Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Franza

L-aħħar aġġornament: 12-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhu l-infurzar f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. Liem’huma l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jinħareġ att jew issir deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. Għan u natura tal-miżuri ta’ infurzar   3.
3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu suġġett għall-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ infurzar? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjoni li tippermetti miżura bhal din? 4.

 

1. X’inhu l-infurzar f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-infurzar (li jfisser infurzar bil-forza, peress li infurzar mid-debitur ta’ l-obbligi tiegħu ma jkunx jeħtieġ proċeduri) ikopri l-proċeduri kollha li jippermettu l-eżekuzzjoni ta’ obbligi infurzabbli kontra r-rieda tad-debitur. Il-liġi Franċiża fiha tliet kategoriji ta’ obbligi ċivili: li tħallas, li tagħmel xi ħaġa jew li tastjeni milli tagħmel xi ħaġa, u ta’ l-aħħar li trodd).

Att eżegwibbli jikkonċerna l-assi tad-debitur: mhemmx atti eżegwibbli kontra persuni. Madankollu r-rifjut li wieħed jaderixxi ma’ ċerti obbligi (obbligi ta’ manteniment) hu reat, li jesponi lid-debitur għal prosekuzzjoni u għal sentenza ta’ ħabs.  L-istess jgħodd għall-organizzazzjoni frawdolenta ta’ falliment minn debitur.

Il-liġi rigward il-miżuri ta’ infurzar hi ibbażata fuq it-trilogu ta’ ħlas, għemil u għotja.

L-obbligi ta’ ħlas huma eżegwibbli permezz ta’ sekwestri. Jekk is-sekwestru jkun ta’ somma flus, l-ammont maqbud jiġi assenjat lill-kreditur (per eżempju sekwestru ta’ kont fil-bank). Jekk is-sekwestru jkun ta’ assi tad-debitur, is-sekwestru jwasslu għal bejgħ obbligatorju ta’ l-assi u r-rikavat mill-bejgħ jiġi assenjat lill-kreditur, sal-limitu tal-kreditu tiegħu.

L-obbligi ta’ għotja jew li wieħed irodd ivarjaw skond in-natura ta’ l-assi. Fil-każ ta’ proprjetà mobbli, l-assi jinqabad permezz ta’ sekwestru biex jingħata lura lis-sid leġittimu. Fil-każ ta’ porprjetá immobbli, il-pussess fil-proprjetà jingħata lura lis-sid billi jiġi żgumbrat l-okkupant.

FuqFuq

L-obbligi biex wieħed jagħmel xi ħaġa jew biex jastjeni milli jagħmel xi ħaġa huma infurzati permezz ta’ penali pekunjarji, li hi somma flus li d-debitur ikollu jħallas b’żieda ma’ l-obbligu li għandu jaqdi. L-ammont iffissat minn imħallef, jiġi ikkalkulat in proporzjon għall-perjodu tan-nuqqas (fil-każ ta’ obbligi li wieħed jagħmel xi ħaġa) jew skond in-numru ta’ vjolazzjonijiet ta’ l-obbligu li wieħed jastjeni milli jagħmel xi ħaġa. Peress li l-obbligi ta’ ħlas, ta’ għotja u li wieħed irodd huma interpretati bħala obbligi li wieħed jagħmel xi ħaġa wkoll. Tista’ tiġi imposta penali pekunjarja barra minn miżuri ta’ infurzar obbligatorji.

2. Liem’huma l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jinħareġ att jew issir deċiżjoni eżegwibbli?

2.1. Il-proċedura

L-atti jew deċiżjonijiet eżegwibbli kollha jistgħu jkunu suġġett ta’ miżuri ta’ infurzar obbligatorju. Huma speċifikati fl-Artiklu 3 ta’ l-Att Nru 91-650 tad-9 ta’ Lulju ta’ l-1991 li ġab riforma tal-proċeduri ta’ infurzar ċivili jiġifieri:

  1. Deċiżjonijiet ta’ qrati amministrattivi jew ordinarji u tranżazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti ta’ Prim Istanza meta jkunu eżegwibbli.
  2. Miżuri u sentenzi barranin u deċiżjonijiet arbitrali magħmula eżegwibbli b’digriet mhux suġġett ta’ appell li jissospendi l-eżekuzzjoni.
  3. Estratti minn rapporti ta’ konċiljazzjoni uffiċjali iffirmati mill-imħallef u mill-partijiet.
  4. Atti Notarili li fihom klawżola li tagħti awtorità għall-infurzar.
  5. Titolu maħruġ minn marixxall fil-każ li ma jitħallasx ċekk.
  6. Titoli maħruġa minn persuni ġuridiċi mwaqqfa mill-liġi pubblika u deskritti talment mill-liġi jew deċiżjonijiet li l-liġi tagħtihom l-istess effett ta’ sentenzi.

Digrieti tal-qrati li mhumiex suġġetti għal appell li jissospendi l-eżekuzzjoni huma eżegwibbli mingħajr sentenza oħra. Dawn id-digrieti, bħall-atti notarili, huma ċertifikati bħala eżegwibbli mill-iskrivan tal-qorti jew minn nutar. M’hemmx proċedura intermedja oħra li tippermetti l-infurzar.

FuqFuq

Fin-nuqqas ta’ digriet minn qorti, il-kredituri jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni biex jipproċedu b’sekwestri kawtelatorji jew miżuri ġudizzjarji restrittivi. Il-miżuri li jsiru taħt dawn il-kundizzjonijiet jiskadu malajr jekk il-parti l-oħra ma tkunx ġiet notifikata (fi tmint ijiem) u jekk il-kreditur ma jkunx beda proċeduri fuq il-mertu biex jikseb digriet li japprova l-pretensjoni tiegħu.

Il-miżuri ta’ infurzar obbligatorji dwar proprjetà mobbli u somom ta’ flus, flimkien ma’ l-iżgumbrament għandhom isiru mill-marixxall, uffiċjal pubbliku u professjonali li jeżerċita s-setgħat tiegħu ta’ liġi privata iżda li, fil-każ ta’ infurzar, igawdi minn stat ta’ awtorità pubblika mwaqqfa minn regolament preċiż u kodiċi ta’ etika strettament ikkontrollat.

Is-sekwestru ta’ proprjetà immobbli isir permezz ta’ proċeduri speċjali, normalment quddiem Qorti ta’ Prim Istanza, li għalihom il-kreditur irid ikun rappreżentat minn avukat.

L-ispejjeż tal-miżuri ta’ infurzar jitħallsu in prinċipju mid-debitur li għandu jħallashom b’żieda mad-dejn tiegħu.

Dawn l-ispejjeż ta’ infurzar huma suġġetti għal skala ta’ ħlasijiet li jistabbilixxu l-ħlas dovut lill-marixxalli għal kull miżura ta’ infurzar. Skond id-Digriet Nru 96-1080 tat-12 ta’ Diċembru ta’ l-1996, l-iskala ta’ ħlas għall-marixxalli tinkludi ammont fiss imfisser jew kumulattivament jew alternattivament skond il-każ, f’drittijiet fissi jew proporzjonali, kif ukoll, meta jixraq, dritt għar-riferta għall-prosekuzzjoni.

Id-drittijiet fissi għandhom jitħallsu mid-debitur. Id-drittijiet proporzjonali, ikkalkolati skond skala mobbli mqabbla ma’ l-ammonti rkuprati, jitħallsu parti mill-kreditur u parti mid-debitur.

FuqFuq

Għal informazzjoni, għal talba ta’ € 10 000, l-iskala ta’ drittijiet għal ċerti miżuri ta’ infurzar hi kif ġej:

  • sekwestru kawtelatorju ta’ kont fil-bank: dritt fiss bit-taxxi: € 187.53
  • sekwestru ta’ proprjetá mobbli: dritt fiss bit-taxxi: € 66.98
  • sekwestru ta’ vettura b’dikjarazzjoni fl-uffiċċju reġjunali amminisitrattiv: dritt fiss bit-taxxi: € 133.95
  • avviz formali innotifikat bil-ħsieb ta’ sekwestru ta’ proprjetà immobbli: dritt fiss bit taxxi: € 80.37.

Barra minn dawn id-drittijiet fissi hemm drittijiet proporzjonali li, għat-talba kollha jammontaw għal €723.44 bit-taxxi li minnhom €121.35 jitħallsu mid-debitur u €602.09 mill-kreditur.

2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

L-ebda ordni ta’ qorti mhi meħtieġa biex wieħed jipproċedi b’miżuri ta’ infurzar a bażi ta’ titoli eżegwibbli.

Il-kriterji biex jiġu awtorizzati miżuri kawtelatorji favur kreditur li għad m’għandux titolu eżegwibbli huma kif ġej: li t-talba tidher fondata in prinċipju u l-irkupru tal-pretenzjoni jkun jidher li jkun f’riskju. L-imħallef kompetenti biex jordna sekwestru kawtelatorju hu l-imħallef ta’ l-infurzar (normalment imħallef fil-Qorti Reġjunali).

3. Għan u natura tal-miżuri ta’ infurzar  

3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu suġġett għall-infurzar?

Il-kreditur jista’ jinforza il-pretensjoni tiegħu kontra l-proprjetà kollha tad-debitur, għalhekk in prinċipju l-assi kollha tad-debitur jistgħu jinqabdu. Jeżistu regoli speċjali skond in-natura ta’ dawn l-assi: drittijiet (kera, salarji, ammonti f’kont tal-bank) proprjetà mobbli ta’ kull xorta, proprjetà immobbli u drittijiet fuq il-propjetà immobbli, titoli u drittijiet ta’ kontributuri, vetturi ( ta’ l-art, bastimenti, dgħajjes jew ajruplani) drittijiet ta’ l-awturi, ammonti ta’ flus merfugħa ġo sejf, eċċ.

FuqFuq

Il-liġi tista’ madankollu tistipula li ċerti assi ma jistgħux jinqabdu, per eżempju:

  • ammonti meħtieġa għall-manteniment (in partikolari proporzjoni ta’ salarju iffissat skond skala tersaq skond l-ammont ta’ dħul, dipendenti, rivalutati kull sena)
  • proprjetà mobbli meħtieġa għall-ħajja ta’ kull jum tad-debitur u għal xogħlu sakemm il-prezz ma jitħallasx jew jekk ikunu ta’ valur sinifikanti.
  • Assi meħtieġa għall-morda u għad-diżabili.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ infurzar?

Il-miżuri ta’ infurzar fuq proprjetà u drittijiet isiru f’żewġ fażi. L-ewwelnett, l-aġent ta’ l-infurzar jeżegwixxi s-sekwestru tal-proprjetà jew ta’ ammonti ta’ flus. Dan is-sekwestru ikun ifisser li l-proprjetá ma jistax wieħed jiddisponi minnha: d-debitur jista’ jibqa’ jgawdiha u jsir il-kustodju tagħha. Jekk iwettaq miżapproprijazzjoni ta’ din il-proprjetà, jikkommetti reat. Fil-każ ta’ ammonti ta’ flus, dawn jibqgħu mblukkati fil-kont, iżda huma immedjatament għalkemm virtwalment, assenjati lill-kreditur in kwistjoni.

Id-debitur jiġi infurmat bis-sekwestru. Jekk id-debitur ma jinfurmax lill-imħallef li qiegħed jikkontesta is-sekwestru, l-aġent ta’ infurzar jista’ jipproċedi bit-tieni fażi tas-sekwestru, jiġifieri jaqbad il-proprjetá biex tinbiegħ b’irkant jew billi jordna lis-sekwestrat (normalment, il-bank) biex jittrasferixxi l-ammonti sekwestrati.

Il-bank, magħruf bħala s-sekwestrat għandu obbligu mill-ħin tas-sekwestru li jinforma lill-marixxall b’kull ammont li għandu tad-debitur. Jekk jonqos li jagħmel dan jew jekk jgħaddi lid-debitur l-ammonti sekwestrati li jkollu f’idu, il-penali ġudizzjarja, fuq talba tal-kreditur, hi li jkollu jħallas id-debitu minflok id-debitur.

3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?

It-titoli eżegwibbli mhumiex suġġetti għal preskrizzjoni u ma jiskadux wara perjodu ta’ żmien.

Ordnijiet minn imħallef ta’ l-eżekuzzjoni biex wieħed jipproċedi b’sekwestri kawtelatorji jiskadu jekk il-miżura kawtelatorja ma titteħidx fi żmien tliet xhur mill-ordni..

4. Hemm possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjoni li tippermetti miżura bhal din?

Din il-mistoqsija tirrigwarda biss l-ordnijiet rigward sekwestri kawtelatorji. Fil-każ ta’ titoli eżegwibbli, l-appell hu marbut ma’ sfida ġudizzjarja tal-pretensjoni nfisha.

Meta tkun saret il-miżura kawtelatorja u d-debitur ikun ġie infurmat b’dan, dan ta’ l-aħħar jista’ jikkontesta l-kundizzjonijiet li wasslu għall-ordni quddiem l-imħallef ta’ l-eżekuzzjoni li jkun ordna l-miżura. Sfida tista’ titressaq quddiem l-imhallef sakemm is-sekwestru kawtelatorju ma jkunx inbidel f’bejgħ obbligatorju wara konferma ġudizzjarja tal-pretenzjoni.

Aktar tagħrif

  • Portail des services de l’administration française Deutsch-English-español-français
  • Service public français de la diffusion du droit français
  • Chambre Nationale des Huissiers de Justice français

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit