Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Spanja

L-aħħar aġġornament: 07-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi X’inhuma l-kriterji użati mill-qorti għall-għoti ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni? 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni? 3.
3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Hemm il-possibilità ta’ appell kontra deċiżjoni li tagħti miżura bħal din? 4.

 

L-eżekuzzjoni hija parti mir-risposta għall-mandat kostituzzjonali preskritt f’dik ir-regola tal-liġi suprema li tafda lill-imħallfin bix-xogħol li jiġġudikaw u li jeżegwixxu s-sentenzi (l-Artikoli 117 u 118 tal-Kostituzzjoni). Għalhekk il-partijiet fil-proċeduri huma fl-obbligu li jħarsu s-sentenzi u d-deċiżjonijiet oħra ġudizzjarji u biex jikkollaboraw kif meħtieġ fl-eżekuzzjoni ta’ x’ġie deċiż. Huwa l-imħallef li jiżgura li dawn ir-rekwiżiti jintlaħqu għal kollox.

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-qorti tfisser li jitħares u jinkiseb id-dritt sħiħ miksub mill-parti li rebħet it-tilwima. Din tista’ tinvolvi talba mill-attur għar-ritorn ta’ ċertu ammont ta’ flus, id-dritt li l-konvenut jintalab jagħmel xi ħaġa jew ma jagħmilx xi ħaġa, jew talba biex dritt ikun rikonoxxut bir-reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi.

L-eżekuzzjoni tista’ tkun definittiva jew proviżorja. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, sentenza tiġi eżegwita li għadha mhix finali biex tkun evitata sitwazzjoni fejn il-kreditur jonqos li jikseb sodisfazzjon minħabba dewmien fil-proċeduri (l-Artikoli 524 sa 537 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli?

Fil-prinċipju, hemm bżonn ta’ deċiżjoni finali tal-qorti jew strument ieħor li jippermetti l-eżekuzzjoni (ħlief fil-każ ta’ eżekuzzjoni proviżorja, li hija aċċettata f’xi każijiet għad-deċiżjonijiet finali).

2.1. Il-proċedura
2.1(a) Kemm id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji huma eżegwibbli?

L-eżekuzzjoni għandha tkun ibbażata fuq strument li huwa eżegwibbli.

Dawn l-istrumenti li ġejjin biss huma eżegwibbli:

  1. Sentenza finali;
  2. Deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ (laudos);
  3. Deċiżjonijiet tal-qorti li japprovaw jew jikkonfermaw akkordji u ftehim milħuqa matul il-proċedura, akkumpanjati, jekk meħtieġ, bid-depożizzjonijiet korrispondenti biex ikun hemm hemm rekord tal-kontenut attwali;
  4. Dokumenti pubbliċi awtentikati, iżda għandhom ikunu l-ewwel kopji. Jekk huma t-tieni kopji, għandhom jinħarġu bla ħsara għall-ordni tal-qorti li ssemmi l-persuna li tista’ tkun ġarrbet il-ħsara jew minn wettaq il-ħsara, jew iridu jinħarġu bil-ftehim tal-partijiet kollha;
  5. Kuntratti kummerċjali ffirmati mill-partijiet u mis-sensar li huwa membru ta’ assoċjazzjoni professjonali, li jkun għamilha ta’ medjatur bejniethom, iżda għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat fejn l-imsemmi sensar jiċċertifika li l-kuntratt jikkonforma ma’ l-annotamenti fir-reġistru tiegħu u d-data ta’ dawn l-annotamenti;
  6. Titoli tal-purtatur jew titoli rreġistrati maħruġin legalment li jirrapreżentaw il-passiv li jrid jitħallas, u l-kupuni, li jridu jitħallsu wkoll, tat-titoli msemmijin, iżda l-kupuni jridu jaqblu mat-titoli u li t-titoli, fil-każijiet kollha, jaqblu mal-kotba ta’ l-irċevuti;

Protest ta’ falsifikazzjoni tat-titolu fformulat matul il-proċess tat-tqabbil mhux, jekk jaqblu l-oġġetti, ser jipprevjeni milli toħroġ d-deċiżjoni ta’ l-eżekuzzjoni, mingħajr preġudizzju għall-oppożizzjoni sussegwenti għall-eżekuzzjoni li tista’ ssir mill-konvenut, li jargumenta li t-titolu huwa ffalsifikat;

FuqFuq

  1. Ċertifikati li ma skadewx, maħruġin mill-korpi responsabbli għar-reġistri, li juru t-titoli rrappreżentati minn annotamenti fil-kontijiet imsemmija fil-Liġi tas-Suq ta’ l-Ishma, iżda għandhom ikunu akkumpanjati b’kopja ta’ l-istrument pubbliku li jirrappreżenta t-titoli jew, fejn xieraq, il-ħarġa, meta dan hu meħtieġ skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Meta l-eżekuzzjoni tintalab u tingħata, iċ-ċertifikati msemmijin fl-ewwel paragrafu ma jiskadux;

  1. Il-mandati li jniżżlu l-ammont massimu li jista’ jintalab bħala kumpens, magħmulin fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra fil-qorti ta’ l-akkużat jew il-ħelsien mill-ħtija jew iċ-ċaħda ta' l-azzjoni fi proċeduri kriminali mibdija fir-rigward ta’ ġrajjiet koperti bl-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi bil-mutur għar-responsabilità tat-terz;
  2. Deċiżjonijiet u dokumenti oħra tal-qorti li, bis-saħħa ta’ din il-liġi jew waħda oħra, huma eżegwibbli.
2.1(b) Hemm bżonn ta’ rikors għal ordni tal-qorti li tawtorizza l-eżekuzzjoni?

Hemm żewġ possibilitajiet, jiddipendi fuq l-istrument li għandu jkun eżegwit.

Ir-regola ġenerali hija biex tkun involuta awtorità ġudizzjarja, għalkemm fil-każ ta’ preklużjoni ta’ dritt ipotekarju, u sakemm dan ikun ġie miftiehem espressament, il-bejgħ tal-proprjetà ipotekata jista’ jsir permezz ta’ nutar.

 2.1(ċ) Liema hi l-qorti kompetenti biex tordna l-eżekuzzjoni?

L-imħallef fil-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza li ta s-sentenza għall-eżekuzzjoni. Jekk l-istrument eżegwibbli mhux sentenza, hemm regoli speċjali għall-għoti tal-kompetenza li s-soltu jindikaw li l-imħallef fil-post fejn joqgħod il-konvenut huwa kompetenti.

FuqFuq

2.1(d) Ir-rikors għall-eżekuzzjoni għandu jsir permezz ta' avukat jew ta' xi professjoni legali oħra?

Dejjem, ħlief fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ammonti ta’ anqas minn €900.

2.1(e) Jekk jogħġbok ipprovdi skala ta’ l-ispejjeż għal kull tip ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni.

Is-servizz ipprovdut mill-qorti s-soltu huwa b’xejn ħlief fil-każ ta’ persuni legali, li jkollhom iħallsu dritt, miġbur mill-Bord tat-Taxxi Interni, jekk it-turnover tagħhom huwa sinifikanti.

Id-drittijiet ta’ l-avukati u s-solicitors huma regolati skond l-assoċjazzjonijiet korrispondenti tagħhom. Persuni li għandhom dritt għall-għajnuna legali b’xejn jistgħu jkomplu jirċievu dan matul il-fażi ta’ l-eżekuzzjoni.

Fil-prinċipju m’hemmx limitu għal dawn l-ispejjeż, bil-livell tagħhom jiddependi fuq il-problemi li jinqalgħu matul l-eżekuzzjoni.

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi X’inhuma l-kriterji użati mill-qorti għall-għoti ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni?

Ir-rikors ta’ l-eżekuzzjoni mitluba mill-parti għandu jinkludi: l-istrument li fuqu hija bbażata l-eżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni mitluba, l-assi tad-debitur li jistgħu jinqabdu, il-miżuri tal-lokalizzazzjoni u tat-tiftix meħtieġa biex ikunu aċċertati l-assi tad-debitur, il-persuna jew il-persuni li kontrihom għandha tkun eżegwita s-sentenza, l-identifikazzjoni tagħhom u ċ-ċirkostanzi tagħhom u, f’każijiet fejn l-għan huwa l-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew deċiżjoni tal-qorti, dan għandu jkun identifikat u mehmuż, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

FuqFuq

Id-dokumenti elenkati fl-Artikolu 550 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għandhom jinthemżu mar-rikors ta’ l-eżekuzzjoni. Jekk ir-rikors ta’ l-eżekuzzjoni jħares ir-rekwiżiti msemmija fuq u jekk l-istrument ppreżentat huwa wieħed mill-istrumenti li jippermetti l-eżekuzzjoni, dan jiġi permess mill-imħallef li jkun sarlu r-rikors, li jiddetermina l-ammont li għandu jinqabad, il-persuni kkonċernati u l-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni

3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni?

3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni?

Il-proprjetà mobbli u immobbli kif ukoll il-krediti u d-drittijiet tal-proprjetà immobbli. L-assi li ġejjin taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jkunu soġġetti għall-eżekuzzjoni:

  1. Assi li ġew iddikjarati bħala inaljenabbli;
  2. Drittijiet sekondarji li ma jistgħux ikunu aljenati b’mod separat minn dawk prinċipali;
  3. Assi li fihom innifishom m’għandhom l-ebda valur ta’ proprjetà;
  4. Assi li huma ddikjarati espressament minn dispożizzjoni legali li ma jistgħux jinqabdu;
  5. Oġġetti tad-dar u għamara ta’ ġewwa d-dar, kif ukoll l-ħwejjeġ tad-debitur u l-familja tiegħu, ħlief għal dak li jista’ jitqies żejjed. B’mod ġenerali, assi bħall-oġġetti ta’ l-ikel, fjuwil u oħrajn li, fil-fehma tal-qorti, huma essenzjali għad-debitur u d-dipendenti tiegħu biex jgħix b’mod deċenti;
  6. Il-kotba u l-istrumenti meħtieġa mid-debitur biex jeżerċita l-professjoni, l-arti jew in-negozju tiegħu, meta l-valur tagħhom mhux sproporzjonat ma’ l-ammont mitlub;
  7. Oġġetti sagri u dawk użati għall-prattika ta’ reliġjonijiet reġistrati legalment;
  8. Ammonti ddikjarati esspressament li ma jistgħux jinqabdu bil-liġi;
  9. Assi u ammonti ddikjarati espressament li ma jistgħux jinqabdu bi trattati rratifikati minn Spajna.

Dawn l-ammonti ma jistgħux ikunu eżegwiti lanqas:

FuqFuq

  1. Is-salarji, il-pagi, ir-remunerazzjoni jew ħlasijiet ekwivalenti li ma jaqbżux l-ammont preskritt bħala l-paga minima intersettorjali (dan huwa ddeterminat mill-Gvern kull sena);
  2. Is-salarji, il-pagi, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet li huma ogħla mill-paga minima settorjali jistgħu jinqabdu skond din l-iskala:
  • Għall-ewwel ammont addizzjonali sa ammont ekwivalenti għad-doppju tal-paga minima intersettorjali, tletin fil-mija;
  • Għall-ammont addizzjonali sa ammont ekwivalenti għal tliet darbiet il-paga minima intersettorjali, ħamsin fil-mija;
  • Għall-ammont addizzjonali sa ammont ekwivalenti għal erba’ darbiet il-paga minima intersettorjali, sittin fil-mija;
  • Għall-ammont addizzjonali sa ammont ekwivalenti għal ħames darbiet il-paga minima intersettorjali, ħamsa u sebgħin fil-mija;
  • Għal kull ammont li jaqbeż l-ammont ta’ qabel disgħin fil-mija.

Jekk id-debitur jirċievi aktar minn salarju wieħed, is-salarji kollha jingħaddu flimkien u l-parti li ma tistax tinqabad titnaqqas darba. Barra minn hekk, is-salarji, il-pagi, il-pensjonijiet, ir-remunerazzjoni u l-ħlasijiet ekwivalenti tal-konjuġi jingħaddu flimkien ħlief jekk il-ftehim taż-żwieġ tagħhom jinvolvi s-separazzjoni tal-beni u tad-dħul ta’ kull xorta, u trid tingħata evidenza ta’ dan lill-qorti.

Il-qorti tista’ tapplika tnaqqis ta’ bejn l-10% u l-15% fil-perċentwali preskritti fis-sub-paragrafi 1, 2, 3 u 4 tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu biex id-debitur ikun jista’ jlaħħaq ma’ l-ispejjeż tal-familja .

Jekk is-salarji, il-pagi, il-pensjonijiet u r-remunerazzjoni jkollhom fuqhom piżijiet ta’ tnaqqis permanenti jew tranżitorju ta’ natura pubblika bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali, l-ammont nett irċevut mid-debitur, ladarba jitnaqqsu, ikun l-ammont użat bħala l-bażi għad-determinazzjoni ta’ l-ammont li għandu jinqabad.

FuqFuq

Is-sub-paragrafi ta’ hawn fuq ta’ dan l-artikolu japplikaw ukoll għad-dħul mill-attivitajiet professjonali u tan-negozju ta' min jaħdem għal rasu.

F’kull każ u mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jkunu kkunsidrati l-ammonti li ma jistgħux jinqabdu kif imsemmi fuq, il-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni għandhom ikunu fi proporzjon ma’ l-ammont li għalih ingħatat l-eżekuzzjoni, biex jekk huma eċċessivi jista’ jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis, u jekk m’humiex biżżejjed tista’ tenħtieġ żieda.

Meta l-parti li tibda l-eżekuzzjoni ma tkunx taf x’assi għandu d-debitur, il-qorti tista’ tintalab tagħmel stħarriġ; dan isir billi jiġu kkonsultati d-databanks tad-diversi istituzzjonijiet uffiċjali, uħud minnhom huma aċċessibbli direttament mill-qorti, bis-salvagwardji tas-soltu.

3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni?

Biex tkun iggarantita l-effettività ta’ l-eżekuzzjoni, il-liġi tipprovdi għal ċerti miżuri jiddipendi fuq it-tip ta’ l-assi.

  • Fil-każ tal-proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jiddaħħlu f’reġistru, il-qorti tista’, fuq talba tal-parti li tapplika għall-eżekuzzjoni, tordna annotazzjoni preventiva tal-qbid fir-reġistru pubbliku korrispondenti (is-soltu r-reġistru tal-proprjetà, li huwa dak tal-proprjetà immobbli).
  • F’każijiet oħra, jistgħu jingħataw il-miżuri li ġejjin:
    • Il-flus: il-konfiska; il-kontijiet kurrenti: ordni lil bank biex jimblokka l-kontijiet: ordni lil min iħallas biex iżomm parti mill-ħlas;

      FuqFuq

    • Imgħax, qligħ u dħul: żamma min min iħallas, l-istat ta’ proprjetà għand riċevitur, u konfiska ġudizzjarja;
    • Titoli u strumenti finanzjarji: żamma ta’ l-imgħax mis-sors, in-notifika tas-suq ta’ l-ishma jew lir-regolatur tas-suq sekondarju (jekk it-titoli huma elenkati f’suq uffiċjali) u n-notifika tal-kumpanija;
    • Proprjetà oħra mobbli: il-konfiska.

Barra minn dan, biex tkun iggarantita l-eżekuzzjoni, il-persuni kollha u l-entitajiet pubbliċi u privati huma meħtieġa li jikkooperaw fil-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni (taħt piena ta’ multa jew ukoll ta’ akkuża ta’ disprezz tal-qorti jekk jonqsu li jirrispettaw ir-rekwiżit). Dan ifisser li għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa minnhom, jadottaw il-miżuri ta’ garanzija partikolari, jgħaddu lill-qorti kull dokument u data fil-pussess tagħhom, mingħajr limitazzjonijiet ħlief għal dawk li joħorġu mill-osservanza tad-drittijiet fondamentali jew limiti li f’ċerti każijiet, huma espressament preskritti mil-liġi.

3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?

It-tul tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni mhux predeterminat. Jibqgħu fis-seħħ sakemm tintemm l-eżekuzzjoni.

4. Hemm il-possibilità ta’ appell kontra deċiżjoni li tagħti miżura bħal din?

Mhux possibbli li jsir appell kontra miżuri speċifiċi preskritti fid-deċiżjoni li tagħti l-eżekuzzjoni, imma d-debitur jista’ jopponi l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi. F’dan il-każ, id-debitur jista’ jibda proċeduri ta’ l-appell kontra ċ-ċaħda tal-qorti f’perjodu ta’ ħamest ijiem. Il-bidu ta’ proċeduri ta’ l-appell ma jissospendix l-eżekuzzjoni tal-miżuri mogħtija.

FuqFuq

Barra minn dan ta’ hawn fuq, id-debitur jista’ jopponi l-eżekuzzjoni li tkun qed issir kontrih jew fuq il-bażi ta’ nuqqasijiet proċedurali jew għal raġunijiet dwar ir-relazzjoni legali partikolari.

Ir-raġunijiet proċedurali (applikabbli għall-istrumenti kollha ta’ eżekuzzjoni):

  • Id-debitur m’għandux il-kapaċità jew ir-rappreżentanza meħtieġa;
  • Nuqqas tal-kapaċità jew tar-rappreżentanza min-naħa ta’ l-attur jew l-inabilità tiegħu li jipprova l-kapaċità jew ir-rappreżentanza meħtieġa;
  • L-invalidità assoluta ta’ l-eżekuzzjoni mogħtija minħabba ma fihiex is-sentenza jew d-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ li tikkundanna lill-konvenut, għaliex id-dokument prodott ma jħarisx ir-rekwiżiti legali għall-eżegwibilità, jew minħabba vjolazzjoni, meta ngħatat l-eżekuzzjoni, tar-regoli li jiggvernaw il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti qabel ma tingħata miżura ta’ eżekuzzjoni;
  • Jekk l-istrument ta’ eżekuzzjoni kien deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ li ma kinitx rreġistrata minn nutar, in-nuqqas ta’ awtentiċità ta’ din id-deċiżjoni.

Iżda, flimkien mar-raġunijiet fuq imsemmija, id-debitur jista’ jinvoka raġunijiet għall-eżekuzzjoni li joħorġu mir-relazzjoni legali sottostanti (raġunijiet materjali). Billi, fil-każ ta’ sentenzi, kien hemm qabel proċess li matulu kien hemm opportunitajiet estensivi għal dibattitu, hemm anqas possibilitajiet ta’ oppożizzjoni jekk l-istrument ta’ eżekuzzjoni huwa sentenza.

Għalhekk jekk l-istrument ta’ eżekuzzjoni huwa deċiżjoni tal-qorti jew sentenza jew deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ kontra l-konvenut, jew jekk tapprova akkordju jew ftehim milħuq matul il-proċess, id-debitur jista’, fi żmien għaxart ijiem wara n-notifika ta’ l-att fejn tingħata l-eżekuzzjoni, jopponi dan bil-miktub skond waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

  • Ħlas jew konformità ma’ x’inhu ordnat fis-sentenza, li jkollu jkun stabbiliti bid-dokumenti;
  • L-iskadenza ta’ l-azzjoni ta’ l-eżekuzzjoni;
  • Il-ftehim u l-akkordji li ntaħqu biex tkun evitata l-eżekuzzjoni, iżda dawn il-ftehim u l-akkordji jkunu rreġistrati f’dokument pubbliku.

F’dawn il-każijiet, l-oppożizzjoni ma tissospendix l-eżekuzzjoni.

Imma meta l-istrument ta’ l-eżekuzzjoni huwa differenti minn dawk imsemmijin fuq, hemm iżjed raġunijiet għall-oppożizzjoni, inkluż li ġej:

  • Il-ħlas, li għalih tista’ tinġab l-evidenza dokumentarja;
  • It-tpaċija ta’ kreditu pagabbli bbażata fuq dokument li huwa eżegwibbli;
  • Plus petitio jew eċċess fil-valutazzjoni tad-djun f’kontanti;
  • Il-preskrizzjoni u l-iskadenza;
  • Il-maħfra, l-għoti ta’ terminu, jew ftehim jew wegħda li ma ssirx kawża, irreġistrati fid-dokumenti.
  • Akkordju, iżda għandu jkun stabbiliti f’dokument pubbliku;

Jekk tkun ifformulata oppożizzjoni f’dawn il-każijiet, l-eżekuzzjoni tkun sospiża.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 07-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit