Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Greċja

L-aħħar aġġornament: 30-10-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jinħareġ titolu eżegwibbli jew tista’ tinħareġ deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri eżekuttivi? 3.
3.1. X’inhuma l-effetti tal-miżuri eżekuttivi? 3.1.
3.2. X’inhi l-validità ta’ tali miżuri? 3.2.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell mid-deċiżjoni li tagħti tali miżura? 4.

 

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-eżekuzzjoni hija azzjoni sabiex, bl-għajnuna ta' l-awtoritajiet pubbliċi, tiġi infurzata pretensjoni sostantiva inkorporata f'titolu eżegwibbli. Il-mezzi li ġejjin jintużaw għall-eżekuzzjoni:

  • it-tneħħija ta' merkanzija bl-użu tal-forza
  • it-tkeċċija minn proprjetà immobbli bl-użu tal-forza
  • sekwestru
  • ħabs
  • multi
  • amministrazzjoni obbligatorja
  • dikjarazzjonijiet li jkun meħtieġ li jsiru taħt ġurament.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jinħareġ titolu eżegwibbli jew tista’ tinħareġ deċiżjoni eżegwibbli?

Titolu eżegwibbli huwa dokument pubbliku li jiċċertifika l-pretensjoni u jagħti lir-rikorrent id-dritt li jitlob li d-debitur ikun konformi mal-kontenut tat-titolu eżegwibbli. L-elementi meħtieġa huma l-eżistenza tat-titolu u l-validità tal-pretensjoni.

2.1. Il-proċedura

L-eżekuzzjoni titqies bħala parti mill-aġġudikazzjoni aktar milli bħala kwistjoni ta' amministrazzjoni; l-għan tagħha huwa li tipprovdi protezzjoni legali. L-applikazzjonijiet indirizzati lill-uffiċjali eżekuttivi u kull att eżekuttiv huma atti proċedurali. Il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti għall-fini ta' eżekuzzjoni huma kif ġej:

  • il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza ta' l-aġenti eżekuttivi
  • l-istatus bħala individwu li jibda l-proċeduri
  • il-kapaċità li jinbdew il-proċeduri
  • il-kapaċità li wieħed jaġixxi f'isem il-klijent
  • l-eżistenza ta' interess leġittimu
  • il-kapaċità li wieħed itella' lil xiħadd il-qorti u li jittella' l-qorti
  • l-eżistenza ta' titolu eżegwibbli
  • l-eżistenza ta' pretensjoni li tista' tiġi ssodisfata permezz ta' eżekuzzjoni.

Huwa possibbli li jiġu eżegwiti kemm deċiżjonijiet ġuridiċi kif ukoll deċiżjonijiet mhux ġuridiċi. Mhux dejjem ikun meħtieġ li ssir applikazzjoni għal ordni tal-qorti sabiex tkun awtorizzata l-eżekuzzjoni. Dawn li ġejjin huma titolu eżegwibbli:

FuqFuq

  • id-deċiżjonijiet finali tal-qrati Griegi
  • id-deċiżjonijiet tal-qrati Griegi li ġew iddikjarati bħala provviżorjament eżegwibbli
  • id-deċiżjonijiet ta' arbitraġġ
  • ir-rekords tal-qrati Giregi li jinkludu ħlas jew determinazzjoni ta' l-ispejjeż tal-qorti
  • l-atti notarili
  • l-ordnijiet ta' ħlas magħmula minn imħallfin Griegi
  • ordnijiet għat-tkeċċija tal-kerrejja
  • titoli barranin li ġew iddikjarati eżegwibbli
  • ordnijiet u atti li ġew iddikjarati mil-liġi bħala titoli eżegwibbli.

L-uffiċjali eżekuttivi huma maqsuma f'uffiċjali eżekuttivi diretti u f'uffiċjali eżekuttivi indiretti. L-uffiċjali diretti jinħatru mill-kreditur li qed jagħmel it-talba. Dawn ikunu a) marixxalli, li huma uffiċjali pubbliċi mingħajr salarju bl-awtorità li jieħdu azzjoni ħalli jissekwestraw oġġetti li qegħdin fil-pussess tad-debitur, jissekwestraw proprjetà, bastimenti jew inġenji ta' l-ajru li jappartjenu lid-debitur, jagħmlu eżekuzzjoni diretta, jarrestaw lid-debituri li ġie ordnat li jintefgħu l-ħabs u jippreparaw l-irkantijiet, b) nutara, jew imħallfin tat-talbiet iż-żgħar li jissostitwuhom, li għandhom l-awtorità li jwettqu l-irkant volontarju jew obbligatorju ta' l-assi tad-debitur li ġew issekwestrati u li jqassmu l-qligħ billi jagħmlu lista ta' klassifikazzjoni. L-uffiċjali indiretti huma l-pulizija, il-forzi armati u x-xhieda tal-marixxall li jikkollaboraw meta tkun offruta jew mhedda reżistenza għall-eżekuzzjoni. Dawn l-uffiċjali kollha huma responsabbli għal kwalunkwe ksur kolpevoli ta' l-obbligi tagħhom fit-twettiq ta' dmirijiethom.

L-ordni eżekuttiv innifsu jinħareġ mill-persuna li jkollha d-dritt li twettqu, jiġifieri, ir-rikorrent, jew mir-rappreżentant tiegħu, li jista' jkun imma mhemmx għalfejn ikun avukat. L-ispejjeż bażiċi ta' l-eżekuzzjoni huma kif ġej:

FuqFuq

  • il-ħlas tal-marixxal għas-sekwestru għal pretensjonijiet ta' mhux aktar minn EUR 587: EUR 44, għal pretensjonijiet ta' bejn EUR 589.87 u 5 869.40: 2.5%; u għal pretensjonijiet ta' EUR 5 872.34 jew aktar: 1% (b'limitu massimu ta' EUR 352) għal kull proprjetà, bastiment jew inġenju ta' l-ajru sekwestrat;
  • il-ħlas tal-marixxal għall-preparazzjoni ta' kull programm ta' l-irkant jew ta' l-irkant ripetut jew ta' kull sommarju ta' rapport ta' sekwestru għal pretensjonijiet ta' mhux aktar minn EUR 587: EUR 44; għal pretensjonijiet ta' bejn EUR 589.87 u 5 869.40: 2 %; u għal pretensjonijiet ta' EUR 5 872.34 jew aktar: 1% (b'limitu massimu ta' EUR 176);
  • il-ħlas ta' l-irkantatur: EUR 25;
  • il-ħlas tal-marixxal għal kwalunkwe att ieħor ta' eżekuzzjoni: bejn EUR 175 u 295, skond il-ftehim bejn il-marixxal u l-klijent tiegħu;
  • il-ħlas tax-xhud tal-marixxal: EUR 22 kull wieħed;
  • jekk l-eżekuzzjoni tiġi kkanċellata, il-ħlasijiet tal-marixxal jitnaqqsu b'50%;
  • EUR 0.30 għal kull kilometru li l-marixxal u x-xhieda jeħtieġ li jivjaġġaw mill-post fejn ikunu bbażati sabiex iwettqu kwalunkwe att;
  • ħlas speċjali tal-marixxal jiddependi mill-grad ta' kumplessità ta' l-eżekuzzjoni: skond il-ftehim bejn il-marixxal u l-klijent tiegħu (dan qatt ma jitħallas mid-debitur).
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Il-kundizzjonijiet sostantivi għall-eżekuzzjoni huma:

  • l-eżistenza ta’ interess leġittimu, jiġifieri l-ħtieġa għall-att ta’ eżekuzzjoni u għall-protezzjoni legali li jipprovdi; u
  • il-validità tal-pretensjoni.

Il-fini tal-liġi ta’ l-eżekuzzjoni huwa li fiċ-ċirkostanzi tibbilanċja l-interessi kunfliġġenti bejn il-kredituri fuq in-naħa l-waħda u d-debituri jew partijiet terzi fuq l-oħra. Il-kriterji li japplikaw il-qrati sabiex jagħtu miżura eżekuttiva huma:

FuqFuq

  • is-sodisfazzjoni rapida tal-kredituri bi ftit spejjeż;
  • il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ personalità tad-debitur u, b’mod ġenerali, ta’ l-interessi leġittimi;
  • il-koinċidenza ta’ l-interessi tal-kreditur u tad-debitur rigward il-ħtieġa li fl-irkant jinkiseb l-aħjar prezz possibbli;
  • il-protezzjoni ta’ l-interessi tal-partijiet terzi.

3. L-għan u n-natura tal-miżuri eżekuttivi?

Il-miżuri eżekuttivi jistgħu jkunu mmirati lejn il-proprjetà tad-debitur u/jew lejn id-debitur innifsu. Il-miżuri eżekuttivi huma atti materjali min-naħa ta’ uffiċjali li ngħataw l-awtorità għal dan il-fini; jirriżultaw direttament jew indirettament fis-sodisfazzjoni tal-pretensjonijiet bl-eżekuzzjoni min-naħa ta’ l-Istat. Tista’ titteħed azzjoni eżekuttiva fir-rigward ta’ l-assi li ġejjin:

  • proprjetà mobbli f’idejn id-debitur jew f’idejn il-kreditur jew f’idejn parti terza li lesta tgħaddiha;
  • id-drittijiet ta’ proprjetà tad-debitur għall-oġġetti ta’ parti terza;
  • flus;
  • il-pretensjonijiet pekunjarji fil-konfront ta’ partijiet terzi miżmuma mill-persuna suġġetta għall-eżekuzzjoni;
  • il-proprjetà immobbli li tappartjeni lid-debitur jew id-dritt ta’ proprjetà tad-debitur;
  • il-bastimenti;
  • l-inġenji ta’ l-ajru;
  • id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali, il-brevetti, id-drittijiet ċinematografiċi.

Ma tistax tittieħed azzjoni eżekuttiva fil-konfront ta’ dawn li ġejjin:

FuqFuq

  • l-oġġetti personali tad-debitur u tal-familja tiegħu;
  • l-ikel u l-fjuwil meħtieġa mid-debitur u mill-familja tiegħu;
  • midalji, memorabilia, manuskritti, korrispondenza, rekords tal-familja u kotba tan-negozju;
  • kotba, strumenti mużikali, xogħlijiet artistiċi;
  • għodod, makkinarju, kotba jew oġġetti oħra meħtieġa mill-persuni li jaħdmu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom;
  • merkanzija li titħassar;
  • ishma fi sħubijiet;
  • talbiet statutarji għal manteniment;
  • salarju, pensjoni jew klejms ta’ l-assigurazzjoni.
3.1. X’inhuma l-effetti tal-miżuri eżekuttivi?

Id-debitur irid jikkonforma mad-deċiżjoni li tordna l-miżura eżekuttiva, l-istess kif iridu jagħmlu l-partijiet terzi kollha. Jekk waqt l-eżekuzzjoni tkun offruta reżistenza, il-marixxal jista’ jilqa’ għaliha bil-forza u, fl-istess ħin, isejjaħ lill-awtorità responsabbli biex iżżomm l-ordni. Il-marixxall jista’ jirrekluta żewġ xhieda adulti jew marixxal ieħor. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità min-naħa tad-debitur:

  • jekk id-debitur jonqos milli jonora l-obbligu tiegħu li jwettaq azzjoni li tista’ ssir anki minn terza persuna, il-kreditur għandu d-dritt li jagħmel l-azzjoni a spejjeż tad-debitur;
  • jekk id-debitur jonqos milli jonora l-obbligu tiegħu li jwettaq azzjoni li ma tistax titwettaq minn terza persuna u tiddependi biss minn jekk hux lest jew le li jwettaqha, il-qorti se tordnalu jwettaq l-azzjoni u, jekk ma jwettaqhiex, se tikkundannah iħallas multa għall-benefiċċju tal-kreditur, u għal sentenza ta’ ħabs;
  • jekk id-debitur ikun obbligat li jżomm lura minn jew li jaċċetta xi azzjoni, il-qorti tista’ tagħmel kwalunkwe ksur suġġett għal multa għall-benefiċċju tal-kreditur u għal ħabs.

L-ebda wieħed mill-każi li ssemmew aktar ’il fuq ma jaffetwa d-dritt tal-kreditur li jitlob kumpens provdut skond il-liġi sostantiva għat-telf li sostna minħabba n-nuqqas ta’ konformità tad-debitur. Fil-prinċipju huwa possibbli li d-debitur ibigħ assi; madanakollu, jekk jiġi sekwestrat, il-bejgħ jiġi pprojbit u jkun null fil-konfront tal-persuna li ġiegħlitu jkun issekwestrat u fil-konfront tal-kredituri li ressqu l-pretensjonijiet tagħhom.

FuqFuq

Jekk l-eżekuzzjoni tkun diretta lejn il-kontijiet bankarji tad-debitur, il-bank mhux obbligat li jiżvela d-dettalji eżatti tagħhom lil min qed jagħmel it-talba; jekk, madankollu, bank jiġi notifikat b’dokument li jissekwestra l-pretensjonijiet monetarji f’idejn id-debitur, il-bejgħ ta’ l-ammont issekwestrat jiġi pprojbit u jkun null fil-konfront tal-persuna li ġiegħlitha tkun issekwestrata, u l-bank irid jiddikjara fi żmien tmint ijiem min-notifika tad-dokument tas-sekwestru jekk teżistix il-pretensjoni sekwestrata (flus iddepożitati f’kont bankarju) u, jekk tkun biżżejjed biex tissodisfa lill-persuna li ġiegħlitha tkun issekwestrata, irid iħallasha s-somma tal-flus.

3.2. X’inhi l-validità ta’ tali miżuri?

Fil-prinċipju, mhemm l-ebda dispożizzjoni li timponi limiti ta’żmien fuq min jagħmel it-talba; hemm ċerti restrizzjonijiet ta’ żmien, imma dawn huma termini li qabel ma jagħlqu ċerti azzjonijiet ma jistgħux jitwettqu b’mod validu aktar milli limiti ta’ żmien li jorbtu, u ma jistipulawx direttament punt li wara li jgħaddi min jagħmel it-talba ma jkunx aktar jista’ jieħu azzjoni. Id-dispożizzjoni li tgħid li f’ċertu perjodu wara s-sekwestru jew qabel irkant iridu jsiru atti individwali differenti ma tbiddilx il-bażi tas-sistema. Sabiex ikun ipprevenut li l-proċedura tibqa’ tkaxkar b’mod indefinit, hemm sempliċement limitu ta’ żmien aħħari ta’ sena li wara li jgħaddi, fuq il-bażi ta’ l-istess ordni, ma jkunx jista’ jsir sekwestru jew atti oħra, u ma jkunx jista’ jsir irkant fuq il-bażi ta’ sekwestru, li minħabba li dan it-terminu jkun għadda, ikun inqaleb minn deċiżjoni ġudizzjarja.

FuqFuq

4. Hemm possibbiltà ta’ appell mid-deċiżjoni li tagħti tali miżura?

L-uniku rimedju kontra l-proċedura eżekuttiva hija applikazzjoni sabiex tiġi annullata sentenza fil-kontumaċja, li tista’ tiġi ppreżentata mill-persuna li l-eżekuzzjoni kienet diretta kontra tagħha jew minn kwalunkwe kreditur b’interess leġittimu fi żmien 15-il jum mill-att eżekuttiv, jekk ikun relatat mal-validità tat-titolu jew tal-proċeduri ta’ qabel il-kawża; sa l-att finali ta’ l-eżekuzzjoni, jekk ikun relatat mal-validità ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti ta’ eżekuzzjoni, mill-ewwel att sa l-aħħar wieħed; u sitt xhur wara li jkun sar l-aħħar att ta’ eżekuzzjoni, jekk ikun relatat mal-validità ta’ dak l-att. L-applikazzjonijiet sabiex tiġi annullata sentenza fil-kontumaċja jistgħu jiġu ppreżentati wkoll minn parti terza bi dritt għas-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni li ġiet impunjata u li huwa għandu dritt li jiċċitaha kontra l-persuna li fil-konfront tagħha hija diretta l-eżekuzzjoni mingħajr l-ebda terminu speċifiku. Il-qorti b’ġuriżdizzjoni tkun il-qorti li fid-distrett tagħha jinsab il-post ta’ l-eżekuzzjoni, jiġifieri l-imħallef tat-talbiet żgħar jekk it-titolu eżekuttiv jkun deċiżjoni mill-imħallef tat-talbiet iż-żgħar, u l-Qorti tal-Prim’Istanza b’imħallef wieħed fil-każi l-oħra kollha. Il-fatt li ġiet ippreżentata applikazzjoni biex tiġi revokata sentenza fil-kontumaċja ma jissospendix l-eżekuzzjoni; madankollu, is-sospensjoni tal-proċedura eżekuttiva tista’ tkun ordnata b’deċiżjoni tal-qorti fuq it-talba ta’ l-applikant, b’garanzija jew mingħajrha. Din id-deċiżjoni tiġi notifikata lill-uffiċjali eżekuttivi, li ma jistgħu jwettqu l-ebda att eżekuttiv, sakemm fid-deċiżjoni ma jingħatawx permess speċifiku biex jagħmlu dan.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-10-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit