Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Latvja

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’ifisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ titolu jew deċiżjoni infurzabbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ infurzar 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ infurzar? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi miżura bħal din? 4.

 

1. X’ifisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-infurzar huwa stadju fil-proċeduri ċivili fejn marixxalli tal-qorti jinfurzaw deċiżjoni tal-qrati, ta' istituzzjonijiet oħra jew ta' uffiċjali jekk debitur (intimat) jonqos milli jikkonforma volontarjament ma' din id-deċiżjoni fiż-żmien stabbilit fil-leġiżlazzjoni jew mill-qorti.

Ara Il-professjonijiet legali - il-Latvja dwar il-miżuri ta' infurzar li marixxall tal-qorti huwa intitolat li japplika.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ titolu jew deċiżjoni infurzabbli?

2.1. Il-proċedura

Deċiżjonijiet ġudizzjarji u ekstra-ġudizzjarji huma infurzabbli wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, barra fejn il-leġiżlazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-qorti jipprovdu għall-infurzar immedjat tagħhom. Il-marixxalli tal-qorti huma intitolati li jibdew proċeduri ta' infurzar fuq il-bażi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn id-dokumenti ta' infurzar li ġejjin:

  1. ordni ta' infurzar maħruġ f'kawżi ċivili jew amministrattivi fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-qorti jew deċiżjoni ta' l-imħallef, jew f'kawżi kriminali fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-qorti li tapprova ftehim, deċiżjoni ta' qorti permanenti ta' l-arbitraġġ, deċiżjoni tal-kummissjoni tat-tilwim industrijali, jew deċiżjoni ta' qorti barranija jew qorti ta' l-arbitraġġ barranija;
  2. deċiżjoni minn istituzzjoni jew uffiċjal f'kawżi ta' ksur amministrattiv;
  3. ordni ta' eżekuzzjoni maħruġa fuq il-bażi ta' att amministrattiv (l-Artikolu 539(2)(2) ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili;
  4. deċiżjoni minn imħallef dwar l-infurzar mhux ikkontestat ta' obbligazzjonijiet, l-infurzar ta' obligazzjonijiet taħt proċeduri kawtelatorji, jew il-bejgħ volontarju ta' proprjetà immobbli bis-subbasta;
  5. deċiżjoni tal-qorti dwar l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet proċedurali - multi;
  6. kont maħruġ minn nutar, avukat jew marixxall;
  7. Ordni Ewropew ta' Infurzar maħruġ minn qorti barranija jew minn awtorità kompetenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati;
  8. ċertifikat maħruġ minn qorti barranija jew minn awtorità kompetenti taħt l-Artikoli 41(1) u 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003;
  9. deċiżjoni minn awtorità kompetenti dwar l-infurzar ta' sanzjonijiet imposti minn organizzazzjoni internazzjonali.

Ordni ta' infurzar huwa maħruġ fuq talba lill-uffiċjal ta' l-infurzar mill-qorti li tisma' l-kawża f'dak iż-żmien. Biex jinbeda l-infurzar ta' deċiżjoni l-ordni ta' infurzar mogħti lill-uffiċjal ta' l-infurzar jew rappreżentant għandu jiġi sottomess lil marixxall tal-qorti flimkien ma' ittra ta' applikazzjoni.

FuqFuq

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili l-marixxalli tal-qorti huma responsabbli għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti li ġejjin:

  1. id-deċiżjonijiet tal-qorti u d-deċiżjonijiet ta' l-imħallfin fil-kawżi ċivili u fil-kawżi amministrattivi;
  2. id-deċiżjonijiet tal-qorti fil-kawżi kriminali relatati ma' l-irkupru ta' proprjetà;
  3. deċiżjonijiet ta' l-imħallfin jew tal-qorti f'kawżi ta' ksur amministrattiv relatati ma' l-irkupru ta' proprjetà;
  4. deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-approvazzjoni ta' riżolvimenti;
  5. deċiżjonijiet tal-qrati ta' l-arbitraġġ;
  6. deċiżjonijiet tal-qrati barranin u qrati barranin ta' l-arbitraġġ f'kawżi speċifikati taħt il-leġiżlazzjoni;
  7. deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet proċedurali - il-multi;
  8. deċiżjonijiet tal-kummissjoni tat-tilwim industrijali.

Barra fejn ikun speċifikat mod ieħor taħt il-leġiżlazzjoni dawn li ġejjin huma wkoll soġġetti għal proċeduri għall-infurzar ta' deċiżjonijiet tal-qorti:

  1. deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet u mill-uffiċjali f'kawżi ta' ksur amministrattiv fejn ikun speċifikat taħt il-leġiżlazzjoni;
  2. atti amministrattivi relatati mal-pagamenti maħruġa mill-awtoritajiet u mill-uffiċjali mogħtija l-poteri mill-Istat;
  3. deċiżjonijiet minn persuni kollegati ma' l-istruttura legali (in-nutara, l-avukati, il-marixxalli) dwar ir-remunerazzjoni professjonali, ir-remunerazzjoni għall-għajnuna legali pprovduta u r-rimborż għall-ispejjeż relatati mas-servizzi pprovduti, u t-tariffi ta' l-Istat.

3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ infurzar

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar?

Il-marixxalli tal-qorti huma intitolati li jieħdu azzjoni ta’ infurzar kontra proprjetà mobbli tad-debitur – inkluż kwalunkwe proprjetà depożitata ma’ persuni oħra – u assi intanġibbli, kontra flus dovuti lid-debitur minn persuni oħra (remunerazzjoni għal xogħol, pagamenti ekwivalenti, id-dħul ieħor tad-debitur, investimenti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu) u kontra proprjetà immobbli. Ċerti assi speċifikati fil-leġiżlazzjoni u oġġetti li jappartjenu kompletament jew parzjalment lid-debitur mhumiex soġġetti għal azzjoni ta’ infurzar taħt l-ordnijiet ta’ infurzar (per eżempju oġġetti u tagħmir tad-dar, ħwejjeġ, ikel, kotba, strumenti u għodda meħtieġa mid-debitur għax-xogħol tiegħu ta’ kuljum sabiex jaqla’ l-għajxien eċċ.).

FuqFuq

3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ infurzar?

Meta tittieħed azzjoni ta’ infurzar kontra assi mobbli, proprjetà immobbli jew dħul tad-debitur id-debitur ma jibqax intitolat li juża dawn kif irid.

Fejn il-kondizzjonijiet jew l-ordnijiet tal-marixxall jiġu osservati l-marixxall ilesti att u jissottomettih lill-qorti għal deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà. Il-qorti tista’ timponi multa fuq il-partijiet li jkollhom tort -- sa LVL250 fil-każ ta’ persuna naturali, jew sa LVL 500 fil-każ ta’ uffiċjal.

Jekk il-marixxall jiltaqa’ ma’ kwalunkwe reżistenza meta jieħu azzjoni ta’ infurzar jista’ jsejjaħ il-pulizija biex jassistuh.

Jekk debitur jonqos milli jidher quddiem marixxall b’konformità ma’ taħrika, jew jirrifjuta li joffri spjegazzjonijiet jew informazzjoni meħtieġa legalment, il-marixxall huwa intitolat li jressaq il-kwistjoni l-qorti għal deċiżjoni fuq ir-responsabbiltà ta’ din il-persuna. Il-qorti tista’ tadotta deċiżjoni biex tisforza lid-debitur li jidher, u biex timponi multa sa LVL 100. Jekk jirriżulta li debitur ikun ipprovda informazzjoni falza intenzjonalment il-marixxall jista’ jressaq il-kwistjoni l-qorti għal deċiżjoni dwar il-bidu ta’ proċeduri ta’ ksur amministrattiv jew proċeduri kriminali.

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Dokument ta’ infurzar jista’ jiġi sottomess għall-infurzar fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ l-imħallef sakemm ma jkunux speċifikati perjodi oħra fl-atti regolatorji. Jekk deċiżjoni tal-qorti timponi ħlas bin-nifs id-dokument ta’ infurzar jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu kollu li matulu l-ħlasijiet huma dovuti u l-perjodu ta’ 10 snin jibda mid-data finali ta’ kull ħlas.

4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi miżura bħal din?

Fuq rikors ta’ parti fil-kawża u meta jitqies l-istatus patrimonjali jew ċirkostanzi oħra tal-partijiet involuti, il-qorti responsabbli għas-smigħ ta’ kawża partikolari hija intitolata li tadotta deċiżjoni li tipposponi l-infurzar ta’ deċiżjoni, li taqsam l-infurzar fi ħlas bin-nifs, jew li temenda l-forma jew il-proċedura li biha tiġi infurzata d-deċiżjoni. Ilment anċillari relatat ma’ deċiżjoni tal-qorti li tipposponi l-infurzar ta’ deċiżjoni, li taqsam l-infurzar tad-deċiżjoni fi ħlasijiet bin-nifs jew li temenda l-forma jew il-proċedura li biha tiġi infurzata jista’ jitressaq quddiem qorti superjuri fi żmien għaxart ijiem. Fejn iċ-ċirkostanzi jfixklu jew jipprevjenu l-infurzar ta’ deċiżjoni tal-qorti l-marixxall huwa intitolat ukoll li jissottometti lill-qorti responsabbli għad-deċiżjoni proposta biex tipposponi l-infurzar ta’ deċiżjoni, li taqsam l-infurzar tad-deċiżjoni fi ħlas bin-nifs jew li temenda l-forma jew il-proċedura li biha tiġi infurzata.

Marixxall jista’ jipposponi l-infurzar fuq il-bażi ta’ rikors minn uffiċjal ta’ l-infurzar jew deċiżjoni tal-qorti jew ta’ l-imħallef biex l-azzjoni ta’ l-infurzar tiġi posposta jew il-bejgħ tal-proprjetà jiġi sospiż, jew deċiżjoni tal-qorti biex l-infurzar jiġi pospost jew jinqasam fi ħlasijiet bin-nifs.

Aktar tagħrif

  • www.tm.gov.lv English - latviešu valoda
  • www.lzti.lv latviešu valoda
  • www.tiesas.lv latviešu valoda

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit