Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 28-12-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara dansk - ελληνικά - English - español - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska

"Nixtieq neżegwixxi sentenza fi Stat li mhux membru ta’ l-Unjoni Ewropea.”

Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali huma mqabbda f’xogħol li qed jimxi b’mod parallel mas-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Hemm ukoll konvenzjonijiet bilaterali bejn l-Istati membri u pajjiżi mhux membri.

Ftehim multilaterali

L-għan tal-Konvenzjoni tas-16 ta’ Settembru 1988 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ("il-Konvenzjoni ta’ Lugano” li tinvolvi l-Istati Membri u l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Polonja) huwa biex ikunu estiżi r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Istati ta’ l-EFTA flimkien mal-Polonja ir-regoli fil-Konvenzjoni ta’ Brussels tas-27 ta’ Settembru 1968, li japplikaw bejn l-Istati Membri. Hemm abbozz għall-konvenzjoni ġdida li testendi r-Regolament ta’ Brussell I – ir-Regolament (KE) Nru. 44/2001 – li ħa post il-Konvenzjoni ta’ Brussell għar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Istati ta’ Lugano.

Konvenzjonijiet oħra internazzjonali ppreparati f’dan il-kuntest għadhom ma ġewx fis-seħħ. Dan huwa l-każ tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja English - français konkluża fl-1 ta’ Frar 1971 fuq il-Ġurisdizzjoni u l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, li għadha mhix rratifikata minn numru suffiċjenti ta’ Stati . Hemm ukoll abbozz għal konvenzjoni dinjija fuq il-ġurisdizzjoni u l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, li qed ikun nnegozjat bħalissa fil-Konferenza ta’ l-Aja fuq il-Liġi Internazzjonali Privata.

L-eżekuzzjoni ta’ sentenza titqies bħal parti integrali tad-dritt fondamentali tal-bniedem għal smigħ xieraq fi żmien raġonevoli, skond l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea Deutsch - English - français - italiano fuq id-Drittijiet tal-Bniedem. F’dan il-kuntest il-Kunsill ta’ l-Ewropa adotta Riżoluzzjoni English - français fl-2001 fuq il-metodu Ġenerali u l-mezzi biex ikun hemm eżekuzzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Qed tkun ppreparata wkoll rakkomandazzjoni, biex tiddetermina regoli komuni Ewropej u l-prinċipji dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni u l-marixxalli (bailiffs).

FuqFuq

Konvenzjonijiet bilaterali

Ċerti Stati Membri kkonkludew konvenzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi li m'humiex membri fuq l-għarfien u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi barranin. Mur fil-paġni tal-pajjiż billi tikklikja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri.

Dokumenti ta’ riferenza

  • Konvenzjoni 88/592/KEE fuq il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Lugano, is-16 ta’ Settembru 1988
  • Konvenzjoni ta’ Brussell 1968 fuq il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (verżjoni kkonsolidata)
  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 44/2001 tat-22 ta' Diċembru, 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qorti f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
  • Abbozz ta’ konvenzjoni fuq il-Ġurisdizzjoni u l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi Barranin f’Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali (il-Konferenza ta’ l-Aja fuq il-Liġi Internazzjonali Privata ) English - français
  • Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali (Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Riżoluzzjoni English - français Nru. 3 fuq il-metodu Ġenerali u l-mezzi biex ikun hemm eżekuzzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji (Kunsill ta’ l-Ewropa, l-24 Konferenza tal-Ministri tal-Ġustizzja Ewropej (Moska, Ottubru 2001)

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-12-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit