Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Danimarka

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Danimarka

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser l-infurzar f’materji ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jitwettaq l-infurzar? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. Miżuri ta’ nfurzar 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu ikunu suġġetti għall-infurzar? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri tal-infurzar? 3.2.
3.3. X’hini l-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra l-infurzar? 4.

 

1. Xi jfisser l-infurzar f’materji ċivili u kummerċjali?

L-infurzar (tvangsfuldbyrdelse) jawtorizza l-kreditur biex jieħu miżuri kostrinġenti sabiex jiżgura li d-debitur jonora l-pretensjoni stabbilita mill-qorti jew b’xi mod ieħor. Każijiet tal-infurzar jiġu ttrattati mill-qorti tal-bejliff (fogedretten), (diviżjoni ġewwa l-qorti tad-distrett (byretten)), b’akkordju mar-regolamenti imniżżlin fl-Att tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet tal-infurzar huma marbutin mad-domandi għall-ħlas. Madankollu, jistgħu jiġu nfurzati tipi oħra ta’ domandi, bħalma hi d-domanda biex persuna ċċedi post mal-iskadenza ta’ kirja.

Domanda għall-flus is-soltu tiġi nfurzata mill-qorti tal-bejlif li taqbad l-assi tad-debitur. Il-qbid jinvolvi l-għotja ta’ dritt lill-kreditur għall-rahan fuq l-assi kkonċernati, sabiex jista’ jbiegħha b’forza, u b’hekk ikopri l-parti sħiħa jew biċċa mill-pretensjoni tiegħu mill-qligħ ta’ bejgħ pubbliku. Jekk l-infurzar għandu x’jaqsam ma’ domanda għall-evakwar ta’ bini, l-infurzar jinvolvi żgumbrament mill-qorti tal-bejlif, possibbilment bl-għajnuna tal-pulizija.

Deċiżjonijiet dwar il-kustodja, il-post tar-residenza tat-tfal u l-aċċess għalihom jistgħu wkoll jiġu nfurzati. F’każijiet bħal dawn l-infurzar jista’ jieħu forma ta’ multi awtomatiċi u l-użu dirett ta’ forza b’għajnuna mill-pulizija.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jitwettaq l-infurzar?

2.1. Il-proċedura

Biex jista' jitwettaq l-infurzar, irid ikun hemm lok jew bażi għall-infurzar.

FuqFuq

Li ġejjin jistgħu ikunu raġuni valida għall-infurzar:

  1. Ġudizzji u deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati jew awtoritajiet oħra li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiġu nfurzati legalment, domandi għall-ħlas endorsjati mill-qorti tal-bejlif, u deċiżjonijiet fuq l-ispejjeż tal-azzjonijiet legali meħuda minn dawn l-awtoritajiet,
  2. Ftehim bonarju milħuq quddiem l-awtoritajiet li għalihom hemm referenza taħt 1) ftehim bonarju milħuq waqt negozjati dwar kondizzjonijiet f'każijiet relatati maż-żwieġ,
  3. Ċertu deċiżjonijiet u ftehim dwar kustodja tal-ġenituri, il-post tar-residenza tat-tfal u l-aċċess għat-tfal,
  4. Ftehimiet bil-miktub milħuqa barra l-qorti li għandhom x'jaqsmu ma' djun li waqgħu li fihom klawsola ta' nfurzar,
  5. Ċertifikati tal-mewt bi klawsola ta' nfurzar,
  6. L-atti ipotekarji, u,
  7. Kambjali u ċekkijiet.

L-infurzar jitwettaq mill-qorti tal-bejlif. Dan ifisser li l-pretendent li l-pretensjoni tiegħu hija msejsa fuq il-fatti jista' jissottometti applikazzjoni għall-infurzar fil-qorti tal-bejlif. L-applikazzjoni normalment tiġi sottomessa fil-ġuridiżzzjoni fejn joqgħod id-debitur.l-infurzar fil-qorti tal-bejlif. ,,ati fuq kondizzjonijiet ali meħuda minn dawn l-awtoritajieta

Il-qorti tal-bejlif imbagħad twettaq eżami preliminari tal-każ. Jekk dan jinstab imsejjes fuq il-fatti il-partijiet involuti jiġu msejħa għall-laqgħa li normalment tinżamm fl-uffiċċju tal-qorti tal-bejlif. Tista', madankollu, ukoll tinżamm f'uffiċċju ieħor, bħalma hi r-residenza jew l-post tan-negozju tad-debitur.

Il-pretendent, fil-prinċipju, huwa obbligat li jattendi l-meeting, u l-każ jiġi rriġettat jekk ma jidhirx. Id-debitur jista' jkun obbligat li jattendi l-laqgħa; jekk it-taħrika tingħatalu iżda ma jidhirx, jista' jinġieb quddiem il-qorti mill-pulizija.

FuqFuq

Waqt il-laqgħa d-debitur jiġi mitlub iħallas u jiġi obbligat jipprovdi l-informazzjoni finanzjarja dwaru u dwar il-familja kif mitlub mill-qorti tal-bejlif. Meta wieħed jonqos li jagħti nformazzjoni onesta jkun qed iwettaq reat punibbli. L-iskop tal-interrogazzjoni tad-debitur huwa li jsir magħruf jekk dan għandux assi li jistgħu jiġu maqbuda (għal iktar informazzjoni ara punt 3.1 hawn taħt).

Bħala regola ġenerali, f'każ ta' talba għall-qbid trid titħallas miżata lill-qorti. Il-ħlas bażiku għall-qbid huwa ta' DKK 300, u jekk il-klejm taqbeż it-3000 DKK jkun meħtieġ ħlas adizzjonali ta' 0,5% tal-bqija. Jekk ikun hemm proċediment barra l-qorti, jew jekk id-debitur irid jiġi mressaq quddiem il-qorti mill-pulizija, irid jitħallas ħlas adizzjonali ta' DKK 400.

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi

F’ċerti każi l-qorti tal-bejlif tista’ tiddeċidi li ma tikkonċedix it-talba għall-infurzar tal-pretendent. Jekk id-debitur iqajjem oġġezzjoni dwar il-bażi għall-infurzar, jew jekk fid-dawl tal-evidenza li titqiegħed quddiema, il-qorti tiġġudika li mhux rakkomandabbli li tipproċedi, allura l-qorti għandha tirrifjuta li tkompli tipproċedi.

Il-qorti tal-bejlif ma tistax tieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjonijiet kollha li jiġu mressqa kontra l-validitá għall-infurzar. Ma tistax, pereżempju, tieħu deċiżjoni dwar oġġezzjonijiet li jirrigwardjaw il-korrettezza tal-ġudizzji u d-deċiżjonijiet; u tista’ tirrifjuta li tisma’, darba speċifikat l-iskop jew in-natura tiegħu, jew għal xi raġuni oħra partikolari, għandu jiġi mogħti fi proċedimenti ordinarji.

FuqFuq

Id-debitur għandu ftit ta’ l-iskop li jsegwi kontrapretensjoni waqt l-infurzar. Il-kontrapretensjoni tista’ mbagħad tiġi mpattija – waqt li hu preżunt li l-kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa għaliha huma sudisfatti – waqt l-azzjoni tal-infurzar, dejjem jekk hija nfurzabbli, jew hija rikonoxxuta mill-parti li applikat għall-qbid, jew hija aċċettata bħala li hi ġġustifikata fuq xi bażi oħra.

3. Miżuri ta’ nfurzar

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu ikunu suġġetti għall-infurzar?

Fil-prinċipju, kull ma hu propjeta tad-debitur li għandu valur ekonomiku jista' jiġi maqbud. Sew propjetà immobbli kif ukoll dik mobbli tista' tiġi maqbuda. Propjetà mobbli tinkludi mhux biss assi fiżiċi ( bħal ma huma karozzi, vapuri jew ajruplani), imma wkoll pretensjonijiet legali, bħal pereżempju.

Jeżistu, madankollu, sensiela ta' assi li ma jistgħux jiġu maqbuda biex ikopru pretensjonijiet privati. Ftit mill-eżempji prinċipali huma kif inhu ġej:

  • pretensjonijiet fuq pagi li għadhom ma tħallsux.
  • pretensjonijiet fuq pensjonijiet u pretensjonijiet fuq xi forma ta' sosteniment ieħor mill-istat li għadu ma tħallasx.
  • assi koperti mill-kodiċi għall-infurzar tad-djun, jiġifieri, dawk l-assi li huma meħtieġa biex id-debitur u kull min joqogħod miegħu ikollu dar u standard ta' għejxien modest.
  • lagati vvinkulati u legati li għadhom ma ntirtux.
  • ħsarat personali u assi akkwistati biex jiġu kopruti ħsarat bħal dawn, fejn is-somma li trid titħallas b'kumpens jew l-assi kkonċernati jinżammu separati minn assi oħra tad-debitur.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri tal-infurzar?

La darba l-assi tad-debitur ġew maqbuda, ma jibqagħlux id-dritt sħiħ li jiddisponi mill-assi maqbuda. Id-debitur mhux intitulat li jiddisponi mill-assi maqbuda b'xi mod li jista' jkun detrimentali għall-kreditur bill-jeddijiet tiegħu fuq il-propjetà maqbuda; pereżempju, ma jistax ibigħ jew jittrasferixxi l-assi lit-terza parti. Bħala regola ġenerali, propjetà mobbli li ġiet maqbuda tibqa' fil-pussess tad-debitur sa' dak il-mument li jinżamm bejgħ pubbliku, ħlief jekk il-qorti tal-bejlif tiddeċidi li d-debitur għandu jiġi mċaħħad mid-dritt li jiddisponi mill-propjetà tiegħu.

FuqFuq

Jekk id-debitur jeħles mill-assi maqbuda b'mod li jmur kontra l-liġi, jista' jsir suġġett għal penali.

Jekk iktar minn debitur wieħed japplika għall-qbid tal-istess assi, il-prijorità tiġi stabbilita skont l-ordni li fiha ġew sottomessi t-talbiet lill-qorti tal-bejlif.

Id-debituri huma obbligati li jipprovdu dik l-informazzjoni kif rikjesta mill-qorti tal-bejlif sabiex jiġi eżerċitat l-infurzar. Jekk debitur ma josservax l-obbligu li jipprovdi l-informazzjoni, il-qorti tal-bejlif tista' tiddeċidi li għandu jingħata sentenza ta' ħabs sa' sitt xhur sakemm jagħmel dmiru billi jissuplixxi l-informazzjoni.

3.3. X’hini l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Il-qbid ta’ propjetà mobbli (minbarra karozzi, bastimenti u inġenji tal-ajru rreġistrati) ġeneralment tiskadi wara sena, sakemm il-kreditur bil-jedd tiegħu fuq il-proprjetà maqbuda diġà ssottometta rikjesta mal-qorti tal-bejlif biex l-assi inkwistjoni jiġu mibjugħa f’irkant pubbliku. Dal-perjodu jiġi kkalkulat miż-żmien li fih l-assi jiġu maqbuda.

Il-qbid ta’ propjeta immobbli, ta’ vetturi, ta’ bastimenti u ta’ inġenji tal-ajru jiskadi wara għaxar snin (iżda sa l-1 ta’ Jannar 2008 wara 20 sena).

4. Hemm possibiltà ta’ appell kontra l-infurzar?

B'mod ġenerali, huwa possibbli li jiġi rreġistrat appell quddiem il-qorti tal-appell (landstretten) kontra deċiżjonijiet meħuda mill-qorti tal-bejlif. L-appell irid jiġi rreġistrat sa' erba gimgħat mid-deċiżjonijiet meħuda mill-qorti tal-bejlif. Madankollu, appelli kontra deċiżjonijiet għall-qbid ta' assi ta' valur ekonomiku b'massimu ta' DKK 10,000 jistgħu jiġu resġistrati bil-permess tal-Kummissjoni għall-Eżenzjoni tal-Appell (Procesbevillingsnævnet), jekk jeżistu raġunijiet partikolari għal appell bħal dan.

Barra minhekk, każijiet li fuqhom iddeċidiet il-qorti tal-bejlif jistgħu jiġu reveduti, jiġifieri sottomessi għal eżami ieħor mill-qorti tal-bejlif. Jistgħu jiġu reveduti jekk il-partijiet fil-każ jaqblu jew jekk il-qorti tal-bejlif jidrilha li tistħoqq reviżjoni. Ir-reviżjoni tista' tkun meħtieġa, pereżempju, jekk id-debitur jew parti terza jipprovdu evidenza li permezz tad-deċiżjoni id-drittijiet tal-parti terza huma mittiefsa jew jekk id-debitur ma kienx preżenti waqt l-att tal-infurzar u issa qiegħed jinvoka ir-regoli tal-kodiċi tal-infurzar fuq id-djun miġbura fl-Att fuq l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Danimarka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit