Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Ungerija

L-aħħar aġġornament: 24-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Ungerija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X'inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titolu jew deċiżjoni infurzabbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta' l-infurzar 3.
3.1. X'tipi ta' assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar? 3.1.
3.2. X'inhuma l-effetti ta' miżuri ta' l-infurzar? 3.2.
3.3. Kemm idumu validi tali miżuri? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta' appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi tali miżura? 4.

 

1. Xi jfisser l-infurzar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

Jekk jogħġbok iddefinixxi t-terminu ‘infurzar’

L-infurzar hija proċedura ċivili mhux litiġjuża li permezz tagħha l-istat jeżerċita l-eżekuzzjoni ta' l-obbligi inklużi f'deċiżjonijiet tal-qorti u f’dokumenti oħra definiti mil-liġi billi japplika miżuri ta' sfurzar.

Jekk jogħġbok agħti sommarju tal-miżuri ta’ l-infurzar li jistgħu jġegħlu lill-konvenut jagħmel xi ħaġa, jżomm lura milli jagħmel xi ħaġa, jew li jesegwixxi l-ħlas

Il-miżuri ta' koerzjoni jillimitaw parzjalment id-drittijiet ta' proprjetà tad-debituri u parzjalment id-drittijiet personali tagħhom; il-miżuri ta' sfurzar kontra proprjetà jistgħu jittieħdu mill-qrati u mill-marixxalli, filwaqt li l-miżuri ta' sfurzar fil-livell personali jistgħu jkunu applikati mill-pulizija, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-qrati u tal-marixxalli. L-iktar miżuri ta' sfurzar importanti kontra l-proprjetà huma dawn li ġejjin:

  • l-assenjazzjoni tal-paga jew qligħ ieħor,
  • is-sekwestrar u l-bejgħ ta' l-assi personali,
  • il-privazzjoni ta’ somom f’idejn istituzzjonijiet finanzjarji, l-ibblokkar ta' kontijiet bankarji,
  • is-sekwestru ta’ ta' talba tad-debitur kontra terzi persuni,
  • is-sekwestru u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli,
  • l-impożizzjoni ta' multi.

2. X'inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titolu jew deċiżjoni infurzabbli?

2.1. Il-proċedura
Deċiżjonijiet kemm ġudizzjarji u kemm mhux ġudizzjarji jistgħu jkunu nfurzati?

Huma l-iktar id-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jistgħu jkunu eżegwiti permezz ta' l-infurzar bil-qorti. Deċiżjonijiet mhux ġudizzjarji li jistgħu jkunu eżegwiti permezz ta' l-infurzar ġudizzjarju jinkludu d-deċiżjonijiet tad-diversi korpi ġudizzjarji (eż. ordnijiet ta' nutara, id-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet dixxiplinarji) u l-obbligi definiti minn dokumenti pubbliċi (eż. atti notarili). Fl-istess ħin, il-biċċa l-kbira ta' deċiżjonijiet mhux ġudizzjarji jkunu deċiżjonijiet meħuda minn korpi amministrattivi, li jistgħu jkunu eżegwiti permezz ta' l-infurzar amministrattiv.

FuqFuq

Tinħtieġ ordni tal-qorti għall-awtorizzazzjoni ta' l-infurzar?

Skond ir-regoli ġenerali, m'hemmx bżonn ta' ordni formali tal-qorti għall-awtorizzazzjoni ta' l-infurzar; il-qrati jordnaw l-infurzar billi joħorġu dak li huwa magħruf bħala dokument infurzabbli. F'ċerti każijiet, l-infurzar ikun ordnat permezz ta' taħrika ta’ l-eżekuzzjoni bħal, per eżempju, fil-każ ta' ordni għal miżuri dwar l-assikurazzjoni.

Liema qorti hija kompetenti biex tordna l-infurzar?

Skond ir-regoli ġenerali, l-infurzar ikun ordnat mill-qorti ta' l-ewwel istanza li tkun qed taġixxi fil-kawża li tkun il-bażi għall-infurzar. Jekk il-bażi għall-infurzar ma tkunx deċiżjoni tal-qorti imma xi dokument ieħor (eż. att notarili) il-qorti lokali kompetenti hija dik tad-domiċilju jew tas-sede tad-debitur – jew, fin-nuqqas ta' dawn, dik tal-lok ta' l-assi tad-debitur li jkunu soġġetti għall-infurzar – li jkollha d-dritt li tordna l-infurzar. Fuq bażi ta' deċiżjoni ta' qorti barranija, il-qorti lokali li tkun qed topera fil-kwartieri ġenerali tal-qorti tal-kontea kompetenti skond id-domiċilju jew is-sede tad-debitur, jew, fin-nuqqas ta' dawn, il-lok ta' l-assi tad-debitur li jkunu soġġetti għall-infurzar, jew, fil-każ ta' Budapest, il-Qorti Ċentrali Distrettwali ta' Buda, tkun intitolata li tordna l-eżekuzzjoni. Regoli oħra dwar il-kompetenza huma definiti mill-Att LIII ta' l-1994 dwar l-Infurzar ta' Deċiżjonijiet tal-Qorti.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-istatus, il-funzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-poteri ta’ l-aġenti ta’ l-infurzar

Il-miżuri ta' l-infurzar jiġu implimentati mill-marixxalli (marixxalli independenti tal-qorti u marixxalli tal-qorti tal-kontea), li l-miżuri tagħhom jorbtu lil kulhadd; il-marixxalli huma uffiċjali u jwettqu xogħol uffiċjali.

FuqFuq

Għab-bażi tar-regoli ġenerali, klejms tal-liġi ċivili jiġu infurzati minn marixxalli indipendenti tal-qorti. Dawn għandhom status legali indipendenti u jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja biex jingħaqdu ma’ qorti lokali partikolari f'qasam ta' kompetenza partikolari, m'humiex impjegati mill-istat u d-dħul tagħhom jitħallas mill-klijenti bħala rimunerazzjoni għax-xogħol tagħhom.

Il-marixxalli tal-qorti tal-kontea jaġixxu sabiex jiġbru talbiet ġudizzjarji dovuti lill-istat u jkunu impjegati mill-qrati tal-kontea bħala impjegati ġudizzjarji. Il-qasam ta' kompetenza tagħhom ikun l-istess bħal dak tal-qorti tal-kontea li timpjegahom u l-poteri amministrattivi relatati magħhom ikunu f’idejn il-president tal-qorti tal-kontea.

L-applikazzjonijiet għall-infurzar jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' avukat jew xi ħadd ieħor fil-professjoni legali?

L-applikazzjonijiet għall-infurzar jistgħu jkunu ppreżentati lill-qrati f'armonija mar-regoli ġenerali tal-proċeduri ċivili: jistgħu jkunu ppreżentati permezz ta' avukat, għalkemm ir-rappreżentanza legali mhix obbligatorja f'dawn il-proċeduri.

Jekk jogħġbok indika l-iskala ta' l-ispejjeż għat-tipi differenti ta' miżuri ta' l-infurzar

L-ispejjeż li jinqalgħu waqt li jkun qed isir l-infurzar prinċipalment jikkonsistu fid-dritt tal-marrixxall, l-ispejjeż ta' l-infurzar u spejjeż li huma regolati bid-Digriet Numru 14/1994 (IX. 8.) IM tal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar id-Drittijiet għall-Infurzar Ġudizzjarju. Id-drittijiet huma f'armonija ma' l-ammont tatat-talbamonetarja li tista' tinġabar: il-ġbir ta' somma ikbar f'talba monetarja tkun akkumpanjata minn dritt ogħla, filwaqt illi fil-każ ta' l-eżekuzzjoni ta' att determinat, id-drittijiet ikunu kkalkolati skond l-ammont ta' ħin li jkunu jeħtieġu l-attivitajiet tal-marixxall. Il-marixxalli huma ntitolati għar-rimborż ta' l-ispejjez fi flus dokumentati tagħhom, li jirriżultaw in konnessjoni ma’ l-eżekuzzjoni ta' l-infurzar – definiti fid-digriet; barra minn hekk, huma ntitolati li jirċevu 50% tad-dritt tagħhom bħala ħlas b’rata fissa. L-ammont ta’ ħlas għall-infurzar huwa bbażat fuq l-ammont tat-talba miġbura mill-marixxall, filwaqt li fil-każ ta’ l-eżekuzzjoni ta' att determinat, l-ammont tal-ħlas għall-infurzar huwa stabbilit. Allowances għal spejjez, disponibbli fil-kuntest ta' l-għajnuna legali, jiġu applikati wkoll fi proċeduri ta' l-infurzar; konsegwentement, f'każ li jkun ppruvat titolu legali, jkun possibbli li l-parti li tapplika għall-infurzar ma tħallasx l-ispejjeż ta' l-infurzar bil-quddiem u tingħata eżenzjoni mill-ħlas tal-boll tal-qorti li tordna l-infurzar.

FuqFuq

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi
Xi kriterji japplikaw il-qrati għall-awtorizzazzjoni ta' miżuri ta' l-infurzar li jikkonċernaw talbiet?

Il-qrati jawtorizzaw l-infurzar ġudizzjarju jekk ir-riżoluzzjoni li sservi bħala bażi għall-infurzar ikollha saħħa li torbot, tkun finali, jew tkun tista' tkun implimentata preliminarjament u jkun għalaq iż-żmien għat-twettiq dikjarat fiha.

Skond regola speċjali, fil-każ ta' ġbir ta' manteniment għat-tfal, l-infurzar li jikkonċerna pagamenti ta' manteniment għat-tfal li jkunu dovuti għal aktar minn sitt xhur, jista' jkun awtorizzat jekk il-parti li tapplika għall-infurzar tissupponi li l-arretrati ta' manteniment għat-tfal jistgħu jkunu mill-imġieba frawdolenti tad-debitur jew hu/hi tkun naqset li tirrealizza dan għal xi raġuni valida. Waqt li jkun qed isir l-infurzar ta' deċiżjoni minn pajjiż barrani, il-qrati jeżaminaw ukoll jekk ir-realizzazzjoni ta' tali deċiżjoni tkunx permessa mil-liġijiet, t-trattati internazzjonali, r-reċiproċitajiet jew in-normi ta' l-Unjoni Ewropea.

Xi kriterji japplikaw il-qrati għall-awtorizzazzjoni ta' mizuri ta' l-infurzar li jikkonċernaw debituri?

Fir-rigward ta' debituri, il-qrati jikkonsidraw l-informazzjoni provduta mill-parti li tapplika għall-infurzar billi timla l-applikazzjoni uffiċjali għall-infurzar, konsegwentement

  • l-isem tad-debitur u l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tiegħu/tagħha,
  • skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, id-domiċilju tad-debitur, il-post tax-xogħol jew is-sede u s-sit u l-lok ta’ l-assi tiegħu li jikkostitwixxu s-suġġett ta' l-infurzar (il-parti li tapplika għall-infurzar timħtieġ li tipprovdi mill-inqas wieħed minn dawn id-dettalji).

L-awtorizzazzjoni ta' l-infurzar tkun possibbli biss jekk l-informazzjoni dwar id-debitur deskritta hawn fuq tkun għad-dispożizzjoni tal-qorti.

FuqFuq

3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta' l-infurzar

3.1. X'tipi ta' assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar?
Azzjoni ta' infurzar tista' tittieħed kontra l-assi li ġejjin :
  • flus f'kontijiet bankarji, iżda fil-każ ta' persuni privati l-liġi tiżgura eżenzjoni mill-infurzar sa ċertu ammont ta' flus.
  • proprjetà mobbli tanġibbli, imma ebda oġġetti ta' proprjetà li jkunu indispensabbli għall-għixien ma jistgħu jiġu soġġetti għal qbid meta jkunu eżentati mill-infurzar bil-liġi, per eżempju
  • l-ilbies neċessarju,
    • għamara f’ammont ekwivalenti għan-numru ta' membri fil-familja tad-debitur,
    • mediċini meħtieġa minħabba mard tad-debitur, eċċ.
  • proprjetà immobbli (tkun xi tkun in-natura tagħha, qasam ta' l-użu, id-drittijiet u l-projbizzjonijiet imposti fuq tali proprjetà u fatti mniżżla fir-reġistru tal-proprjetà immobbli); iżda kull proprjetà immobbli tkun eżentata mill-infurzar jekk, waqt li tkun qed issir il-proċedura ta' likwidazzjoni, ma tkunx tista' titqies bħala oġġett li jappartjeni lill-proprjetà tad-debitur.
  • Aktar minn dak li hu elenkat hawn fuq, dawn li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti wkoll għall-infurzar: il-paga, il-pensjoni jew qligħ ieħor tad-debitur, (ċerta rata ta' eżenzjoni hija wkoll valida f'dan il-kuntest), ishma tan-negozju, dejn dovut minn terzi u ħwejjeġ oħra bħal dawn.
3.2. X'inhuma l-effetti ta' miżuri ta' l-infurzar?
Debituri li jonqsu milli jikkonformaw ruhhom mar-rekwiżiti ta' l-ordnijiet tal-qorti jistgħu jiddisponu mill-proprjetà tagħhom?

Fil-każ ta' sekwestru ta' proprjetà tanġibbli u kontijiet bankarji, d-debitur ma jkollux aktar dritt li jiddisponi minn proprjetà; f'każ li l-proprjetà sekwestrata tkun ukoll soġġetta għal qbid, hi ma tibqax fil-pussess tad-debitur. Jekk xi immobbli tinqabad, id-debitur jkun jista' jiddisponi mill-immobbli; jista' jittrasferiha fuq isem ħaddieħor, iżda d-dritt ta’ l-infurzar jibqa’ impost fuqha.

FuqFuq

Jiġu imposti sanzjonijiiet fuq debituri li jonqsu milli jikkonformaw ruhhom mal-miżuri?

Il-qorti timponi penali ta' massimu ta' HUF 500,000 fuq debituri li jonqsu milli jeżegwixxu l-obbligu stipulat mil-ligi jew ifixklu l-miżuri ta' l-infurzar bl-imġieba tagħhom.

Jekk, waqt li jkunu qed ikunu eżegwiti l-atti ta' l-infurzar, id-debitur jirreżisti fiżikament, il-marixxall jirrikorri għall-pulizija li tista' tapplika miżuri ta' sfurzar kontra d-debitur.

Jekk id-debitur ifixkel il-proċeduri tal-marixxall b'imġieba attiva (vjolenti), hu/hi j/tista' j/tinżamm responsabbli kriminalment. Id-debitur jikkommetti wkoll reat jekk jirtira oġġetti sekwestrati mill-infurzar, jekk ineħħi s-siġill magħmul waqt li jkun qed isir l-infurzar jew jiftaħ il-post magħluq li jkun qed iservi għall-kustodja ta' l-oġġetti sekwestrati, maqbuda jew ibblokkati (offiża tal-ksur ta' siġill).

X'inhuma l-obbligi tal-banek fir-rigward tal-kxif ta' informazzjoni u l-ibblokkar ta' kontijiet?

Il-banek huma obbligati li jiżvelaw l-informazzjoni dwar id-debitur u l-assi monetarji tiegħu/tagħha meħtieġa mill-marixxall u skond l-ordni tal-marixxall jittrasferixxu is-somma ta' flus indikata mill-kont bankarju tad-debitur lill-marixxall u f'ċerti każijiet jibblokkaw il-kont bankarju. Il-banek jassumu responsabbiltà ċivili biex iwettqu tali miżuri.

X'sanzjonijiet ikunu applikati kontra terzi persuni f'każ li jirrifjutaw li jeżegwixxu miżuri?

Jekk bank jonqos milli jeżegwixxi l-obbligu tiegħu li jiġi mill-infurzar, jista' jkun obbligat iħallas multa u t-talba li ma tkunx inġabret minħabba n-nuqqas tiegħu. Apparti kull persuna oħra obbligata li tipparteċipa fil-proċedura, dak li jimpjega lid-debitur jassumi responsabbiltà simili li jeżegwixxi s-sekwestru tal-qligħ ordnat mill-marixxall.

FuqFuq

3.3. Kemm idumu validi tali miżuri?
Hemm żmien li jagħlaq stabbilit mil-liġi jew definit b’mandat tal-qorti ?

Il-klejms jistgħu jiġu infurzati qabel jgħaddi ż-żmien tal-preskrizzjoni stabbilit mil-liġi ċivili (iż-żmien ġenerali tal-preskrizzjoni huwa ħames snin), dan iż-żmien jibda jgħaddi meta tingħata deċiżjoni finali tal-qorti. Fil-każ ta’ applikazzjoni li tiġi ppreżentata wara li talba tkun preskritta, l-eżekuzzjoni tat-talba ma tistax tkun ordnata u l-proċeduri li jkunu saru qabel ma jistgħux jerġgħu jinbdew. Kull azzjoni ta' infurzar tista' tinterrompi l-preskrizzjoni ta' talba – bl-istess mod tal-proċedura tal-qorti li tkun inbdiet sabiex tkun realizzata t-talba – u l-preskrizzjoni terġa' tibda.

4. Hemm possibbiltà ta' appell kontra deċiżjoni li tikkonċedi tali miżura?

a) L-irtirar tal-karta ta’ l-infurzar u t-tħassir tal-klawsola ta' l-infurzar

Jekk il-qorti tordna l-infurzar billi toħroġ dak li jissejjaħ dokument infurzabbli, ikun possibbli li d-dokument li jista’ jkun infurzat ikun rtirat, jiġifieri l-karta ta’ l-infurzar, jew li titħassar il-klawsola ta' l-infurzar bħala rimedju legali, jekk il-qorti tkun iddikjarat li ma kienx hemm raġuni valida għall-ħruġ tad-dokument infurzabbli.

  • Min jista' jippreżenta talba għall-irtirar tal-karta ta’ l-infurzar u l-kanċellament tal-klawsola ta' l-infurzar?

L-irtirar tal-karta ta’ l-infurzar u t-tħassir tal-klawsola ta' l-infurzar jistgħu jintalbu mid-debitur, l-applikant għall-infurzar, jew jistgħu jkunu ordnati mill-qorti ex officio

FuqFuq

  • Lil liema qorti kompetenti jistgħu jkunu ppreżentati t-talbiet?

It-talbiet iridu jkunu ppreżentati lill-qorti li tkun ordnat l-infurzar.

  • Kemm hemm żmien biex ikunu ppreżentati t-talbiet?

M’hemmx żmien stabbilit għall-preżentata ta' talbiet; jistgħu jkunu ppreżentati f'kull żmien.

  • X'inhi l-konsegwenza tat-talbiet?

Jekk il-qorti tilqa' t-talba, toħroġ mandat biex tordna l-irtirar tal-karta ta’ l-infurzar u t-tħassir tal-klawsola ta' l-infurzar; il-parti tkun intitolata li tippreżenta appell kontra l-mandat.

b) Appell kontra ordni għall-infurzar

F'każijiet fejn l-awtorizzazzjoni għall-infurzar isseħħ permezz ta' mandat formali, jista' jkun ppreżentat appell kontra tali mandat.

  • Min jista' jikkontesta d-deċiżjoni?

L-appelli jistgħu jkunu ppreżentati mid-debitur jew l-applikant għall-infurzar.

  • Lil liema qorti kompetenti jistgħu jkunu ppreżentati l-appelli?

L-appelli jridu jkunu ppreżentati lill-qorti li tkun ordnat l-infurzar u jkunu indirizzati lill-qorti tat-tieni istanza. Il-qorti ta' l-appell hija kompetenti biex tikkonsidra l-appelli.

  • Kemm hemm żmien biex ikunu ppreżentati l-appelli?

Iż-żmien biex ikunu ppreżentati l-appelli huwa sa ħmistax-il gurnata mill-ħruġ tal-mandat.

  • X'inhi l-konsegwenza ta' l-appelli?

Jekk il-mandat tal-qorti li jordna l-infurzar huwa sostanzjalment tajjeb, il-qorti ta' l-appell tapprovah, filwaqt li f'każ differenti il-qorti tbiddlu. F'każ ta' ksur tar-regoli tal-proċedura, il-qorti ta' l-appell tannulla l-mandat u tidderiġi lill-qorti li tkun ordnat l-infurzar biex tagħti deċiżjoni oħra.

FuqFuq

c) Appell kontra l-mandat li jiċhad il-ħruġ ta' dokument li jista’ jkun infurzat
  • Min jista' jikkontesta d-deċiżjoni?

L-applikant għall-infurzar jista' jippreżenta appell kontra l-mandat li jiċħad il-ħruġ ta' dokument infurzabbli.

  • Lil liema qorti kompetenti jistgħu jkunu ppreżentati l-appelli?

L-appelli jridu jkunu ppreżentati lill-qorti li tkun ordnat l-infurzar u jkunu indirizzati lill-qorti ta' l-appell. Il-qorti ta' l-appell hija kompetenti biex tikkonsidra l-appelli.

  • Kemm hemm żmien biex ikunu ppreżentati l-appelli?

Iż-żmien biex ikunu ppreżentati l-appelli huwa sa ħmistax-il gurnata mill-ħruġ tat-taħrika.

  • X'inhi l-konsegwenza ta' l-appelli?

Jekk il-mandat tal-qorti li jordna l-infurzar ikun sostanzjalment tajjeb, il-qorti ta' l-appell tapprovah, filwaqt li f'każ differenti l-qorti tbiddlu. F'każ ta' ksur tar-regoli tal-proċedura, il-qorti ta' l-appell tannulla l-mandat u tidderiġi lill-qorti li tkun ordnat l-infurzar biex tagħti deċiżjoni oħra.

Wara li jkun ordnat l-infurzar, il-marixxal jeżegwixxi miżuri ta' sfurzar b'mod indipendenti, l-ebda awtorizzazzjoni tal-qorti ma tkun neċessarja biex iwettaq dawn l-azzjonijiet. Hemm raġuni għal rimedju legali speċjali, dik li tissejjaħ oġġezzjoni għall-infurzar; din tkun ippreżentata lill-qorti mid-debitur, l-applikant għall-infurzar jew xi parti oħra interessata. Oġġezzjonijiet għall-infurzar iridu jkunu ppreżentati fi żmien 15-il ġurnata mill-miżuri tal-marixxall. Jekk l-applikant ikun sar jaf b’tali miżuri aktar tard jew kien ostakolat milli jippreżenta oġġezzjoni għall-infurzar għal aktar minn 15-il ġurnata mill-miżuri tal-marixxall, iż-żmien għall-preżentata ta’ oġġezzjoni għall-infurzar għandu jkun ikkalkolat mid-data meta li sar jaf dwar tali miżuri, jew it-tneħħija ta’ l-ostakolu. Wara sitt xhur mill-miżuri, l-ebda oġġezzjonijiet għall-infurzar ma jistgħu jkunu ppreżentati. Fuq il-bażi ta’ l-oġġezzjoni li tkun laqgħet, il-qorti tannulla l-miżura li tikser il-liġi, f’każ ta’ nuqqas tal-marixxall, tordna lill-marixxal jeżegwixxi l-miżura, f’każ divers il-qorti tiċħad l-oġġezzjoni.

B’żieda mal-forom ta’ rimedju legali t’hawn fuq, huwa possibbli wkoll li l-infurzar ikun terminat. L-infurzar ikun terminat b’mandat tal-qorti, jekk jintalab mill-applikant għall-infurzar u tali azzjoni tkun bla ħsara għad-drittijiet ta’ xi parti oħra u ma tkunx stipulata minn liġi oħra. L-infurzar ikun terminat, per eżempju, jekk id-debitur iħallas il-klejm. L-infurzar ikun terminat b’mandat tal-qorti anki jekk ikun iddikjarat, fuq bażi ta’ dokument iċċertifikat minn nutar li deċiżjoni finali tkun annullat l-ordni li kellha tkun esegwita.

Fil-proċedura ta’ l-infurzar, ikun possibbli wkoll għal terza persuna li tagħmel talba fuq xi oġġett ta’ proprjetà sekwestrat waqt li jkun qed isir l-infurzar, fuq bażi tad-dritt ta’ proprjetà tiegħu/tagħha, jew xi dritt ieħor li jfixkel il-bejgħ waqt l-infurzar, li tagħti bidu għal dik li tissejjaħ talba ta’ eżenzjoni kontra l-applikant għall-infurzar sabiex tneħħi s-sekwestru ta’ l-oġġett ta’ proprjetà partikolari. Jekk il-qorti tilqa’ din it-talba għall-eżenzjoni, tneħħi s-sekwestru ta’ l-oġġett ta’ proprjetà miltuba. Jekk l-oġġett ta’ proprjetà jkun diġà nbigħ, il-parti li tirbaħ trid tingħata somma flus ekwivalenti għall-prezz tal-bejgħ.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Ungerija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 24-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit