Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 31-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


“Nixtieq li s-sentenza tiegħi tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor.”

F’dan il-każ, trid tapplika għall-qorti rilevanti fl-Istat Membru fejn hija meħtieġa l-eżekuzzjoni għal dikjarazzjoni li s-sentenza barranija hija infurzabbli (exequatur).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali fih regoli dwar l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2002 u jissemplifika l-proċedura biex sentenza barranija tkun dikjarata li tista’ tiġi eżegwita b’mod komparabbli mal-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ 1968 li ġiet sostitwita mir-Regolament. Ir-Regolament huwa direttament applikabbli, jiġifieri li kulħadd jista’ jistrieħ fuqu fil-qrati. Huwa ma japplikax fid-Danimarka, fejn għadha tgħodd il-Konvenzjoni ta’ Brussell.

Ir-Regolament jistabbilixxi dawn ir-regoli li ġejjin:

  • Is-sentenzi mogħtija fi Stat Membru u li jistgħu jiġu eżegwiti fih jistgħu jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor wara li jiġu dikjarati li jistgħu jiġi eżegwiti hemm (jew irreġistrati fir-Renju Unit) permezz ta’ applikazzjoni minn kull min għandu interess fil-kwistjoni;
  • L-applikazzjoni ssir lill-qorti li għandha ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-bażi tad-domiċilju tal-parti kontra minn hija mitluba l-eżekuzzjoni jew il-post ta’ l-eżekuzzjoni;
  • Id-dikjarazzjoni li sentenza tista’ tiġi eżegwita għandha tinħareġ wara li jkunu saru xi formalitajiet u għandhom ikunu notifikati lill-parti l-oħra, li tista’ timpunjaha biss fil-qrati;
  • Qorti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi sentenza barranija jekk ir-rikonoxximent ikun kontra l-politika pubblika jew ma’ jkunx kompatibbli ma’ sentenza ta’ qabel, jew fejn id-dokument li jibda l-proċedura ma jkunx ġie notifikat kmieni biżżejjed jew jekk il-parti l-oħra ma tidhirx.

Il-proċedura tista’ tidher sempliċi, iżda r-Regolament ma jneħħix l-ostakoli kollha għall-moviment ħieles tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea u jħalli għadd ta’ miżuri intermedji li għadhom ristrettivi wisq.

FuqFuq

F’Tampere dansk - Deutsch - ελληνικά PDF File (PDF File 616 KB) - English - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska f’Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal aktar tnaqqis fil-miżuri intermedji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi barranin. F’Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ għarfien reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-għan huwa li jiġu aboliti l-proċeduri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali. Ġie deċiż illi jsir il-progress bil-mod, li jibda bi proġett esperimentali speċifiku ħafna - it-tħassir tal-proċedura ta’ l-exequatur għall-azzjonijiet mhux kontestati.

FuqFuq

Fil-21 ta’ 2004 ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati. Huwa jwarrab, taħt xi kondizzjonijiet, il-miżuri kollha intermedjarji fl-Istati Membri li fihom tintalab l-eżekuzzjoni li kienu meħtieġa sa issa għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor fin-nuqqas verifikabbli ta’ tilwima dwar in-natura jew l-ammont ta’ dejn. Dawk il-kondizzjonijiet l-aktar jikkonċernaw in-notifika ta’ dokumenti fil-każ ta’ sentenzi mogħtija fil-kontumaċja (jiġifieri fejn m’hemmx oppożizzjoni għat-talba). It-tħassir ta’ l-exequatur jippermetti lill-kredituri jiksbu eżekuzzjoni mħaffa u effiċjenti barra minn pajjiżhom mingħajr ma jinvolvu l-qrati fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni għall-eżekuzzjoni f’formalitajiet li jaħlu l-ħin u li jqumu l-flus.

Fil-15 ta’ Marzu 2005 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-għan tal-proposta huwa li tissemplifika, tħaffef u tnaqqas l-ispejjeż tal-litigazzjoni dwar it-talbiet żgħar billi tistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li tkun disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu skond il-liġijiet ta’ l-Istati Membri li ma jkunux affettwati. Barra minn dan, il-proposta tneħħi l-miżuri intermedji li għadhom meħtieġa biex ikun possibbli r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkun rikonoxxuta u tista’ tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa għal dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni u mingħajr ebda possibbiltà li ssir oppożizzjoni għar-rikonoxximent tagħha.

M’hemm l-ebda dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-eżekuzzjoni innifisha. Iżda l-programm ta’ rikonoxximent reċiproku jipprovdi għal serje ta’ miżuri biex jissaħħu l-effetti fl-Istat mitlub ta’ sentenzi mogħtija fl-Istat ta’ l-oriġini:

  • L-istabbiliment ta’ eżekuzzjoni provviżorja: id-deċiżjoni fl-Istat li ssirlu t-talba li tikkonferma l-eżekuzzjoni tkun tista’ tiġi eżegwita provviżorjament hi stess minkejja l-possibbiltà ta’ appell;
  • L-istabbiliment ta’ miżuri protettivi fuq il-livell Ewropew: deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru wieħed timplika l-awtorizzazzjoni li jittieħdu miżuri protettivi kontra l-assi tad-debitur fit-territorju kollu ta’ l-Unjoni (ara s-suġġett Miżuri interim u miżuri kawtelatorji - Tagħrif Ġenerali);
  • It-titjib ta’ miżuri ta’ qbid dwar il-banek, eż., billi tiġi stabbilita sistema Ewropea għall-qbid ta’ kontijiet tal-banek.

Dokumenti ta’ Referenza

  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni ta’ Brussell 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (verżjoni konsolidata)
  • Konklużjonijiet tal-Presidenza dansk - Deutsch - ελληνικά PDF File (PDF File 616 KB) - English - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska - Il-Kunsill Ewropew (15 u 16 ta’ Ottubru 1999)
  • Abbozz tal-Programm tat-30 ta’ Novembru 2000 dwar miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
  • Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati
  • Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 31-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit