Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 06-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Ġermanja

Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara Deutsch
 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni 3.
3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri ta’ eżekuzzjoni? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri? Hemm perjodu ta’ żmien limitat provdut mil-liġi jew imsemmi fl-ordni tal-qorti? 3.3.
4. Hemm il-possibbilità ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tagħti miżura bħal din? 4.

 

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-eżekuzzjoni hija kunċett proċedurali li tinvolvi l-użu ta’ġegħil pubbliku biex ikun sodisfatt kreditu materjali. Il-poter ta’ eżekuzzjoni huwa ta’ l-Istat biss, li jimpjega monopolju ta' poter sovran eżerċitat permezz tad-diversi korpi tiegħu.

Inventarju ta’ miżuri ta’eżekuzzjoni li jistgħu jġegħlu l-konvenut jagħmel xi ħaġa, ma jagħmilx xi ħaġa jew iħallas xi ħaġa

  • Il-qbid tal-beni
  • Il-qbid ta’ krediti u assi oħrajn (partikolarment dħul mix-xogħol)
  • Stqarrija maħlufa ta’ l-assi
  • Inġunzjoni biex wieħed jaġixxi jew li ma jaġixxix
  • Il-qbid obbligatorju ta’ proprjetà u l-bejgħ f’irkant (subbasta)
  • Ordni ta’ sekwestru u inġunzjoni interlokutorja

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli?

2.1. Il-proċedura
- Huma eżegwibbli kemm id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji?

Iva. Sentenzi finali li huma diġà jew proviżorjament eżegwibbli huma koperti (l-Artikolu 704 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (“ZPO”)) kif inhuma l-istrumenti eżegwibbli l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 794 taż-ZPO; dawn jinkludu mhux biss l-ordnijiet tal-Qorti imma wkoll ftehim ġudizzjarju jew barra mill-qorti u atti nutarili.

- Hemm bżonn ta’ rikors għal ordni tal-qorti li tawtorizza l-eżekuzzjoni?

Hemm bżonn ta’ ordni tal-qorti għall-qbid tal-krediti u l-assi tad-debitur, l-eżekuzzjoni ta’ inġunzjonijiet u l-qbid ta’ proprjetà immobbli skond id-dispożizzjonijiet għax-xiri obbligatorju u l-bejgħ f’irkant.

FuqFuq

- Liema hi l-qorti kompetenti biex tordna l-eżekuzzjoni?

Għall-qbid tal-krediti: Il-qorti tad-distrett fil-post fejn joqgħod id-debitur.

Għall-eżekuzzjoni ta’ l-inġunzjonijiet: Il-qorti li tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza.

Għall-qbid tal-proprjetà immobbli: Il-qorti tad-distrett tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

- L-istatus ta’ l-aġenti ta’ l-eżekuzzjoni, ir-rwol, ir-responsabilitajiet u l-poteri

L-eżekuzzjoni issir minn marixxall, uffiċjal tal-Land ta’ l-amministrazzjoni tal-qorti li ġerarkikament jirrispondi lejn id-direttur fil-qorti tad-distrett. Huwa indipendenti fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu.

Huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’kwistjonijiet ċivili skond il-Ktieb 8 taż-ZPO. L-enfażi dan l-aħħar qed issir aktar fuq il-qbid tal-krediti tad-debitur milli l-qbid tal-beni. Hawn il-marixxall għandu l-poter b’mod partikolari li jħalli lid-debitur jħallas f’rati u huwa responsabbli li jkun żgurat li l-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni tintemm fil-ħin u b’mod effettiv. Wieħed mid-dmirijiet primarji tiegħu huwa li jieħu mingħand id-debitur stqarrija maħlufa ta’ l-assi li tipprovdi lill-kreditur b’rekord importanti ta’ l-assi tad-debitur. Ħidmiet oħra jinkludu:

  • It-tneħħija ta’ proprjetà mobbli u immobbli (żgumbrament)
  • Ma jħallix lid-debitur joġġezzjona għal operazzjonijiet li huwa meħtieġ jaċċetta
  • In-notifika diretta ta’ dokumenti meħtieġa għall-proċess ta’ l-eżekuzzjoni
  • L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ sekwestru u inġunzjonijiet interlokutorji (ħlief għal kwistjonijiet li l-qorti tieħu ħsieb hija nnifisha)
  • L-eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest.
- Għandu jsir ir-rikors għall-eżekuzzjoni permezz ta' avukat jew ta' xi professjoni legali oħra?

Id-deċiżjonijiet fuq ir-rikorsi ta' l-eżekuzzjoni ġeneralment jittieħdu mill-qorti distrettwali bħala l-qorti ta' l-eżekuzzjoni; ir-rappreżentanza legali mhix obbligatorja.

FuqFuq

Ir-rikors għal ordni ta’ eżekuzzjoni ta’ inġunzjoni, min-naħa l-oħra, irid isir lill-qorti li tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza, li f’ċerti każijiet tista’ tkun qorti għolja (qorti reġjonali), fejn ir-rappreżentanza legali hija bażikament obbligatorja.

L-iskala ta’ l-ispejjeż għal kull tip ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni:

Il-liġi tipprovdi għal possibiltajiet differenti għall-eżekuzzjoni, jiddependi fuq il-kreditu li jrid jinġabar, u l-ispejjeż ivarjaw ukoll :

  • Il-qbid tal-beni:
Meta d-dritt għall-ħlas ta’ somma speċifika tal-flus huwa rikonoxxut, il-kreditur ġeneralment jgħid lill-marixxal biex jiġbor il-ħlas. Jitħallas dritt ta’ €20 għall-qbid ta’ l-assi mobbli tad-debitur mill-marixxall. Jekk il-proprjetà maqbuda ser tinbiegħ f’irkant jew tinbiegħ (jiġifieri l-proprjetà maqbuda tissarraf fi flus), hemm dritt ieħor ta’ €40. Jintalbu wkoll l-ispejjeż tal-marixxall.
  • Il-qbid ta’ krediti:
Ordni għall-ħlas ta’ somma flus tista’ tinkiseb b’rikors lill-awtoritajiet ġudizzjarji għall-qbid tal-krediti tad-debitur (eż. għall-ħlas tad-dħul mix-xogħol) u ċ-ċessjoni tal-kreditu lill-kreditur (Artikoli 829 u 835 ZPO). Jitħallas dritt ta’ €15; l-ispejjeż (partikolarment l-ispejjeż tan-notifika ta’ l-ordni tal-qorti) jiżdiedu fil-kalkolu.
  • Stqarrija maħlufa ta’ l-assi:
Jekk il-kreditur ma tħallasx ta’ kollox mill-qbid u l-bejgħ ta’ l-oġġetti, id-debitur jista’ jkun obbligat f'rikors mill-kreditur li jipprovdi lill-marixxall bi stqarrija maħlufa ta' l-attiv tiegħu. Il-marixxal jitlob dritt ta’ €30 biex jieħu l-istqarrija.

FuqFuq

  • Il-qbid ta’ proprjetà immobbli:
L-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà immobbli tad-debitur issir fil-forma ta’ ipoteka rreġistrata biex jinġabar il-kreditu, ix-xiri obbligatorju u l-bejgħ f’irkant jew ordni ta’ tpoġġija għand kuratur tal-proprjetà.

Jintalab dritt għar-reġistrazzjoni ta’ l-ipoteka skond l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Kostenordnung - KostO) skond il-valur tal-kreditu li għandu jinġabar. Tabella tad-drittijiet u valuri sa €1 miljun tinsab fl-Anness 1 PDF File (PDF File 90 KB).

Jitħallas dritt ta’ €50 għad-deċiżjoni wara rikors għall-ordni ta’ eżekuzzjoni. Hemm aktar drittijiet – ġeneralment bir-rata ta’ 0.5% – għall-proċedura biex ikun hemm irkant, għall-konklużjoni tal-bejgħ u t-tqassim tal-qligħ. Id-drittijiet għall-proċedura ġeneralment u meta jkun hemm irkant jiddependu fuq il-valur tal-proprjetà; id-drittijiet għall-konklużjoni tal-bejgħ u t-tqassim tal-qligħ jiddipendu fuq l-ogħla offerta magħmula. Tabella tad-drittijiet u valuri sa €500 000 Euro tinsab fl-Anness 2 PDF File (PDF File 35 KB). Barra mid-drittijiet, jintalbu l-ispejjeż tal-proċedura, partikolarment l-ispejjeż tas-survej dwar il-valur tal-bejgħ tal-proprjetà.

Jitħallas dritt ta’ €50 għal rikors għall-ordni ta’ eżekuzzjoni. Jitħallas dritt ta’ 0.5% għall-proċedura fuq il-bażi ta’ profitt aggregat miksub minnha.

FuqFuq

  • L-eżekuzzjoni ta’ ordni tat-tneħħija, ordni ta’ eżekuzzjoni ta’ inġunzjoni:
Jekk id-debitur ġie ordnat mill-qorti li jiddisponi mill-proprjetà mobbli, id-deċiżjoni tista’ tkun eżegwita mill-marixxall wara rikors tal-kreditur . Jitħallas dritt ta’ €20 biex il-proċess jibda miexi. Jekk debitur ikun meħtieġ li jiddisponi minn art jew dar, hemm dritt għall-iżgumbrament ta’ €75. Jintalbu wkoll l-ispejjeż tal-marixxall, partikolarment għal terzi li jkunu meħtieġa (eż. it-trasport, ħaddied tas-serraturi, eċċ.). Jekk il-proċess jieħu iżjed minn tliet sigħat, jitħallas dritt ta’ €15 kull siegħa għal kull siegħa ta’ wara jew parti minnha.

Fi proċeduri quddiem qorti ta’ eżekuzzjoni biex tordna debitur jagħmel, jaċċetta jew ma jagħmilx xi att partikolari jitħallas dritt ta’ €15.

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi

Il-kreditur għandu jkollu ordni ta’ eżekuzzjoni biex jipprova l-kreditu tiegħu. Din tista’ tkun sentenza finali li hija diġà jew proviżorjament eżegwibbli (l-Artikolu 704 ZPO) jew wieħed mill-istrumenti elenkati fl-Artikolu 794 ZPO (eż. ftehim ġudizzjarju jew barra mill-qorti u atti nutarili).

M’hemmx ħtiġiet speċifiċi min-naħa tad-debitur.

Hemm ħtiġiet speċifiċi fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ sekwestru u inġunzjonijiet interlokutorji. Dawn il-miżuri ta’ eżekuzzjoni jittieħdu biex jinġabar kreditu qabel ma ordni tal-qorti tkun ingħatat fi proċeduri prinċipali.

3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni

3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni?

Jistgħu jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni l-assi mobbli, il-krediti u drittijiet oħra fil-proprjetà tad-debitur u l-proprjetà immobbli tiegħu tista’ tkun soġġetta għall-eżekuzzjoni.

FuqFuq

L-artikolu 811 ZPO jispeċifika l-assi mobbli li ma jistgħux jinqabdu; l-għan huwa biex id-debitur u l-familja tiegħu jkunu jistgħu jgawdu volum minimu ta’ oġġetti li huma essenzjali għall-użu personali jew professjonali .

Dawn ir-restrizzjonijiet japplikaw ukoll għad-dħul li jaqla' d-debitur. Artikoli 850 ff. Iż-ZPO jipprovdi għal ammonti li ma jistgħux jinqabdu billi d-debitur ikollu bżonnhom biex ikopri l-ispejjeż tas-sussistenza tiegħu.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri ta’ eżekuzzjoni?
- Fir-rigward tad-debitur

L-eżekuzzjoni rari tirnexxi jekk id-debitur ma jkollux assi li jistgħu jinqabdu. Imma l-kreditur jista’ jkompli l-eżekuzzjoni kontra d-debitur jekk isir jaf b’assi li kienu sa dakinhar misturin jew assi akkwistati ġodda tad-debitur.

Il-kreditur għandu d-dritt li jeżegwixxi strument eżegwibbli sa 30 sena. Sakemm il-kreditur ma jieħux miżuri ta’ eżekuzzjoni attwali, id-debitur huwa liberu li jeħles mill-proprjetà tiegħu.

Debitur li jipprovdi stqarrija maħlufa ta’ l-assi jew ikun arrestat għar-rifjut li jagħmel hekk jista' jiddaħħal fir-reġistru tad-debituri fil-qorti ta' l-eżekuzzjoni fejn qed jittieħdu l-proċeduri ta' l-eżekuzzjoni. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jingħataw data mir-reġistri tad-debituri lil terzi.

- Fir-rigward ta’ terzi

Fuq il-bażi tal-protezzjoni tad-data l-banek m’huma fl-ebda obbligu li jagħtu jew lill-kreditur jew lill-qrati u lill-marixxalli informazzjoni dwar id-debitur, partikolarment dwar l-assi tiegħu.

Meta l-assi tad-debitur jinqabdu jew ikun hemm ċessjoni tal-krediti tiegħu fuq terz, it-terz ma jistax iħallas iżjed lid-debitur; jistgħu jiħallsu biss is-somom meħtieġa biex ikopru t-talba tal-kreditur lill-kreditur. Terz li jikser dan l-obbligu għandu r-riskju ta’ kawża għad-danni.

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri? Hemm perjodu ta’ żmien limitat provdut mil-liġi jew imsemmi fl-ordni tal-qorti?

Krediti li akkwistaw status legali u krediti skond ftehim jew strumenti eżegwibbli huma suġġetti għall-perjodu preskrittiv ta’ 30 sena skond l-Artikolu 197 tal-Kodiċi Ċivili (BGB). Il-kreditur jista’ jibda proċeduri ta’ eżekuzzjoni f’kull żmien matul dak il-perjodu.

4. Hemm il-possibbilità ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tagħti miżura bħal din?

Il-kreditur jista’ jappella immedjatament kontra r-rifjut li ssir ordni ta’ eżekuzzjoni

Id-debitur għandu r-rimedji legali li ġejjin kontra ordni ta’ eżekuzzjoni:

  • Oppożizzjoni immedjata jekk qabel kien hemm smigħ fil-qorti;
  • Nota ta’ tfakkir jekk qabel ma kienx hemm smigħ fil-qorti.

In-nota tat-tfakkir, li għaliha ma japplikax terminu, għandha tkun ippreżentata fil-qorti tad-distrett; l-oppożizzjoni immedjata trid tkun ippreżentata fi żmien ġimgħatejn fil-qorti tad-distrett jew fil-Qorti Reġjonali bħala qorti ta’ reviżjoni.

Ir-rikors għal dan ir-rimedju m’għandux impatt immedjat fuq l-insegwiment tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni; m’hemmx effett ta' sospensjoni.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit