Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Olanda

L-aħħar aġġornament: 16-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser l-infurzar f’każijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. Taħt liema kondizzjonijiet jista’ jkun infurzat mandat eżekuttiv? 2.
2.1. Mandati eżekuttivi 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet ewlenin għall-infurzar. 2.2.
3. Miżuri ta’ infurzar 3.
3.1. Liema beni jistgħu jkunu inklużi fl-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ qbid eżekuttiv? 3.2.
3.3. X’saħħa legali għandhom tali miżuri? 3.3.
4. Jista’ jsir appell mill-miżuri ta’ infurzar? 4.

 

1. Xi jfisser l-infurzar f’każijiet ċivili u kummerċjali?

Il-liġi ta’ l-infurzar: ġenerali

Is-sentenza ta’ l-imħallef tfisser it-tmien tal-proċeduri. Is-sentenza tista’ tinkludi ordni lid-debitur li jwettaq xi azzjoni favur il-kreditur (bħall-ħlas ta’ xi somma bħala kumpens). Jekk id-debitur ma jwettaqx l-azzjoni b’mod volontarju, il-kreditur jista’ jirrikorri għal-liġi ta’ l-infurzar sabiex jinforza t-twettiq ta’ l-azzjoni. Il-liġi ta’ l-infurzar tirregola l-infurzar (eżekuzzjoni) ta’ deċiżjoni ġuridika fejn id-debitur ikun ġie ordnat li jwettaq azzjoni. Għal dan il-għan, l-liġi ta’ l-infurzar tistipula regoli statutorji dwar miżuri ta’ infurzar u dwar kif dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati. Il-Marixxalli tal-qorti huma awtorizzati li jinfurzaw it-twettiq (eżekuzzjoni), u jiġu mqabbda li jagħmlu dan mill-kreditur li jfittex li jikseb id-drittijiet tiegħu.  Sabiex jintużaw il-miżuri ta’ infurzar ipprovduti mil-liġi dwar l-infurzar, iridu jkunu sodisfatti żewġ kondizzjonijiet: Min jitlob l-infurzar irid ikollu, fil-pussess tiegħu, mandat eżekuttiv (jiġifieri sentenza li tista’ tkun nfurzata) u dan il-mandat irid ikun ġie notifikat minn qabel li l-parti li fuqha jkun ser isir l-infurzar.

Miżuri ta’ infurzar

Il-miżura ta’ infurzar ewlenija hija l-qbid eżekuttiv permezz ta’ mandat ta’ qbid li huwa ttrattat aktar fit-tul aktar l-isfel f’dan il-fuljett ta’ tagħrif.  

Miżuri ta’ infurzar oħrajn huma l-penali u l-ħabs ċivili (f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ġuridika).

FuqFuq

Penali huwa somma ta’ flus, stabbilita permez ta’ sentenza ġuridika, li l-persuna misjuba ħatja tkun obbligata tħallas jekk ma tonorax l-obbligu ewlieni. Il-penali jintgħuża prinċipalment fi proċeduri interlokutorji bħala mezz biex issir pressjoni. Penali jista’ jkun marbut biss ma’ obbligu ewlieni li jinvolvi xi ħaġa differenti mill-ħlas ta’ somma ta’ flus, bħal ordni għall-ħruġ ta’ ċerti dokumenti jew ordni kontra l-użu ta’ ċerta trademark.

Priġunerija għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ġuridika huwa mezz biex issir pressjoni u tisforza lill-parti li tonora ċertu obbligu. Priġunerija għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ġuridika ma’ tingħatax ta’ spiss mill-qorti u, anki meta tingħata, rari tkun infurzata fil-fatt. Priġunerija minħabba nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ġuridika hija possibbli biss jekk tkun ordnata mill-qorti.

Il-persuni ewlenin involuti fl-eżekuzzjoni huma l-eżekutur (il-persuna li titlob l-infurzar), il-kreditur, il-persuna li kontra tagħha tkun qiegħda ssir l-eżekuzzjoni (id-debitur li kontra tiegħu tkun qegħda ssir l-eżekuzzjoni) u l-marixxall (l-uffiċjal pubbliku ordnat biex iwettaq l-infurzar fil-fatt fuq talba ta’ l-eżekutur).

2. Taħt liema kondizzjonijiet jista’ jkun infurzat mandat eżekuttiv?

2.1. Mandati eżekuttivi

Sentenzi mill-qrati Olandizi (ġudizzji, deċiżjoni, sentenza), atti awtentiċi (atti notarili) u xi dokumenti oħrajn jikkostitwixxu mandati eżekuttivi. Id-dokumenti l-oħrajn li l-liġi tiddefinixxi bħala mandati eżekuttivi jinkludu: mandati eżekuttivi mis-Servizz ta’ Prosekuzzjoni Pubbliku, talbiet u avviżi finali maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa, sentenzi arbitrali bil-permess ta’ l-infurzar u l-atti ta’ ftehim bonarju.

FuqFuq

“Kopja tal-marixxall” ta’ sentenza ġudizzjarja tingħata lill-partijiet mingħajr ħlas. Din hija kopja awtentikata tas-sentenza, li fuq nett ikollha l-kliem “In naam der Koningin” (f’isem ir-Reġina). Dan jidentifika l-kopja tal-marixxall li hija, għalhekk, sentenza ġuridika f’forma idonea għall-eżekuzzjoni. L-infurzar jista’ jseħħ biss bil-kopja tal-marixxall.

Tista’ tinħareġ ukoll kopja tal-marixxall, jew l-ewwel kopja awtentikata, ta’ att notarili.

Il-konsenja tal-kopja tal-marixxall tawtorizza lill-marixxall li jipproċedi bl-infurzar. Il-kreditur jista’ jgħaddi l-kopja tal-marixxall lill-marixxall huwa stess; m’hemmx il-ħtieġa li jitlob is-servizzi ta’ avukat għal dan.

Qabel l-infurzar, il-marixxall għandu jinnotifika d-dokument lill-persuna li jkun qiegħed isir l-infurzar kontra tagħha.  L-għan tan-notifika tad-dokument huwa li s-sentenza tinġieb għall-konoxxenza tal-parti opposta u tinfurma li l-kreditur ikun qiegħed jitlob li s-sentenza tiġi osservata.

Għal aktar tagħrif dwar in-notifika tad-dokumenti, ara r-Regolament Ewropew dwar in-Notifika: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32000R1348:MT:NOT

U l-fuljett ta’ tagħrif dwar in-notifika tad-dokumenti.

Il-marixxalli
Rwol fl-infurzar.

Il-marixxall huwa l-persuna ewlenija fl-infurzar, u dejjem jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet u f’isem il-persuna li titlob l-infurzar. Dawn l-istruzzjonijiet jingħataw bil-konsenja tal-kopja tal-marixxall. Ġeneralment, il-marixxall ma jkunx jeħtieġ awtorizzazzjoni separata.

FuqFuq

L-azzjonijiet li l-marixxall jista’ jwettaq b’konnessjoni ma’ l-infurzar jinkludu:

  • notifika tal-mandat eżekuttiv lill-persuna li kontra tagħha jkun qiegħed isir l-infurzar;

  • twissija sabiex titwettaq l-azzjoni, per eż. twissija sabiex titħallas somma ta’ flus;

  • reċezzjoni tal-ħlas jekk id-debitur, fil-fatt, iħallas;

  • qbid.

 Jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-marixxall jista’ jitlob l-assistenza tal-pulizija (per eż. f’każ ta’ qbid).

Tariffi tal-marixxalli

L-atti uffiċjali tal-marixxalli huma soġġetti għal tariffi fissi li jistgħu jiġu debitati lid-debitur. Ma hemm l-ebda tariffi fissi applikabbli għall-kreditur u dawn iridu jiġu negozjati mal-marixxall. It-tariffi li l-marixxall jiddebita lid-debitur jinsabu fid-Digriet ta’ l-4 ta’ Lulju 2001 fejn hemm regoli dettaljati dwar l-azzjonijiet uffiċjali u t-tariffi tal-marixxalli (Digriet dwar it-Tariffi tal-Marixxalli). Dan id-Digriet jinsab hawn:

http://www.kbvg.nl/fileadmin/Informatie/praktisch_overzicht_Btag_2005.pdf Nederlands PDF File (PDF File 61 KB)

Din il-verżjoni tistipula t-tariffi kif kienu fl-1 ta’ Jannar 2005.

2.2. Il-kundizzjonijiet ewlenin għall-infurzar.

Iż-zewġ kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar huma:

FuqFuq

  • il-pussess ta’ mandat eżekuttiv u
  • in-notifika ta’ dak il-mandat lill-persuna li kontra tagħha jkun qiegħed isir l-infurzar, qabel ma jseħħ l-infurzar.

Ara l-mistoqsija Nru 1.

Miżuri ta’ infurzar

Kif imsemmi aktar ‘il fuq, il-miżura ta’ infurzar ewlenija hija qbid eżekuttiv bis-saħħa ta’ mandat ta’ qbid Hemm ukoll miżuri li jistgħu jittieħdu sekemm joħroġ il-mandat eżekuttiv. Dawn il-miżuri jistgħu jintalbu qabel ma tingħata s-sentenza, waqt, u anki qabel, il-proċedimenti, u huma magħrufa bħala miżuri ta’ ħarsien, jiġifieri miżuri maħsuba biex iħarsu d-drittijiet. Il-miżuri ta’ ħarsien jinkludu l-qbid qabel is-sentenza, issiġillar u l-abbozzar ta’ inventarju. Dan il-fuljett ta’ tagħrif jiddeskrivi l-qbid eżekuttiv.

3. Miżuri ta’ infurzar

3.1. Liema beni jistgħu jkunu inklużi fl-infurzar?

Qbid eżekuttiv jista’ jsir fuq:

  • proprjetà mobbli li mhix proprjetà reġistrata

  • drittijiet bearer jew rights to order, isħma reġistrati jew sigurtajiet reġistrati oħrajn.

  • permezz ta’ parti terza (ordni ta’ sekwestru)

  • fuq proprjetà immobbli

  • fuq vapuri

  • fuq ajruplani

Bħala regola ġenerali, l-eżekutur huwa fil-libertà li jagħżel liema beni jaqbad.

FuqFuq

Bħala prinċipju, il-qbid jista’ jsir fuq il-proprjetà kollha tad-debitur. Hemm beni li ma jistgħux jinqabdu, bħal proprjetà meħtieġa għall-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja, bħal ħwejjeġ, ikel, għodda tal-ħaddiema, letteratura speċjalizzata u proprjetà għal għanijiet ta’ edukazzjoni, arti u xjenza. Parti minn salarju perjodiku, manteniment jew ħlasijiet ta’ benefiċċji ma jistgħux jinqabdu.

Ma jistgħax isir qbid fuq beni maħsuba għal servizz pubbliku. L-eżekutur jista’ jaqbad diversi beni fl-istess waqt, per eż. fuq proprjetà kemm mobbli kif ukoll immobbli.

3.2. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ qbid eżekuttiv?
Il-konsegwenzi legali ta’ qbid ta’ proprjetà mobbli li mhix proprjetà reġistrata

Il-qbid ifisser li l-azzjonijiet tad-debitur li jseħħu wara l-qbid ma jistgħux jippreġudikaw id-drittijiet tal-persuna li twettaq il-qbid.  Jekk, per eżempju, id-debitur ibigħ in-negożju, ix-xerrej ma jkunx jista’, bħala prinċipju, jasserixxi mal-kreditur li huwa sar is-sid. Konsegwenza oħra hija li d-dħul min-negozju huwa wkoll kopert mill-qbid.

Il-konsegwenzi legali tal-qbid ta’ l-isħma, sigurtajiet u beni oħrajn

M’hemmx konsegwenzi legali speċifiċi.

Ghad-durata tal-qbid, il-persuna li jkun sar il-qbid kontriha żżomm id-dritt tal-vot.

Konsegwenzi legali ta’ qbid permezz ta’ sekwestru.

Fil-każ ta’ qbid permezz ta’ sekwestru, il-kreditur (il-persuna li tordna l-qbid) twettaq il-qbid fuq terza persuna (jiġifieri mhux id-debitur), għax dik it-terza persuna jkollha dejn mad-debitur jew tkun iżżomm proprjetà tad-debitur. Fi kliem ieħor, tinqabad proprjetà tad-debitur li tkun f’idejn terza persuna. Il-persuna li twettaq il-qbid hija mħarsa minn proċeduri legali mibdija mill-parti l-oħra. Proċeduri legali mibdija wara l-qbid m’humiex validi kontra l-persuna li tordna l-qbid.

FuqFuq

Żewġ forom komuni ta’ qbid permezz ta’ sekwestru huma qbid fil-każ ta’ bank, fuq kont bankarju jew kont ġiro, u f’każ ta’ min iħaddem, fuq il-paga ta’ impjegat.

Konsegwenzi legali ta’ qbid fuq proprjetà mobbli

Il-qbid jiġi rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku u jkun effettiv mill-mument tar-reġistrazzjoni. Id-dħul mill-proprjetà immobbli akkwistat wara l-qbid huwa suġġett għall-qbid. Il-persuna li twettaq il-qbid hija mħarsa minn proċeduri legali mibdija mill-kreditur wara l-qbid. L-aljenazzjoni (bejgħ) tal-proprjetà immobbli ma tistgħax tiġi imposta kontra l-persuna li tordna l-qbid.

3.3. X’saħħa legali għandhom tali miżuri?

Ir-regola bażika hija li l-awtorità għall-infurzar ta’ sentenza ġuridika tiġi preskritta għoxrin sena mill-jum ta’ wara s-sentenza.  Jekk l-infurzar ta’ sentenza ġuridika jkun soġġett għal ċerti ħtiġiet li s-sodisfazzjon tagħhom ma jkunx jiddependi mir-rieda tal-persuna li tkun kisbet is-sentenza, l-awtorità għall-infurzar tas-sentenza ġuridika tiġi preskritta għoxrin sena mill-bidu tal-jum wara dak li fih ikunu ġew sodisaftti l-ħtiġiet.

Madankollu, il-preskrizzjoni hija ta’ ħames snin għal kull ħaġa li trid titħallas, skond is-sentenza, fi żmien sena jew anqas. Fejn ikunu involuti interessi, multi u ordnijiet addizzjonali oħrajn, il-preskrizzjoni jkollha effett mhux aktar tard mit-terminu tal-preskrizzjoni ta’ l-awtorità għall-infurzar tas-sentenza prinċipali, sakemm ma tkunx interrotta jew estiża.

4. Jista’ jsir appell mill-miżuri ta’ infurzar?

Tilwim dwar l-infurzar

L-Artikolu 438 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jinkludi regoli ġenerali dwar it-tilwim relatat ma’ l-infurzar, li huma magħrufa bħala tilwim dwar l-infurzar. F’tilwima dwar l-infurzar, id-debitur jista’ jipprova jwaqqaf l-infurzar. It-tilwima tista’, per eżempju, tkun dwar is-sinifikat u l-iskop tal-mandat ta’ eżekuzzjoni, l-effett ta’ fatti li jseħħu wara s-sentenza (mandat ta’ eżekuzzjoni), il-validità tal-qbid jew dwar min huwa s-sid tal-beni maqbuda.  F’tilwima dwar l-infurzar, id-debitur jista’, per eżempju, jargumenta li l-eżekutur ikun qiegħed jabbuża mil-liġi jew li l-qbid huwa sproporzjonat meta mqabbel mas-sentenza. Id-debitur (il-persuna li jsir il-qbid kontriha) ma tistgħax tagħmel aktar oġġezzjonijiet kontra s-sustanza tas-sentenza f’dan l-istadju:  sabiex jagħmel dan, irid jiftaħ proċeduri ta’ oppożizzjoni, appell jew kassazzjoni, li huma rimedji legali. B’hekk, tilwima dwar l-infurzar tirrigwarda biss il-kwistjoni ta’ l-infurzar. L-azzjoni prinċipali la darba tkun ingħatat sentenza ma tiġix ittrattata mill-ġdid.

Ġeneralment, tilwim dwar l-infurzar jiġi ttrattat permezz ta’ proċeduri interlokutorji. Il-qorti jista’, per eżempju, jissospendi l-eżekuzzjoni għal ċertu żmien jew jirrevoka l-qbid.

Qorti kompetenti

Il-qorti ta’ l-ewwel istanza (de arrondissementsrechtbank) għandu ġurisdizzjoni fuq it-tilwim dwar l-infurzar kollu, ikun liema jkun l-imħallef li ta s-sentenza li għandha tiġi nfurzata. Il-qorti huwa kompetenti anki jekk il-qorti ta’ l-appell jew il-Qorti Suprema tkun tat is-sentenza.

Ġurisdizzjoni territorjali. Il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali hija jew il-qorti li hija assenjata l-kompetenza skond ir-regoli ġenerali tal-liġi dwar il-ġurisdizzjoni jew il-qorti fil-ġurisdizzjoni territorjali fejn il-qbid ikun sar jew ikun sejjer isir, jew il-qorti fil-ġurisdizzjoni territorjali fejn tkun qiegħda l-proprjetà kkonċernata, jew il-qorti fil-ġurisdizzjoni territorjali fejn isir l-infurzar. Għandu dejjem jinstab qorti Olandiż kompetenti għal kull azzjoni ta’ infurzar li titwettaq fl-Olanda.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit