Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 07-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’ifisser l-infurzar f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jinħareġ att jew issir deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. Għan u natura tal-miżuri ta’ infurzar? 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri ta’ infurzar? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn? 3.3.
4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tippermetti miżura bħal din? 4.

 

Ulosotto

1. X’ifisser l-infurzar f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

Fil-Finlandja, l-infurzar jinqasam f’infurzar separat u ġenerali.

L-infurzar separat jinkludi l-ġbir ta’ debiti dwar sentenzi. Meta jkun hemm bżonn, l-obbligu individwali impost f’sentenza tal-qorti jew b’xi kawża oħra ta’ infurzar jiġi sodisfatt obbligatorjament permezz ta’ l-infurzar.

Il-proċeduri ta’ infurzar ġenerali u ta’ falliment jinkludu l-aġġustament tad-dejn ta’ individwu privat, riorganizzazzjoni ta’ kumpaniji u falliment. Huma applikabbli in prinċipju għad-dejn u l-assi kollha tad-debitur. L-infurzar separat biss jiġifieri l-ġbir ta’ dejn minn sentenzi hu diskuss hawn. Ara wkoll Falliment - Finlandja  

Fil-prattika, l-iżjed tip importanti ta’ infurzar f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali hu l-infurzar ta’ dejn minn sentenzi. Dan jinkludi l-qbid ta’ assi tad-debitur, il-bejgħ ta’ l-assi, meta jkun il-bżonn; u t-trasferiment tar-rikavat lill-kreditur. L-assi jinqabdu għall-ammont li hu meħtieġ biex jitħallas il-kreditur. F’każijiet meta l-infurzar ikun intalab minn diversi kredituri jew meta l-assi maqbuda jkunu soġġetti għal drittijiet kollaterali, il-fondi jinqasmu fost il-kredituri skond il-prijorità tagħhom.

Tip ta’ infurzar importanti ieħor fil-prattika hu l-iżgumbrament. Permezz tiegħu per eżempju, l-inkwilin jiġi żgumbrat minn proprjetà jew residenza fi tmiem ir-relazzjoni ta’ kera. Barra minn dan, l-obbligu li wieħed jittrasferixxi ċerti assi (l-obbligu ta’ trasferiment) kif ukoll il-projbizzjoni li wieħed jagħmel xi ħaġa (l-obbligu li wieħed jagħmel xi ħaġa) u l-obbligu li wieħed jippermetti lil persuna oħra li tagħmel xi ħaġa (l-obbligu ta’ projbizzjoni) jistgħu jiġu infurzati. Il-mezzi mpjegati f’dawn it-tipi ta’ infurzar huma s-soltu jew miżuri koerċenti jew pagamenti ta’ penali perjodiċi. Is-sekwestru ordnat minn qorti jew miżura kawtelatorja oħra tista’ seħħ ukoll permezz ta’ infurzar. L-infurzar ta’ dejn minn sentenza biss hu diskuss fid-dettall hawn isfel.

FuqFuq

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jinħareġ att jew issir deċiżjoni eżegwibbli?

2.1. Il-proċedura

Fil-Finlandja, il-marixxalli s-soltu jaġixxu ta’ awtoritajiet ta’ infurzar. Fil-fatt normalment id-deputati marixxalli jagħmlu x-xogħol ta’ infurzar. Il-marixxalli huma amministraturi indipendenti u imparzjali tal-ġustizzja ta’ l-istat, li għandhom jimxu b’mod xieraq fix-xogħol tagħhom. Il-marixxalli għandhom jagħmlu xogħolhom ta’ infurzar b’ħeffa, b’effiċjenza u b’mod xieraq, mingħajr ma jagħmlu iżjed dannu lit-terzi jew lill-intimat milli jkun meħtieġ għall-għan ta’ l-infurzar. Il-marixxalli għandhom setgħat effettivi, per eżempju biex ifittxu l-assi tad-debitur.

Biex jibda azzjoni ta’ infurzar il-kreditur jeħtieġ li jkollu jew sentenza tal-qorti jew raġuni oħra għall-infurzar li jiffissaw dak li għandu jinġabar. Madankollu normalment mhux meħtieġ li jkun hemm ordni ta’ infurzar separata minn xi qorti.

F’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ir-raġuni għall-infurzar hi ġeneralment sentenza jew deċiżjoni oħra ta’ qorti ġenerali. Il-qrati ġenerali jinkludu il-Qrati tad-Distretti bħala qrati ta’ prim istanza u l-Qrati ta’ l-Appell u fl-aħħar il-Qorti Suprema bħala qorti ta’ l-appell. Barra minn dan deċiżjoni arbitrali tista’ wkoll tkun raġuni għall-infurzar. Ftehim għall-manteniment tat-tfal verifikat mill-awtorità muniċipali relattiva hi raġuni importanti għall-infurzar fil-prattika. Għall-kuntrarju, dokumenti magħmula biss bejn persuni privati ma jistgħux ikunu l-bażi ta’ infurzar fil-Finlandja.

FuqFuq

Sentenza ta’ qorti barranija jew dokument ekwivalenti tikkwalifika bħala raġuni għall-infurzar fil-Finladnja biss jekk espressament imsemmija fil-liġi, issa prinċipalment fil-liġi tal-Komunitá.

Il-kreditur irid jippreżenta talba għall-infurzar, akkumpanjata mir-raġuni għall-infurzar lill-marixxall tal-post. Il-kreditur jista’ jitlob infurzar regolari, infurzar sħiħ jew parzjali (ara artiklu 3.1.). Il-kreditur jista’ wkoll jirreġistra d-dejn bħala dejn passiv taħt is-superviżjoni tas-servizz ta’ infurzar għal sentejn, jekk il-ġbir ikun impossibbli f’dak il-mument. M’hemmx ħtieġa li wieħed iqabbad avukat jew persuna legali oħra fl-infurzar.

Id-drittijiet ta’ infurzar ta’ l-istat jinġabru fil-biċċa l-kbira mid-debitur. Il-kreditur ikollu jħallas dritt għall-ispejjeż li jammonta għal 0.5 fil-mija ta’ l-ammont li jintefaq sa limitu massimu ta’ 200 Ewro. Jekk il-ġbir ma jseħħx, jinġabar dritt żgħir ta’ proċessar mill-kreditur.

2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Il-validità tal-pretensjoni tal-kreditur tiġi investigata minn qorti f’proċeduri ċivili. Qabel ma toħroġ sentenza li tgħodd bħala raġuni għall-infurzar. Fil-prattika, il-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet huma deċiżjonijiet fil-kontumaċja. Sentenza fil-kontumaċja hi ibbażata fuq il-passività tal-parti li topponi, meta l-parti li topponi tkun naqset li twieġeb it-taħrika jew li tidher fil-qorti, mingħajr investigazzjoni dettaljata tal-validità tal-pretensjoni. B’hekk il-kreditur jista’ faċilment u malajr jikseb raġuni għall-infurzar ta’ dejn mhux ikkontestat. Ara wkoll Proceduri simplifikati u mghaggla - Finlandja

FuqFuq

Il-marixxall fl-infurzar iżomm mas-sentenza tal-qorti jew xi raġuni oħra ta’ infurzar u ma jistax jinvestiga l-validità tagħha. Minflok il-marixxall jiżgura li d-dejn ma jkunx ġie itterminat bi ħlas wara s-sentenza jew minħabba preskrizzjoni eċċ.

3. Għan u natura tal-miżuri ta’ infurzar?

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu soġġetti għall-infurzar?

In prinċipju, kull tip ta’ assi tad-debitur u li għandhom valur jistgħu jinqabdu. Fil-prattika, fondi mill-kont tal-bank tad-debitur, rifużjonijiet ta’ taxxa, pagi, salarji, pensjonijiet ta’ l-impjieg jew dħul regolari ieħor jista’ jiġi issekwestrat.Barra minn dan, assi mobbli oħra, jew ħwejjeġ, jew proprjetà immobbli jistgħu jiġu issekwestrati. . Madankollu, jekk il-kreditur ikun talab għal infurzar limitat, il-miżuri ta’ sekwestru jistgħu jsiru biss fuq assi aċċertabbli minn reġistri li ma jkunux jeħtieġu likwidazzjoni.

Madankollu l-liġi tipprojbixxi s-sekwestru ta’ ċerti tipi ta’ assi, a bażi ta’ raġunijiet soċjali u oħrajn. Diversi benefiċċji soċjali, per eżempju ma jistgħu jiġu issekwestrati. Id-debitur igawdi wkoll minn l-hekk imsejjaħ vantaġġ ta’ separazzjoni, li jfisser li l-oġġetti tad-dar jew għodda tad-debitur ma jistgħux jinqabdu.

Biex ikun garantit għajxien raġonevoli għad-debitur u għall-familja tiegħu, is-sekwestru ta’ pagi, salarji u ta’ pensjonijiet minn impjieg huma soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi. Bħala regola ġenerali, terz tal-paga jew salarju nett jista’ jiġi issekwestrat. Id-debitur dejjem hu garantit minn parti protetta.

FuqFuq

Jekk l-oġġetti maqbuda jkunu jeħtieġu likwidazzjoni normalment jinbiegħu f’irkant pubbliku.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ miżuri ta’ infurzar?

Wara s-sekwestru, id-debitur ma jistax jeqred jew jiddisponi mill-assi issekwestrati jew b’mod bi ħsara għall-kreditur jew b’mod ieħor jiddeċiedi dwarha. Kull; miżura kuntrarju għall-projbizzjoni hi bla effett. Madankollu, terza persuna tista tgawdi protezzjoni bona fide f’każijiet eċċezzjonali. L-aċċettazzjoni ta’ oġġetti maqbuda hi offiża kriminali.

Il-marixxall għandu aċċess sħiħ għall-informazzjoni mhux biss mid-debitur iżda wkoll mingħand terzi bħalma huma l-banek. Meta bank ikun ġie infurmat dwar avviż ta’ sekwestru fuq kont fil-bank, jista’ joħroġ flus biss lill-marixxall. Il-ħlas ta’ paga jew salarju sekwestrat kontra n-notifika ta’ sekwestru hu offiża kriminali.

3.3. X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?

Sentenza tal-qorti jew raġuni oħra ta’ infurzar ma tkunx tista’ tiġi infurzata aktar jekk id-dritt li jirreferu għalih ikun skada minħabba ħlas, skadenza tat-terminu jew raġuni oħra. Wara l-ħruġ tas-sentenza, dak li għandu jinġabar normalment ikun soġġett għal preskrizzjoni ta’ ħames snin, li l-kreditur jista’ jinterrompi.

L-infurzabbiltà ta’ ċerti raġunijiet għall-infurzar hija suġġetta għal limitu ta’ żmien fil-Finlandja bħalissa. Dawn ir-raġunijiet jinkludu dawk li bihom persuna naturali tkun ġiet ordnata tħallas dejn ta’ flus. L-għan hu biex ma jkunx hemm infurzar ta’ durata irragonevoli. Raġunijiet għall-infurzar bħal dawn normalment huma infurzabbli għal 15-il sena u f’xi każijiet għal 20 sena. Il-kreditur ma jistax jinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni. Bħalissa hemm perjodu ta’ tranżizzjoni li meta jgħaddi, l-eqdem raġunijiet għall-infurzar jaqgħu fil-preskrizzjoni mill-1 ta’ Marzu 2008.

Il-miżuri ta’ infurzar per se normalment m’għandhomx żmien ta’ preskrizzjoni speċifiku. Il-marixxall għandu jagħmel ix-xogħol ta’ infurzar b’ħeffa u mingħajr dewmien bla bzonn.

4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tippermetti miżura bħal din?

Il-miżura ta’ infurzar jew deċiżjoni ta’ marixxall tista’ tiġi appellata minn kull min għandu interessi affettwati mill-istess miżura jew deċiżjoni. L-appell jiġi ippreżentat f’qorti ġenerali, b’Qorti tad-Distrett bħala qorti ta’ prim istanza. Iż-żmien għall-appell hu ta’ tliet ġimgħat, li normalment jibda bil-ħruġ ta’ deċiżjoni jew mid-data meta l-persuna tkun ġiet notifikata bid-deċiżjoni.

In ġenerali, il-preżentata ta’ appell ma żżommx l-eżekuzzjoni sakemm ma tiddeċidix mod ieħor xi qorti. Jekk l-appell jintlaqa’, il-qorti tikkontradiċi d-deċiżjoni tal-marixxall jew tibdilha.. F’ċerti ċirkostanzi l-marixxalli stess jistgħu jikkoreġu żbalji ovvji.

Jekk ir-riżoluzzjoni ta’ argument jew pretensjoni ippreżentati in konnessjoni ma’ l-infurzar ikunu jeħtieġu xhieda viva voce, din jista’ jkun li jkollha tiġi deċiża minn qorti (kawza dwar infurzar).

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 07-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit