ., għalhekk għandu jiġi deċiż f’kull każ għalih jekk ma jistgħux jixhdu. Hemm ukoll każijiet ta’ inabilità “relattiva” li wieħed jixhed (l-Artikolu 320 Z 2 sa 4 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili): il-professjonisti reliġjużi fir-rigward ta’ informazjoni fdata lilhom matul il-qrar jew f’kuntesti oħrajn koperti mis-sigriet professjonali, uffiċjali ta’ l-istat fil-kuntest tas-segretezza professjonali tagħhom, kemm-il darba ma jkunux ġew rilaxxjati minnu, u l-medjaturi fir-rigward ta’ informazzjoni fdata lilhom jew li għaliha mod ieħor jistgħu jsiru parti f’xi proċeduri.

7. X’inhu r-rwol ta’ l-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud? Taħt liema kondizzjonijiet jista’ xhud jinstema’ permezz ta’ teknoloġija ġdida bħat-televiżjoni jew il-konferenza bil-vidjo?

Il-qorti hija meħtieġa tistaqsi lix-xhieda mistoqsijiet xierqa dwar dawk il-fatti li għandhom jiġu ppruvati permezz tax-xhieda tagħhom u fuq ċirkostanzi li dwarhom huwa bbażat l-għarfien tagħhom. Il-partijiet jistgħu jieħdu sehem fl-eżaminazzjoni tax-xhieda u, bil-kunsens tal-qorti, jistaqsuhom mistoqsijiet immirati li jiċċaraw jew jikkompletaw ix-xhieda tagħhom. It-testimonja tax-xhud għandha tiġi rrekordjata dwar il-kontenut essenzjali tagħha jew, jekk meħtieġ verbatim (ara l-punt 5(b)). Ir-rekorders tal-vidjo u awdjo u d-data rrekordjata fuqhom ġeneralment jitqiesu li huma oġġetti ta' l-ispezzjoni. L-evidenza ta' l-ispezzjoni hija r-riżultat tal-perċezzjoni diretta sensorja tal-karatteristiċi jew il-kondizzjonijiet ta' l-affarijiet mill-qorti. Minħabba l-prinċipju tad-direttezza materjali tal-ġbir tal-provi, dawn il-provi huma ammissibbli biss jekk l-evidenza diretta, eż., xhud, mhijiex disponibbli. L-eżaminazzjoni tax-xhieda bl-użu tat-teknoloġija tal-vidjo hija possibbli bħala prinċipju iżda ma hemm ebda regoli statutorji speċjali li jirregolawha. Bħalissa qed jiġi kkunsidrat li jinħoloq qafas għall-eżaminazzjoni bl-użu tat-teknoloġija tal-vidjo.

FuqFuq

III. L-evalwazzjoni ta’ l-evidenza

8. Fejn l-evidenza ma tkunx inġabret skond il-liġi minn parti, il-qorti hija marbuta b’xi restrizzjoni meta tagħti s-sentenza?

Jekk parti tikser obbligu kuntrattwali, dispożizzjoni tal-liġi privata jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità sabiex tikseb xi prova, il-qorti tista’ taċċetta u tevalwa l-prova iżda l-parti xorta jkollha tħallas il-kumpens. Jekk, meta tikseb il-provi, il-parti tikser dispożizzjoni tal-liġi kriminali li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ewlenin bażiċi stabbiliti mill-Kostituzzjoni (eż., inġurja fiżika, rapiment, koerzjoni lil xhud biex jixhed), il-provi miksuba hekk huma inammissibbli u ma jistgħux jiġu aċċettati mill-qorti. Jekk hemm dubju jekk twettaqx att kriminali, il-qorti tista’ tinterrompi l-proċeduri ċivili sakemm tkun ingħatat sentenza finali fil-proċeduri kriminali. Jekk l-att kriminali kommess sabiex jinkisbu l-provi ma jiksirx id-drittijiet u l-libertajiet ewlenin bażiċi stabbiliti mill-Kostituzzjoni, il-parti in kwistjoni titqies kriminalment responsabbli, iżda l-evidenza mhijiex inammissibbli. Hija biss l-evidenza miksuba illegalment li kisret id-dmir tal-qorti li tistabbilixxi l-verità, u b’hekk timmina l-garanzija tal-verità u l-preċiżjoni tas-sentenza, li hija inammissibbli.

9. Bħala parti fil-kaz, id-dikjarazzjoni tiegħi tgħodd bħala evidenza?

L-eżaminazzjoni tal-partijiet tikkostitwixxi wkoll prova. Bħax-xhieda, il-partijiet ukoll għandhom dmir jattendu, jagħtu x-xhieda u jieħdu ġurament. Iżda ma jistgħux jiġu mġiegħla jidhru quddiem il-qorti jew jixhdu. Kwalunkwe nuqqas mhux ġustifikat ta’ parti li tattendi l-proċeduri jew li tixhed għandu jiġi ġġudikat mill-qorti bl-evalwazzjoni bir-reqqa taċ-ċirkostanzi kollha. Fil-proċeduri tal-paternità jew matrimonjali biss huwa possibbli li tintuża l-forza biex jiġi żgurat li l-partijiet jidhru quddiem il-qorti. Nuqqas ta’ parti li tħares dimrha li tgħid il-verità – differenti mix-xhieda – mhuwiex reat kriminali kemm-il darba ma tingħatax dikjarazzjoni falza taħt ġurament. L-eżaminazzjoni tal-partijiet tista’ tiġi ordnata mill-imħallef minn jeddu.

Aktar tagħrif

Il-leġiżlazzjoni Awstrijakka tista' tiġi kkonsultata fis-sistema ta' l-informazzjoni legali tar-Repubblika ta' l-Awstrija (www.ris.bka.gv.at Deutsch - English). Aktar informazzjoni dwar il-liġi Awstrijakka tista' tinsab fuq il-paġna tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijakk (www.bmj.gv.at Deutsch - English - français).

« Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 19-10-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit