Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Polonja

L-aħħar aġġornament: 02-02-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X'inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titolu jew deċiżjoni infurzabbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Kondizjonijiet assoċjati mal-bidu ta’ l-infurzar 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta' l-infurzar 3.
3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ l-infurzar? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri fir-rigward tad-debitur tas-sentenza? It-terminu tagħhom huwa limitat bil-liġi jew mill-qorti? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta' appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi tali miżura? 4.

 

1. Xi jfisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-infurzar huwa l-implimentazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-miżuri ta’ koerzjoni provduti fil-liġi bl-għan li jinkiseb it-twettiq ta’ obbligu fir-rigward ta’ kreditur fuq il-bażi ta’ ordni ta’ l-infurzar.

Il-proċeduri ta’ l-infurzar huma sett ta’ miżuri meħuda b’rabta ma’ l-infurzar wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-infurzar.

Il-korpijiet involuti fil-proċeduri ta’ l-infurzar:

  • korpijiet legali involuti fil-proċeduri tad-“dikjarazzjoni ta’ l-infurzabbiltà" fir-rigward ta’ ordni ta’ l-infurzar: l-imħallfin presjedenti, il-qorti tad-distrett, il-qorti reġjonali u l-qorti ta’ l-appell;
  • l-aġenziji ta’ l-infurzar involuti fil-proċeduri ta’ l-infurzar stess: il-qorti tad-distrett, il-marixxall.

Il-partijiet fil-proċeduri:

  • il-proċeduri tad-“dikjarazzjoni ta’ l-infurzabbiltà";
  • il-proċeduri ta’ l-infurzar stess: ladarba nbdew il-proċeduri, il-partijiet huma indikati fl-ordni ta’ l-infurzar bħala l-kreditur u d-debitur; sa dak il-ħin meta l-proċeduri jinbdew, dawn huma partijiet potenzjali.

Il-miżuri ta’ l-infurzar maħsuba biex iħeġġu lid-debituri jieħdu azzjoni:

  • miżuri ta’ koerzjoni (multi imposti minn qorti minflok sentenza ta’ ħabs fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, obbligu impost fuq id-debitur li jkopri t-telf potenzjali ta’ kreditur, istruzzjonijiet maħruġa lill-marixxall mill-qorti biex ineħħi l-oppożizzjoni ta’ debitur għal applikazzjoni ta’ kreditur, twettiq ta’ attivitajiet minn kreditur bi spejjeż għad-debitur, ftuħ ta’ appartament, tiftix fi ħwejjeġ tad-debitur, multa imposta minn marixxall ta’ PLN 500 għal rifjut mingħajr raġuni, min-naħa tal-persuna responsabbli, biex wieħed jipprovdi spjegazzjonijiet u għal nuqqas, min-naħa ta’ debitur, li jħares l-obbligu tiegħu biex jinnotifika tibdil ta’ indirizz);
  • qbid (ta’ proprjetà mobbli jew immobbli);
  • bejgħ b’subbasta ta’ proprjetà immobbli jew mobbli maqbuda;
  • bejgħ ta’ proprjetà mobbli maqbuda bi ftehim dirett;
  • tqegħid f’amministrazzjoni ta’ negozju jew ditta – konfiska tal-proprjetà mobbli ta’ debitur minn marixxall;
  • żgumbrament;
  • tneħħija ta’ drittijiet ta’ kustodja fuq persuna soġġetta għall-awtorità tal-ġenituri.

2. X'inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titolu jew deċiżjoni infurzabbli?

2.1. Il-proċedura

Ordni ta’ l-infurzar li jkun fiha dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà sservi bħala l-bażi għall-infurzar.

FuqFuq

Dawn li ġejjin jikkostitwixxu ordnijiet ta’ l-infurzar:

  • sentenza res judicata jew sentenza mhux res judicata li huma soġġetti għal infurzar immedjat (u li huma infurzabbli minnufih);
  • tranżazzjoni milħuqa fil-qorti;
  • deċiżjoni ta’ bord ta’ l-arbitraġġ;
  • tranżazzjoni milħuqa fil-bord ta’ l-arbitraġġ;
  • sentenzi, tranżazzjonijiet u strumenti oħrajn li bil-liġi huma implimentati bħala infurzar ġudizzjarju;
  • att notarili fejn debitur jaċċetta l-infurzar (li jikkonsisti f’obbligu li jħallas lura somma ta’ flus jew funġibbli kwantifikabbli, jew obbligu li jiġu kkonsenjati oġġetti indikati individwalment) jekk it-terminu għall-ħlas lura, tranżazzjoni jew konsenja huma indikati fl-att;
  • att notarili fejn debitur jaċċetta l-infurzar u li jikkonsisti f’obbligu li jħallas lura s-somma ta’ flus speċifikata fl-att jew indikata permezz ta’ klawżola ta’ valorizzazzjoni;
  • sentenzi tal-qrati ta’ l-Istati Membri ta' l-UE, tranżazzjonijiet konklużi fi jew ikkonfermati minn dawk il-qrati u dokumenti uffiċjali mfassla fl-Istati Membri ta’ l-UE u ċċertifikati f’dawk l-Istati bħala ordnijiet ta’ l-infurzar Ewropej.

Huma biss is-sentenzi res judicata li fihom dikjarazzjoni ta’ l-infurzabbiltà jew li huma immedjatament infurzabbli (minħabba l-infurzabbiltà immedjata mogħtija awtomatikament jew wara applikazzjoni) li jistgħu jikkostitwixxu ordnijiet ta’ l-infurzar. Is-sentenzi mogħtija minn bordijiet ta’ l-arbitraġġ għandhom l-ewwel jiġu ddikjarati infurzabbli minn qorti domestika, u mbagħad biss tista’ tinħareġ dikjarazzjoni ta’ l-infurzabbiltà; is-sempliċi fatt li sentenza tiġi ddikjarata infurzabbli mhuwiex, minnu nnifsu, biżżejjed sabiex jiġu istitwiti proċeduri ta’ l-infurzar. Att notarili jikkostitwixxi ordni ta’ l-infurzar jekk jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-Att dwar in-Nutara.

FuqFuq

Ordnijiet oħrajn ta’ l-infurzar:

  • estratt minn avviż ta’ talbiet fil-proċeduri dwar l-insolvenza;
  • estratt minn avviż ta’ talbiet b’estratt minn deċiżjoni res judicata li tikkonferma ftehim fil-proċeduri ta’ l-insolvenza;
  • tranżazzjoni res judicata fil-bank;
  • tranżazzjoni konkluża quddiem sorveljatur;
  • tranżazzjoni konkluża minn bord ta’ arbitraġġ responsabbli għat-trejdjunjins;
  • abbozz ta’ termini ta’ diviżjoni għal ammont miksub mill-infurzar fuq proprjetà immobbli;
  • ordni ta’ l-infurzar fil-bank kif provdut mill-Att dwar il-Banek, iżda biss wara li qorti tkun ħarġet dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà;
  • sentenzi mogħtija minn qrati barranin u tranżazzjonijiet konklużi quddiem dawk il-qrati wara li jkunu ġew dikjarati infurzabbli minn qorti Pollakka;
  • abbozz ta’ termini ta’ diviżjoni tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà għal fond għall-pretensjonijiet marittimi;
  • sentenzi tal-Kumitat ta’ l-Assi u tranżazzjonijiet konklużi quddiemu fi proċeduri ta’ tranżazzjoni (irregolati mill-Att dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja Kattolika fil-Polonja).

L-infurzar huwa istitwit:

  • awtomatikament – fuq talba minn qorti tal-prim'istanza fil-każijiet li jistgħu jiġu istitwiti awtomatikament (permezz tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
  • wara applikazzjoni ta’ kreditur ippreżentata mal-qorti tad-distrett li għandha ġuriżdizzjoni jew mal-marixxall li jaħdem f’dik il-qorti, skond min huwa kompetenti li jipproċedi bl-infurzar;
  • fuq talba ta’ korp awtorizzat (korp jew prosekutur pubbliku fil-każijiet li jinvolvu l-infurzar ta’ multi, penali finanzjarji, tariffi tal-qorti u spejjeż tal-proċedura dovuti lit-Teżor).

L-applikazzjonijiet għall-infurzar għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub jew imdaħħla fir-rekord oralment; l-istruzzjonijiet ta’ l-aġenzija ta’ l-infurzar għandhom isiru bil-miktub. L-ordni ta’ l-infurzar għandha tkun annessa ma’ l-applikazzjoni jew mat-talba.

FuqFuq

L-applikazzjonijiet tal-kredituri m’għandhomx għalfejn jiġu prreżentati permezz ta’ intermedjarju ta’ rappreżentant jew ta’ korp ieħor.

L-ispejjeż ta’ l-infurzar tal-marixxalli, l-ispejjeż magħmula fil-kors ta’ l-infurzar u t-tariffi ta’ l-infurzar huma rregolati mill-Att dwar il-Marixxalli tal-Qorti u l-Infurzar ta’ l-20 ta’ Awissu 1997 (kif emendat).

Regoli li jirregolaw il-ġbir tat-tariffi:

  • l-infurzar ta’ ħlasijiet: 15% ta’ l-ammont tat-talba infurzata;
  • il-garanzija tal-pretensjonijiet: 5% ta’ l-ammont tat-talba wara li tkun ġiet garantita;
  • qbid tal-proprjetà: tariffa fissa ekwivalenti għal 50% tar-remunerazzjoni medja mistennija;
  • trasferiment ta’ proprjetà immobbli, ħatra ta’ maniġer fuq bord ta’ kumpanija, żgumbrament (oġġetti u persuni); tariffa ekwivalenti għal 40% tar-remunerazzjoni medja mistennija;
  • inventarju jew lista oħra ta’ l-assi: tariffa fissa ekwivalenti għal 10% tar-remunerazzjoni medja mistennija għal kull siegħa jew parti minnha;
  • trasferiment ta’ proprjetà lil kredituri f’każijiet oħrajn: tariffa fissa ekwivalenti għal 25%; fejn l-infurzar iseħħ permezz ta’ vjolazzjonijiet ulterjuri ta’ proprjetà, it-tariffa tiżdied b’100% kull darba
  • l-issiġillar jew tneħħija ta’ siġill mingħajr ma jsir inventarju fl-istess ħin: tariffa fissa ekwivalenti għal 4% tar-remunerazzjoni medja mistennija;
  • attivitajiet li jinvolvu lill-pulizija: tariffa fissa ta’ 25%;
  • għajnuna biex titneħħa l-oppożizzjoni ta’ debitur u tinħareġ ordni biex debitur jitqiegħed il-ħabs: tariffa ta’ 25%, implimentazzjoni ta’ l-ordni tal-kustodja hija kontinġenti fuq li l-kreditur iħallas it-tariffa.
2.2. Kondizjonijiet assoċjati mal-bidu ta’ l-infurzar

Applikazzjoni mill-kreditur bl-ordni ta’ l-infurzar mehmuża. Il-kontenut ta’ l-applikazzjoni huwa importanti (l-obbligu in kwistjoni u l-mod kif jitwettaq l-infurzar għandhom ikunu indikati, jiġifieri d-drittijiet ta’ proprjetà li fuq il-bażi tagħhom għandu jsir l-infurzar tal-ħlasijiet; fil-każ ta’ l-infurzar li jinvolvi proprjetà immobbli, ir-reġistru ta’ l-artijiet u l-isem tal-qorti fejn jinsab għandhom jiġu indikati fil-każ ta’ infurzar li jinvolvi assi mobbli, ma hemm ebda bżonn li jiġu pprovduti aktar dettalji ta’ l-assi involuti għaliex bħala prinċipju l-infurzar jikkonċerna l-assi mobbli kollha li huma proprjetà tad-debitur).

FuqFuq

3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta' l-infurzar

3.1. Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar?

L-infurzar jista' jsir fir-rigward ta':

  • assi mobbli;
  • dħul li huwa salarju jew paga jew ħlas;
  • kontijiet bankarji;
  • proprjetà immobbli;
  • bastimenti li jaħdmu fil-baħar;
  • pretensjonijiet u drittijiet ta' proprjetà oħrajn.

L-infurzar ma jistax isir fir-rigward ta':

  • tagħmir tad-dar, lożor, affarijiet tas-sodda, ħwejjeġ ta' kuljum, ħwejjeġ tax-xogħol;
  • provvisti ta' ikel u karburanti ta' xahar għad-debitur u l-familja tiegħu;
  • baqra, żewġ mogħżiet jew tliet nagħġiet;
  • l-għodda meħtieġa biex wieħed jaħdem f'impjieg bi ħlas u l-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta' xahar, ħlief vetturi bil-mutur;
  • flejjes mhux soġġetti għall-infurzar (jiġifieri minbarra l-parti tar-remunerazzjoni miġbura fuq bażi regolari kif speċifikat fil-Kodiċi dwar l-Impjiegi); jekk debitur mhuwiex f'impjieg permanenti, dawn il-flejjes huma neċessarji biex id-debitur u l-familja tiegħu jinżammu għal ġimagħtejn;
  • materjali edukattivi, karti personali, premjijiet, oġġetti reliġjużi u oġġetti ta' kuljum li jistgħu jinbiegħu biss b'telf sinjifikanti u li huma ta' valur sostanzjali għad-debitur;
  • xi oġġetti li jkunu proprjetà ta' bdiewa (indikati f'leġiżlazzjoni separata);
  • ammonti u benefiċċji mhux fi flus maħsuba biex ikopru spejjeż tan-negozju u ta' l-ivvaġġjar;
  • ammonti allokati mit-Teżor għal għanijiet speċjali (għotja, għajnuna), kemm-il darba t-talba ma kinitx iġġenerata biex jiġu realizzati dawk l-għanijiet jew b'riżultat ta' obbligu li jitħallas il-manteniment;
  • drittijiet mhux trasferibbli;
  • pretensjonijiet ta' debituri kontra korpijiet ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-Istat għal provvisti, xogħol jew servizzi qabel ma dawn tlestew;
  • ħlasijiet ta' l-assikurazzjoni personali u l-kumpens ta' l-assikurazzjoni li mhijiex tal-ħajja.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ l-infurzar?

Kemm-il darba ma jiġix speċifikat mod ieħor, taħt ordni ta’ l-infurzar il-pretensjoni rilevanti sħiħa tista’ tiġi infurzata mill-partijiet kollha tal-proprjetà tad-debitur. Id-debituri huma intitolati li jiġġestixxu l-assi tagħhom, kemm-il darba, bħala konjuġi, ma jkunux imċaħħda mill-qorti mid-dritt li jiġġestixxu l-assi konġunti. Iżda, meta jiġu istitwiti proċeduri li jinvolvu assi mobbli, il-marixxall jieħu l-kontroll ta’ dawn l-assi u jikteb rapport tal-qbid. Id-disponiment tal-proprjetà immobbli wara li tinqabad ma jaffettwax it-tkomplija tal-proċeduri, filwaqt li l-proċeduri ta’ l-infurzar li jinvolvu assi mobbli maqbuda jistgħu wkoll jiġu istitwiti kontra x-xerrejja. Iżda, fejn hemm raġunijiet tajba biex isir dan, marixxall jista', fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri, iqiegħed l-assi maqbuda taħt is-sorveljanza ta’ terz, li jista’ jkun kreditur. Fil-każ ta’ l-infurzar li jinvolvi l-proprjetà immobbli, il-marixxall l-ewwel jistruwixxi lid-debitur iħallas lura d-dejn fi żmien ġimagħtejn; f'każ li dan ma jseħħx, jipprepara deskrizzjoni u valutazzjoni tal-proprjetà. Id-disponiment mill-proprjetà immobbli wara l-qbid ma jaffettwax it-tkomplija tal-proċeduri. Ix-xerrejja jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri bħala debituri. Iżda azzjoni legali meħuda minn debitur (li jiġġestixxi negozju jew razzett) wara li l-infurzar huwa istitwit mir-riċevituri hija nulla u mingħajr effett.

FuqFuq

Fejn id-debituri huma marbuta minn obbligu li ma jeħdux ċertu kors ta’ azzjoni jew li ma jfixklux azzjoni meħuda minn kreditur u jkunu naqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom, il-qorti timponi multa fuqhom wara applikazzjoni mill-kreditur; id-debituri li jonqsu milli jħallsu l-multa jistgħu jeħlu l-ħabs. Għalhekk, f’dawn il-każijiet id-debituri li jonqsu milli jħallsu multa li tikkostitwixxi miżura ta’ ġegħil jistgħu jiġu mċaħħda mil-libertà tagħhom.

Bank li jonqos milli jħares ir-regoli li jirregolaw l-obbligi tal-banek f'termini ta' sekwestri ta' depożiti bankarji, inklużi kontijiet tat-tfaddil, huwa responsabbli għat-telf imġarrab mill-kredituri in kwistjoni. Ir-responsabbiltà ċivili u kriminali tal-banek hija koperta mill-Att dwar il-Banek. Persuni li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew li jaħbu d-data korretta meta jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet responsabbli għall-banek u għall-klijenti tal-banek huma responsabbli taħt il-liġi kriminali (multa u sa tliet snin ħabs), bħalma huma persuni meħtieġa li jżommu s-segretezza bankarja li jiżvelaw jew jużaw ħażin l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet bankarju (multa sa PLN 1 miljun u sa tliet snin ħabs).

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri fir-rigward tad-debitur tas-sentenza? It-terminu tagħhom huwa limitat bil-liġi jew mill-qorti?

L-Att ma jispeċifika ebda terminu biex l-applikazzjonijiet għall-infurzar jiġu ppreżentati; iżda l-verifiki għandhom isiru biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet proċedurali għall-proċeduri ta’ l-infurzar jintlaħqu (l-ammissibbiltà tal-proċeduri tal-qorti, ġuriżdizzjoni nazzjonali, l-abbiltà li tinbeda azzjoni, idonjetà li persuna tidher il-qorti). Jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jintlaħqux, l-infurzar huwa annullat.

FuqFuq

4. Hemm possibbiltà ta' appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi tali miżura?

Ir-rimedji ġudizzjarji fil-proċeduri ta’ l-infurzar:

  • ilment ippreżentat ma’ qorti tad-distrett kontra azzjoni meħuda minn marixxall (terminu ta’ żmien: ġimgħa mid-data ta’ l-azzjoni);
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti li tiċħad ilment;
  • ilment lil qorti tad-distrett kontra deċiżjoni ta’ marixxall li jimponu multa;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti li ma tħassarx id-deċiżoni msemmija hawn fuq;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti fil-każ ta’ duplikazzjoni ta’ infurzar amministrattiv u ġudizzjarju;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar is-sospensjoni jew it-tħassir tal-proċeduri;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar il-limitazzjoni ta’ l-infurzar;
  • azzjoni quddiem il-qorti kontra sentenza mogħtija mingħajr ma jkun instema’ d-debitur;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar ħlas lura ta’ spejjeż magħmula minn u remunerazzjoni ta’ parti responsabbli li tissorvelja l-proċeduri ta’ l-infurzar li jinvolvu assi mobbli;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar rilaxx ta’ flus maqbuda fil-qafas ta’ l-infurzar li jinvolvi l-assi mobbli;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar deskrizzjoni u valutazzjoni ta’ proprjetà fil-qafas ta’ l-infurzar li jinvolvi l-proprjetà immobbli;
  • ilment verbali ppreżentat ma’ mħallef li jissovelja kontra azzjoni meħuda minn marixxall fil-kors ta’ bejgħ b’subbasta;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti li tistabbilixxi l-prezzijiet;
  • oġġezzjonijiet għall-abbozz tat-termini ta’ diviżjoni għall-ammont miksub mill-infurzar (fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha l-avviż ikun ingħata lill-aġenzija ta’ l-infurzar li abbozzathom);
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar ir-riżoluzzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet għall-abbozz tat-termini tad-deċiżjoni;
  • appell minn deċiżjoni ta’ qorti dwar it-twettiq ta’ attivitajiet minn kreditur bi spejjeż għad-debitur u appell minn deċiżjoni ta’ qorti li tordna lil debitur iwettaq xi attivitajiet, biex thedded lid-debitur b’multa jew ħabs u tkopri t-telf tal-kreditur;
  • oġġezzjoni għal deċiżjoni ta’ qorti li tikkonċerna l-eżenzjoni ta’ proprjetà mill-infurzar bl-involviment tat-Teżor u n-negozji.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-02-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit