Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 02-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser l-infurzar f’materji ċivili u kummerċjali? 1.
2. Liema huma l-kundizzjonijiet li bihom titolu jew deċiżjoni ta’ infurzar ikunu infurzabbli? 2.
2.1. Proċedura 2.1.
2.2. Kundizzjonijiet ta’ infurzar 2.2.
3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ infurzar 3.
3.1. Liema xorta ta’ assi huma suġġetti għal infurzar? 3.1.
3.2. Liema huma l-effetti ta’ miżuri ta’ infurzar? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità legali ta’ miżuri ta’ infurzar? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tordna miżura ta’ infurzar? 4.
5. X’għandha tagħmel persuna biex deċiżjoni meħuda mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fis-Slovenja? 5.
5.1. X’forma tieħu l-proposta għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija u liema annessi għandu jkun hemm magħha? 5.1.
5.2. Il-proposta għall-infurzar lil liema korp jew qorti għandha tintbagħat? 5.2.
5.3. Il-proposta għall-infurzar, f’liema lingwa għandha tinkiteb? 5.3.
5.4. Jeħtieġ li jsiru ħlasijiet lill-qorti? Ikollhom isiru xi ħlasijiet oħra? 5.4.
5.5. Jeħtieġ li jkun hemm rappreżentanza ta’ avukat f’dawn il-każijiet? Jekk huwa hekk, kif jista’ wieħed ikun jaf b’avukat fis-Slovenja? 5.5.

 

1. Xi jfisser l-infurzar f’materji ċivili u kummerċjali?

Fir-Repubblika tas-Slovenja l-infurzar huwa regolat b'mod uniformi bl-Att dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Assigurazzjoni ta' Talbiet - ZIZ.

  • (jekk jogħġbok agħti definizzjoni tal-kelma 'infurzar')

Fl-ordni legali Slovena, 'infurzar' tfisser l-infurzar obbligatorju u ġudizzjarju ta' titoli eżekutorji li jinħarġu biex tkun sodisfatta talba (viz. tariffa, notifika, eżenzjoni jew permess). Bħala eċċezzjoni, f'materji tal-familja, l-infurzar jista' jkopri wkoll l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal bidla f'relazzjoni legali.

  • (Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-miżuri ta' infurzar li jistgħu jġiegħlu lill-konvenut jagħmel xi ħaġa, li jieqaf milli jagħmel xi ħaġa jew li jagħmel ħlas).

Il-miżuri ta' infurzar biex ikunu sodisfatti talbiet ta' flus huma l-bejgħ tal-proprjetà mobbli tad-debitur, il-bejgħ ta' proprjetà immobbli, it-trasferiment tat-talba ta' debitur għal flus, il-likwidazzjoni ta' drittijiet finanzjarji jew drittijiet materjali oħra u titoli reġistrati tad-debitur, il-bejgħ tal-ishma ta' sieħeb u t-trasferiment tal-bilanċ miżmum għand organizzazzjonijiet awtorizzati biex jagħmlu operazzjonijiet ta' ħlas (jiġifieri banek).

Il-miżuri ta' infurzar għal talbiet mhux fi flus huma: kunsinna u provvista ta' proprjetà mobbli, żgumbrament u kunsinna ta' proprjetà immobbli, servizz ta' bdil bi spejjeż tad-debitur, sfurzar lid-debitur permezz ta' pieni fi flus, ir-ritorn ta' ħaddiema lejn il-post tax-xogħol, id-diviżjoni ta' oġġetti, l-indikazzjoni tax-xewqat tat-tfal u t-teħid lura tat-tfal.

FuqFuq

2. Liema huma l-kundizzjonijiet li bihom titolu jew deċiżjoni ta’ infurzar ikunu infurzabbli?

Infurzar ta' permessi tal-qrati abbażi ta' titolu infurzabbli.

Titoli infurzabbli huma skont kif ġej:

  • deċiżjoni infurzabbli ta' qorti (sentenza jew ordni ta' arbitraġġ, deċiżjoni u ordni ta' ħlas jew ordni oħra ġudizzjarja jew arbitrali) u arranġament ġudizzjarju (milħuq quddiem qorti jew permezz ta' arbitraġġ),
  • att nutarili infurzabbli,
  • deċiżjoni infurzabbli oħra jew strument stipulat bħala titolu infurzabbli skont liġi, trattati internazzjonali ratifikati u ppubblikati jew att legali tal-Unjoni Ewropea li jkun direttament applikabbli fir-Repubblika tas-Slovenja.

Titolu infurzabbli jkun adattat għal infurzar jekk jindika lill-kreditur u lid-debitur, u s-suġġett, tip, skop u żmien meta ġiet sodisfatta l-obbligazzjoni (Artikolu 21(1) taż-ZIZ)

Jekk tintbagħat proposta għal infurzar lill-qorti li ma tkunx iddeċidiet dwar it-talba fl-istadju tal-ewwel istanza, il-qorti għandha tingħata l-oriġinal jew il-kopja ċertifikata tat-titolu eżekuttiv li fuqu tkun ibbażata d-dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà (Artikolu 42(1) taż-ZIZ).

2.1. Proċedura
  • (Deċiżjoni ta' qorti u mhux ta' qorti huma t-tnejn infurzabbli?)

Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija ta' qabel, barra minn deċiżjonijiet ta' qorti u arranġamenti ġudizzjarji, atti nutarili, deċiżjonijiet jew strumenti oħra huma wkoll infurzabbli jekk ikunu definiti bħala atti infurzabbli minn xi liġi, trattat internazzjonali ratifikat u ppubblikat jew att legali tal-Unjoni Ewropea li jkun direttament applikabbli fir-Repubblika tas-Slovenja, soġġetti għal kundizzjonijiet stabbiliti miż-ZIZ.

FuqFuq

  • (Ikun meħtieġ li tintalab deċiżjoni ta' qorti biex ikun hemm bażi għal infurzar?)

Tkun meħtieġa deċiżjoni ta' qorti; tkun meħtieġa deċiżjoni ta' infurzar li tawtorizza l-infurzar.

  • (Liema qorti hija kompetenti għall-infurzar?)

Il-qorti distrettwali hija kompetenti għall-infurzar.

  • (Marixxalli - status, rwol, responsabbiltà u kompetenza?)

Il-marixxalli huma persuni li jeżegwixxu l-azzjonijiet diretti ta' infurzar u ta' assigurazzjoni ta' talbiet (li b'hekk iwettqu b'mod fiżiku l-infurzar - jeżegwixxu sekwestri, jistabbilixxu titoli, eċċ.). Marixxalli jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja għat-territorju ta' qrati distrettwali partikolari. F'każijiet speċifiċi ta' infurzar, marixxalli jkunu indikati b'deċiżjoni ta' qorti, u kreditur innifsu jista' wkoll jagħżel marixxall partikolari. F'każijiet speċifiċi ta' infurzar, marixxall jista' jwettaq azzjonijiet fuq it-territorju kollu tar-Repubblika tas-Slovenja. Is-servizz ta' marixxall huwa servizz pubbliku li marixxalli jwettqu b'mod indipendenti.

Marixxalli huma responsabbli għal kull ħsara li ssir fl-eżekuzzjoni ta' atti ta' infurzar u ta' assigurazzjoni ta' talbiet minħabba l-azzjonijiet tagħhom jew minħabba nuqqas li jħarsu l-obbligi tagħhom skont regolamenti ta' implimentazzjoni u ordnijiet ta' qrati.

Fil-każ ta' nuqqas tassew gravi ta' ħarsien tal-obbligi tagħhom, il-marixxalli jistgħu jitneħħew mid-dmirijiet tagħhom mill-Ministru tal-Ġustizzja.

  • (Ikun meħtieġ li tintbagħat proposta permezz ta' avukat jew rappreżentant legali ieħor għal infurzar?)

Le. Proposta ta' infurzar tista' tintbagħat ukoll direttament mill-kreditur. Iżda proposti ta' infurzar is-soltu jintbagħtu permezz ta' avukat li għandu t-tagħrif legali meħtieġ .

FuqFuq

  • (Jekk jogħġbok iddeskrivi l-iskala ta' spejjeż għal kull azzjoni ta' infurzar).

Jekk kreditur jaġixxi indipendentement fi proċedura ta' infurzar, ikun obbligat iħallas it-tariffa ġudizzjarja lill-qorti għal dik l-applikazzjoni partikolari u għad-deċiżjoni maħruġa mill-qorti abbażi ta' dik l-applikazzjoni. Iżda jekk debitur jaġixxi permezz ta' avukat fil-proċedura ta' infurzar, huwa jħallas ukoll għas-servizzi tal-avukat abbażi tat-tariffa tal-avukati.

L-Att dwar id-Drittijiet tal-Qrati (ZST) jirregola t-tariffi għall-proċedura ċivili u eżekuttiva fit-tariffa ta' ħlasijiet Nru I. L-ammont tat-tariffi li jkollhom jitħallsu mill-persuna li tipproponi azzjoni speċifika ta' infurzar jiddependi mill-valur tat-talba.

a) Spejjez tal-Qorti (skont il-valur tat-talba)

L-ispejjeż tal-qorti jiddependu mill-valur tat-talba miġjuba. Jekk, pereżempju, il-valur ta' talba jkun €1 000, l-ispejjeż huma kif ġej (il-kalkolazzjoni hija biss waħda ta' informazzjoni):

  • Proposta għal infurzar: €28,
  • Deċiżjoni ta' infurzar: €28
  • Kull appell: €56

b) Spejjeż u ħlas lill-marixxall

  • spejjeż u ħlasijiet fissi: infiq attwali għal ivvjaġġar, infiq għal akkomodazzjoni, infiq għal eżami tal-inkartament (€10), infiq għal notifika personali ta' dokument (€10), spejjeż ta' tħejjija ta' kalkolazzjoni ta' imgħax minħabba dewmien (€10), spejjeż ta' tħejjija ta' kalkolazzjoni ta' spejjeż (€4);
  • infiq u ħlasijiet varjabbli li jiddependu mill-ammont tat-talba miġjuba (jekk it-talba tlaħħaq sa €1 000, l-ispejjeż huma kif ġej: sekwestru ta' flus kontanti - €83, ħlas volontarju ta' flus kontanti mid-debitur - €10, sekwestru ta' proprjetà mobbli - €312, tmexxija u organizzazzjoni ta' bejgħ b'irkant pubbliku - €312, bejgħ ta' proprjetà mobbli b'kuntratt dirett - €156, bejgħ permezz ta' sensar - €62, diviżjoni fiżika ta' oġġetti - €156);
  • Tipi oħra ta' spejjeż: spejjeż għall-kustodja ta' proprjetà mobbli sekwestrata, li jvarjaw abbażi tal-piż tal-proprjetà mobbli (eż. sa piż ta' 100 kg, il-ħlas huwa ta' €0.42 għal kull perjodu ta' sebat ijiem ta' kustodja jew parti minnu, iżda mhux inqas minn €3), spejjeż għal immaniġġar ta' proprjetà mobbli sekwestrata, li jiddependi wkoll mill-piż tal-proprjetà mobbli (eż. għal proprjetà li tiżen sa 30 kg, il-ħlas huwa ta' €2.50).
2.2. Kundizzjonijiet ta’ infurzar
  • (liema huma l-kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' infurzar)

L-ewwel kundizzjoni għal awtorizzazzjoni ta' infurzar hija l-eżistenza ta' titolu ta' infurzar infurzabbli jew ta' strument awtentiku skont ir-regolamenti li jiffurmaw il-bażi għall-infurzar (li attwalment hija l-bażi tal-infurzar).

FuqFuq

It-tieni kundizzjoni hija s-sottomissjoni ta' proposta għall-infurzar, li għandha ssemmi dan li ġej: il-kreditur u d-debitur, it-titolu tal-infurzar jew id-dokument awtentiku, l-obbligazzjoni tad-debitur, il-miżura ta' infurzar u s-suġġett tal-infurzar u informazzjoni oħra meħtieġa għall-infurzar (proposta għal infurzar abbażi ta' dokument awtentiku għandha tinkludi wkoll talba biex il-qorti tordna lid-debitur iħallas it-talba flimkien mal-ispejjeż ikkalkulati fi żmien tmint ijiem min-notifika tad-deċiżjoni, jew fi żmien tlett ijiem fil-każ ta' kawżi dwar kontijiet tat-teżor u ċekkijiet).

Meta l-Qorti tirċievi proposta għal infurzar flimkien mat-titolu ta' infurzar infurzabbli jew dokument awtentiku, hija teżaminahom (biex tara jekk ikunux skont id-dispożizzjonijiet taż-ZIZ) u toħroġ deċiżjoni dwar l-infurzar, li tawtorizza l-infurzar jew tiċħad il-proposta għall-infurzar (bħala mhux ġustifikata għal raġunijiet sostantivi) jew li ma tilqax il-proposta (għal raġunijiet proċedurali).

  • (dwar talba)

It-talba għandha tkun tressqet u l-perjodu għat-twettiq volontarju għandu jkun skada.

  • (dwar id-debitur)

Id-debitur għandu jissemma' b'mod ċar (għandu jkun jidher) fuq it-titolu tal-infurzar jew dokument awtentiku. Barra minn hekk, id-debitur għandu jissemma' b'mod ċar bl-isem u l-indirizz (jew il-post fejn ikun stabbilit) fil-proposta għall-infurzar.

Id-debitur għandu jkun persuna eżistenti (m'għandux ikun miet jew tneħħa mir-reġistru ġudizzjarju). Jekk tintbagħat proposta għall-infurzar dwar persuna li ma teżistix, din għandha tiġi rifjutata, iżda jekk persuna ma tibqax teżisti matul il-proċedura ta' infurzar stess, dan jikkostitwixxi raġuni għas-sospensjoni ex lege tal-proċedura (u ma jkunx meħtieġ li jinħareġ att speċjali).

FuqFuq

Japplikaw ukoll pre-rekwiżiti għall-infurzar, kemm għad-debitur kif ukoll għall-kreditur (kapaċità legali, kapaċità professjonali), li għandhom jiġu osservati wkoll għall-proċedura ċivili skont id-dispożizzjonijiet taż-ZPP flimkien mal-Artikolu 15 taż-ZIZ.

3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ infurzar

3.1. Liema xorta ta’ assi huma suġġetti għal infurzar?

Iż-ZIZ jistabbilixxi diversi tipi ta' miżuri ta' infurzar (Artikolu 30 taż-ZIZ), viz.:

  • il-bejgħ ta' proprjetà mobbli, il-bejgħ ta' proprjetà immobbli, it-trasferiment ta' talba dwar flus, il-likwidazzjoni ta' drittijiet finanzjarji oħra jew drittijiet ekonomiċi u titoli reġistrati, il-bejgħ tal-ishma ta' sieħeb u t-trasferiment ta' fondi miżmumin minn organizzazzjonijiet awtorizzati biex imexxu operazzjonijiet ta' ħlas.

Il-miżuri msemmijin hawn fuq japplikaw biss għall-oġġetti kollha ta' infurzar (għal kull oġġett li jkun jappartieni lid-debitur jew lil dritt finanzjarju jew materjali), ħlief fejn ikun hemm eżenzjoni mil-liġi għal infurzar jew meta l-infurzar fuq dak l-oġġett ikun ristrett mil-liġi - Artikolu 32 taż-ZIZ.

  • Jekk jogħġbok semmi xi oġġetti jew talbiet għal flus li ma jistgħux ikunu soġġetti għal infurzar.

Dawn li ġejjin jistgħu ma jkunux soġġetti għal infurzar:

  • oġġetti li ma jkunux is-suġġett ta' operazzjonijiet legali,
  • riżorsi minerali u riżorsi oħra naturali,
  • faċilitajiet, tagħmir u oġġetti oħra meħtieġa b'mod urġenti mill-Istat jew minn komunità lokali amministrata indipendentement għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, u oġġetti mobbli u immobbli maħsubin għad-difiża tal-istat,
  • oġġetti u drittijiet oħra eżentati mil-liġi (eż. riżorsi maħsubin għall-manteniment tat-tfal, oġġetti strettament personali, benefiċċji ta' għajnuna soċjali, benefiċċji tal-ġenituri, benefiċċji tat-tfal, benefiċċju għal diżabiltà, ikel, fjuwil għat-tisħin, annimali tax-xogħol u għat-trobbija, għelejjel, midalji, għajnuniet għal diżabiltà, raba' b'irziezet u postijiet kummerċjali meħtieġa mill-bidwi għall-manteniment personali, eċċ.)
3.2. Liema huma l-effetti ta’ miżuri ta’ infurzar?

L-effett u l-iskop ewlieni tal-miżuri kollha ta' infurzar huwa l-ħlas ta' talba ta' kreditur.

FuqFuq

  • (għal debitur li ma jkunx konformi ma' miżuri ta' infurzar):

Qorti li tkun qegħda tagħti sentenza tista' timponi multa fuq debitur li jaġixxi kontra d-deċiżjonijiet tagħha billi, pereżempju, jaħbi l-assi tiegħu jew jagħmlilhom il-ħsara jew jeqridhom, jagħmel att li jista' joħloq ħsara lill-kreditur li ma tkunx tista' tissewwa jew diffiċli li tissewwa, jaġixxi kontra deċiżjonijiet dwar talbiet ta' assigurazzjoni, jagħti informazzjoni falza dwar l-assi tiegħu jew ifixkel jew jimpedixxi l-eżami u l-valutazzjoni ta' proprjetà immobbli.

Jekk debitur, bi ksur ta' deċiżjoni ta' qorti eżekuttiva, jiddisponi mill-assi tiegħu, trasferiment bħal dan ikun validu biss jekk l-iskadenzi għal ħlas bin-nifs tal-proprjetà jkunu tħarsu u jekk il-kontroparti tkun aġixxiet bil-bona fidi meta jkun sar it-trasferiment jew meta tkun saret il-pretensjoni għall-proprjetà (ma tkunx taf u ma tistax tkun taf li d-debitur ma jkollux id-dritt li jiddisponi mill-assi).

Debitur li, biex ma jħallix lill-kreditur jitħallas, jeqred, jagħmel ħsara, jeħles jew jaħbi parti mill-assi tiegħu waqt infurzar obbligatorju, u b'hekk jagħmel ħsara lill-kreditur, ikun ukoll responsabbli kriminalment u jista' jeħel multa jew priġunerija għal dan ta' mhux aktar minn sena.

  • (fir-rigward ta' terzi):

a) Ksur minn bank

Bank ikun obbligat li jagħti lill-qorti, fuq talba tagħha, l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti kollha li juru jekk u kif ikun esegwixxa d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-infurzar u kif ikun ħares is-sekwenza, kif definita statutorjament, tal-arranġament tat-talbiet. Ikun obbligat ukoll li javża lill-kredituri u lill-qorti dwar id-dettalji tal-kotba tal-kontijiet tad-debitur. Il-bank ikollu d-dmir, abbażi tad-deċiżjoni ta' infurzar, li jimblokka l-fondi tad-debitur li jkun qed iżomm skont il-limitu stabbilit fid-deċiżjoni ta' infurzar u li jirrimborża l-ammont imblukkat lill-kreditur.

FuqFuq

Qorti tista' tordna lil bank li, bi ksur tad-deċiżjoni tagħha, ma jissekwestrax, ma jittrasferix jew joħroġx l-ammonti dovuti, sabiex joħroġ dawn l-ammonti lill-kreditur mill-assi tiegħu stess minflok minn tad-debitur. F'dan il-każ, il-bank ikun responsabbli wkoll lejn il-kreditur għal ħsara talli ma jkunx aġixxa skont id-deċiżjoni ta' infurzar jew minħabba li jkun kiser id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-obbligu li jagħti d-dejta, is-sekwenza, l-iskop u l-mod tal-arranġament tal-obbligazzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-infurzar.

b) Ksur minn min iħaddem

Min iħaddem huwa obbligat, abbażi ta' deċiżjoni ta' infurzar, li jħallas somma ta' flus jew somom ta' flus lill-kreditur li b'xi mod kienu jkunu dovuti lid-debitur bħala rimunerazzjoni. Meta jagħmel hekk, huwa jkun obbligat li jħalli lid-debitur għall-inqas l-ammont tal-paga minima għax-xahar kurrenti. Qorti tista' tordna lil min iħaddem li, kuntrarjament għad-deċiżjoni tagħha, ma jkunx ħareġ l-ammonti dovuti favur il-kreditur, li jagħmel tajjeb huwa stess mill-assi tiegħu minflok id-debitur. F'dan il-każ, min iħaddem ikun ukoll responsabbli lejn il-kreditur għal ħsara talli ma jkunx aġixxa skont id-deċiżjoni tal-infurzar.

c) Ksur minn debituri oħra tad-debitur

Debitur tad-debitur huwa obbligat li jiddikjara jekk jirrikonoxxix it-talba mertu tas-sekwestru u, jekk fl-affermattiv, għal liema ammont, jew jekk l-obbligu tiegħu li jagħmel tajjeb għat-talba huwiex kontinġenti fuq it-twettiq ta' xi obbligazzjoni oħra. Jekk ma jagħmel ebda dikjarazzjoni jew ma jiddikjarax il-verità dwar din il-materja, huwa jkun responsabbli lejn il-kreditur għall-ħsara.

FuqFuq

3.3. X’inhi l-validità legali ta’ miżuri ta’ infurzar?
  • (Il-validità ta' miżuri ta' infurzar hija limitata mil-liġi jew minn deċiżjoni ta' qorti?)

Il-perjodu ta' validità ta' miżura partikolari ta' qorti li tkun qiegħda tagħti sentenza jiddependi mit-tip ta' miżura. Bħala regola, il-proċedura ta' infurzar (u, għaldaqstant, l-effetti tad-deċiżjoni li tawtorizza l-infurzar) tintemm mal-arranġament għat-talbiet tal-kreditur. Iżda jekk l-infurzar ma jkunx jista' jsir minħabba ostakli legali jew materjali, dan għandu jintemm bil-waqfa tal-infurzar, li r-riżultat tiegħu jkun l-annullament tal-azzjonijiet kollha ta' infurzar sakemm dan ma jkunx ta' tfixkil għad-drittijiet akkwistati minn terzi (eż. xerrejja ta' proprjetà mobbli sekwestrata). Il-kreditur jista' dejjem jipproponi li l-proċedura ta' infurzar tkun posposta għal perjodu stabbilit ta' żmien u b'hekk tinżamm il-validità tad-deċiżjoni li tawtorizza l-infurzar anki f'każijiet meta d-debitur ma jkollux assi fiż-żmien tal-ħruġ ta' din id-deċiżjoni (u jkun hemm, għalhekk, ostakli materjali li jimpedixxu l-arranġament għat-talba tal-kreditur milli jsir).

Fil-każ li ma jkunx hemm fondi fil-kontijiet tad-debitur fiż-żmien tal-infurzar tat-talbiet tad-debitur fir-rigward tal-bank, jew li d-debitur ma jkunx jista' jiddisponi minnhom minħabba obbligu, il-bank ikun fid-dmir li jżomm id-deċiżjoni tal-infurzar fir-reġistri għal sena oħra u li jħallas kollox lill-kreditur meta jidħlu fondi fil-kont tad-debitur jew meta d-debitur jikseb id-dritt li jiddisponi minnhom. Sa dak iż-żmien, l-infurzar ma jistax jitwaqqaf.

FuqFuq

Fil-każ li, waqt is-sekwestru ta' proprjetà mobbli, il-marixxall ma jsibx oġġetti li jistgħu jkunu s-suġġett ta' infurzar, jew li l-oġġetti sekwestrati ma jkunux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għat-talba tal-kreditur, il-kreditur jista' jissottometti għadd mingħajr limitu ta' proposti lill-marixxall, sa żmien sena mid-data tas-sekwestru, biex isir sekwestru ġdid. L-infurzar ma jistax jitwaqqaf sa dak iż-żmien.

4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tordna miżura ta’ infurzar?

Appell ordinarju kontra deċiżjoni maħruġa f'livell tal-ewwel istanza huwa denunzja. Deċiżjoni li tawtorizza infurzar hija eċċezzjoni. Id-debitur u t-terz li jkollu dritt għall-oġġett tal-infurzar li jimpedixxi milli jsir l-infurzar jistgħu jippreżentaw oġġezzjoni kontra deċiżjoni bħal din. Bħala regola, kassazzjoni mhijiex permessa fil-proċedura ta' infurzar.

(Min jista' jikkontesta deċiżjoni bħal din?)

Appell ordinarju kontra deċiżjoni ta' qorti li tkun qiegħda tagħti sentenza jista' jsir minn debitur, kreditur, terz bi dritt għall-oġġett ta' infurzar li jimpedixxi l-infurzar u minn xerrej fil-proċedura tal-bejgħ ta' oġġetti.

(Liema hija l-qorti kompetenti għand min għandu jiġi ppreżentat appell?)

Appell u oġġezzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni li kontriha jkun qed isir l-appell. Bħala regola l-istess qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni ta' infurzar tiddeċiedi fuq oġġezzjoni, waqt li qorti tat-tieni istanza tiddeċiedi fuq appell.

(X'inhuwa t-terminu ta' skadenza għall-preżentata ta' appell?)

FuqFuq

Oġġezzjoni jew appell jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien tmint ijiem min-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-prim istanza. F'każijiet eċċezzjonali, ikun possibbli wkoll li tkun ippreżentata oġġezzjoni wara dan it-terminu ta' skadenza, sa tmiem il-proċedura ta' infurzar, jekk oġġezzjoni bħal din tkun imsejsa fuq fatt li jirrelata mat-talba stess, li jkun sar magħruf wara l-infurzabbiltà tad-deċiżjoni u li ma setax ikun invokat sal-iskadenza.

(X'xorta ta' effett għandha din l-oġġezzjoni?)

Appell u oġġezzjoni ma jdewmux it-twettiq ta' azzjonijiet ta' infurzar fil-proċedura ta' infurzar, ħlief għall-fażi ta' arranġament. Bħala regola, kreditur jista' ma jintroddlux ħlas sakemm id-deċiżjoni ta' infurzar issir finali.

5. X’għandha tagħmel persuna biex deċiżjoni meħuda mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fis-Slovenja?

Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri fis-Slovenja għar-rikonoxximent tal-infurzabbiltà ta’ deċiżjonijiet meħudin minn qrati ta’ Stat Membru ieħor, ir-Regolamenti ta’ Brussell I u Brussell II bis u l-ordni Ewropea dwar l-infurzar japplikaw direttament. Iż-ZIZ jipprovdi li dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà ta’ deċiżjoni jew strument awtentiku abbażi ta’ att tal-UE applikabbli direttament għandhom jinħarġu fuq talba ta’ parti mill-korp li jkun iddeċieda t-talba fil-livell tal-prim istanza jew li jkun għamel l-istrument awtentiku. Fir-rigward tal-kompetenza ta’ Qorti Slovena biex tirrikonoxxi u tinforza deċiżjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali li fit-territorju tagħha, id-debitur ikun residenti b’mod permanenti jew temporanju. Il-korp li jkun ħareġ id-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà huwa kompetenti li jikkoreġi u jannulla dik id-dikjarazzjoni.

FuqFuq

5.1. X’forma tieħu l-proposta għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija u liema annessi għandu jkun hemm magħha?

Proposta għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija ma jeħtiġilhiex tintbagħat f’xi forma partikolari: hija applikazzjoni li magħha jinhemżu d-deċiżjoni tal-qorti barranija jew kopja ċertifikata tagħha u d-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà, skont l-annessi ta’ atti legali Ewropej.

5.2. Il-proposta għall-infurzar lil liema korp jew qorti għandha tintbagħat?

Il-proposta għar-rikonoxximent u l-infurzar għandha tintbagħat lill-qorti distrettwali li fit-territorju tagħha, id-debitur ikun residenti b’mod permanenti jew temporanju.

5.3. Il-proposta għall-infurzar, f’liema lingwa għandha tinkiteb?

Il-proposta għandha tinkiteb fil-lingwa Slovena.

5.4. Jeħtieġ li jsiru ħlasijiet lill-qorti? Ikollhom isiru xi ħlasijiet oħra?

Dwar il-proċedura għar-rikonoxximent tal-infurzabbiltà, ikun meħtieġ li jsir ħlas lill-qorti għall-applikazzjoni, li tammonta għal madwar €8 u ħlas għad-deċiżjoni ta' madwar €16. Fir-rigward ta' ħlasijiet għall-infurzar, ara t-tweġiba għal 2.1.

5.5. Jeħtieġ li jkun hemm rappreżentanza ta’ avukat f’dawn il-każijiet? Jekk huwa hekk, kif jista’ wieħed ikun jaf b’avukat fis-Slovenja?

Quddiem qorti distrettwali, parti tista' tkun rappreżentata minn avukat jew minn persuna li tkun għaddiet mill-eżami tal-Istat fil-liġi. Il-lista ta' avukati fis-Slovenja tista' tinkiseb minn dan l-indirizz elettroniku: http://www.odv-zb.si/eng/ English - slovenšcina

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit