Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Repubblika Ċeka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser “eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali”? 1.
1.1. Definizzjoni 1.1.
1.2. Inventarju tal-miżuri coercive ki jistgħu jġiegħlu lill-persuna konvenuta tagħmel xi ħaġa, ma tagħmilx xi ħaġa jew tħallas xi ħaġa 1.2.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titlu jew deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Eżekuzzjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet 2.1.
2.2. Eżekuzzjoni mill-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji 2.2.
3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni 3.
3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni 3.2.
3.3. X’inhi l-validità tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni? 3.3.
4. Hemm possibbilità ta’ appell? 4.

 

1. Xi tfisser “eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali”?

1.1. Definizzjoni

Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tfisser li l-osservazzjoni ta’ obbligazzjoni imposta b’deċiżjoni tal-qorti li jkollha effett legali (jiġifieri jekk ma tkunx deċiżjoni eżegwibbli b’mod proviżorju) tista’ tkun eżegwita, anki kontra l-volontà tal-persuna li kontrieha ġew imposti l-eżekuzzjoni jew ċertu att. L-infurzar jista’ wkoll ikun imsejjes fuq deċiżjoni mogħtija minn awtorità għajr il-qorti fejn id-dritt jippermetti dan – ngħidu aħna, awtorità amministrattiv tista’ toħroġ deċiżjoni fi kwistjonijiet li joħorġu minn relazzjonijiet irregolati bid-dritt ċivili.

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet hija rregolata bil-paragrafi 251 sa 351a tal-Parti Sitta ta’ l-Att Nru 99/1963 (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), kif emendata. Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eżekuzzjoni ma japplikawx għal sentenzi dwar ir-trobbija tal-minorenni, minħabba n-natura differenti (jiġifieri mhux marbuta ma’ proprjetà) ta’ l-obbligu eżekwit f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjoni tal-qorti li timponi li l-minorenni jgħaddu mill-kura ta’ persuna naturali għall-kura ta’ persuna naturali oħra.

Kreditur li t-talba tiegħu ma tiġix sodisfatta minn debitur jista’ jieħu s-sodisfazzjon ta’ kumpens jew bil-mezzi disponibbli fil-Parti Sitta tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif emendat, jew permezz ta’ rkant obbligatorju skond il-paragrafi 36 sa 61 ta’ l-Att Nru 26/2000 dwar l-irkanti pubbliċi (sodisfazzjon pekunarju obbligatorju) jew bil-mezzi disponibbli skond l-Att Nru 120/2001 dwar l-Eżekuturi Ġudizzjarji u l-Azzjoni ta’ l-Eżekuzzjoni (Il-Kodiċi ta’ l-Eżekuzzjoni), kif emendat (sodisfazzjon pekunarju jew mhux pekunarju obbligatorju).

FuqFuq

Il-mezzi individwali speċifiċi msemmija fil-Parti Sitta tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili huma deskritti fid-dettall hawn taħt.

Ta’ sinifikanza prinċipali għall-eżekuzzjoni huwa d-debitu titlu legali li jixhed li t-talba tal-kreditur hija ġustifikata (it-titlu ta’ l-eżekuzzjoni).

It-titli ta’ l-eżekuzzjoni huma:

  • deċiżjonijiet eżekwibbli tal-qorti li jagħtu dritt, jimponu obbligu jew jaffetwaw il-proprjetà;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli tal-qrati jew aġenziji oħra li jinfurzaw il-liġi, fi proċeduri kriminali, li jagħtu dritt, jimponu obbligu jew jaffettwaw il-proprjetà;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli tal-qorti fi proċeduri amministrattivi;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli ta’ kummissjonijiet ta’ l-arbitrazzjoni u ftehimiet approvati minnhom;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli ta’ nutara ta’ l-istat u ftehimiet approvati minnhom
  • kuntratti nutarili u eżekuttivi bil-kunsens għall-infurzar imfassla b’osservanza ta’ Atti speċifiċi;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli ta’ awtoritajiet amministrattivi pubbliċi, li jinkludu avviżi ta’ ħlas, noti ta’ l-arretrati dwar taxxa u dazju, u deċiżjonijiet u ftehimiet eżegwibbli oħra;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli u noti ta’ l-arretrati fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard u sigurtà soċjali;
  • deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej;
  • deċiżjonijiet eżekwibbli oħra, ftehimiet approvati u dokumenti li l-eżekuzzjoni ġudizzjarja tagħhom hija permessa bil-liġi.

Sejbiet eżekwibbli tal-qorti fi proċeduri għall-eżekuzzjoni jistgħu sempliċiment ikunu sejbiet li jimponu adempjiment ta’ xi tip fuq id-debitur. Dan jista’ jikkonsisti fl-obbligu li tingħata xi ħaġa, eż. li titħallas ċerta somma ta’ flus jew li tingħadda xi ħaġa, jew li ssir xi ħaġa, eż. li jitwettaq ċertu xogħol jew li titwettaq ċerta operazzjoni, jitneħħa bini mhux awtorizzat, jew li titħalla ssir xi ħaġa, eż. li ma jsirx indħil lill-parti intitolata fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fir-rigward ta’ servitù, jew li ma ssirx xi ħaġa, eż. li annimali fil-pussess ta’ l-individwu jinżammu milli jidħlu fuq il-proprjetà ta’ ġirien.

FuqFuq

Azzjoni li torbot lill-parti obbligata trid ukoll tiġi kkunsidrata bħala osservanza (ara l-paragrafu 251 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – jekk il-parti obbligata ma tosservax minn jeddha l-obbligu impost b’deċiżjoni eżekwibbli, il-parti intitolata tista’ tippreżenta mozzjoni għall-eżekuzzjoni ġudizzjarja).

1.2. Inventarju tal-miżuri coercive ki jistgħu jġiegħlu lill-persuna konvenuta tagħmel xi ħaġa, ma tagħmilx xi ħaġa jew tħallas xi ħaġa

Skond in-natura ta’ l-oġġett ta’ l-osservanza li għandha tintlaħaq bl-infurzar tad-deċiżjoni, hemm żewġ kategoriji ta’ metodi ta’ eżekuzzjoni (jew mezzi ta’  eżekuzzjoni) – l-osservanza ta’ drittijiet ta’ adempjiment pekunarju u l-osservanza ta’ drittijiet ta’ adempjiment mhux pekunarju.

L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li jimponu ħlas ta’ somma flus tista’ ssir permezz ta’ qbid ta’ pagi/salarju u dħul ieħor, debitu obbligatorju, il-bejgħ ta’ assi mobbli u immobbli, il-bejgħ ta’ negozju, u l-ħolqien ta’ garanzija ġudizzjarja fuq il-proprjetà immobbli.

F’termini ssimplifikati ħafna, fil-każ jew ta’ tnaqqis obbligatorju minn kont jew ta’ garanzija ġudizzjarja, il-qorti tordna li jekk persuna terza tkun ikkuntrattat debitu mal-parti obbligata (id-debitur/debitriċi), dik il-parti terza trid tagħti sodisfazzjon lill-persuna intitolata skond id-deċiżjoni tal-qorti minflok il-persuna debitriċi.

Skond il-paragrafu 313(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, f’ordni ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni l-qorti tipprojbixxi lill-parti obbligata li tiddisponi mid-debitu tagħha bl-ebda mod. Il-qorti tipprojbixxi lid-debitur/debitriċi tal-parti obbligata li jħallsu d-debitu lill-parti obbligata, li jpaċuh jew li jiddisponu minnu hekk kif jirċievu l-ordni ta’ eżekuzzjoni. Skond il-paragrafu 314a(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, deċiżjoni tiġi eżekwita, hekk kif ir-riżoluzzjoni li tordna l-eżekuzzjoni tkun daħlet fis-seħħ legalment, mid-debitur/debitriċi tal-parti obbligata li tħallas lill-parti intitolata kemm ikun speċifikat fl-ordni ta’ eżekuzzjoni. L-implikazzjoni hija li l-parti obbligata (il-kreditur/kreditiċi) titlef id-dritt għat-talba li jkollha kontra d-debitur/debitriċi tagħha (the obligated party’s debtor) u d-debitu jrid jitħallas lill-parti intitolata.

FuqFuq

Deċiżjoni li timponi xi obbligu ieħor għajr il-ħlas ta’ somma flus tiġi eżekwita skond in-natura ta’ l-obbligu impost. Dan jista’ jinvolvi żgumbrament, qbid ta’ beni, qsim ta’ proprjetà komuni, jew twettiq obbligatorju ta’ xogħol u azzjoni.

Fil-każ ta’ talba garantita, deċiżjoni tista’ tiġi eżekwita bil-bejgħ tal-garanzija, għalkemm il-bejgħ ta’ beni mobbli u immobbli, beni fi kwantità, gruppi ta’ beni u bini residenzjali jew mhux residenzjali taħt sjieda li ngħata bħala garanzija b’osservanza ta’ leġiżlazzjoni speċifika, jew bi tnaqqis obbligatarju ta’ talba ta’ flus mogħtija bħala garanzija jew bi rkupru kontra drittijiet oħra ta’ proprjetà mogħtija bħala garanzija.

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu titlu jew deċiżjoni eżegwibbli?

Fir-Repubblika Ċeka, kreditur/kreditriċi jistgħu jagħżlu jiħdux sodisfazzon dwar it-talba tagħhom permezz ta’ eżekuzzjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjoni (jiġifieri b’aġent għall-eżekuzzjoni ġudizzjarja) fi proċeduri skond il-paragrafi 251 sa 351a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jew permezz ta’ eżekuzzjoni mill-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji skond l-Att Nru 120/2001 dwar l-Eżekuturi Ġudizzjarji u l-Azzjoni għall-Eżekuzzjoni (L-Att dwar l-Eżekuzzjonijiet), kif emendat.

L-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji jaġixxu wkoll b’osservanza tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, speċjalment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw metodi individwali għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, bil-mezzi stabbiliti fil-Parti Sitta tal-Kodiċi.

FuqFuq

L-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji huma intitolati jwettqu l-azzjoni eżekuttiva, jiġifieri l-eżekuzzjoni obbligatorja tat-titli ta’ l-eżekuzzjoni.

Il-kreditur/kreditriċi m’għandhomx għalfejn ikunu rrappreżentati minn avukat meta jippreżentaw mozzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni.

L-eżekuzzjoni tista’ ġeneralment tiġi ordnata biss jekk id-deċiżjoni tappunta l-parti intitolata u l-parti obbligata, tiddefinixxi l-grad u l-kontenut ta’ l-obbligu ta’ l-osservanza li ġiet ippreżentata l-mozzjoni għall-eżekuzzjoni tagħha, u tispeċifika t-tliet limiti ta’ żmien għall-osservanza ta’ l-obbligu.

2.1. Eżekuzzjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet

Il-proċeduri għall-eżekuzzjoni huma rregolati bil-“prinċipju tad-dispożizzjoni”, jiġifieri dawn jistgħu jiġu inizjati fuq mozzjoni mill-parti intitolata biss. Jekk il-parti obbligata ma tosservax minn jeddha r-rekwiżit impost bid-deċiżjoni eżekwibbli, il-parti intitolata tista’ tippreżenta mozzjoni għall-eżekuzzjoni ġudizzjarja tad-deċiżjoni. L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tista’ tiġi ordnata u ssir biss bil-modi stipulati fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Id-deċiżjoni dejjem tieħu s-sura ta’ riżoluzzjoni ġudizzjarja. Meta tiġi eżekwita d-deċiżjoni, il-proċedura ma tistax tiġi sospiża u l-osservanza tal-limiti taż-żmien ma tistax tiġi rrinunzjata. Din mhijiex kwistjoni ta’ possibbiltà li l-proċedura tiġġedded.

Sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, il-qorti kompetenti biex tordna u twettaq l-eżekuzzjoni hija, fil-prinċipju, il-qorti ordinarja tal-parti obbligata, jiġifieri l-qorti distrettwali li l-parti obbligata tgħix fil-ġurisdizzjoni tagħha. Madanakollu, minflok il-qorti ordinarja tal-parti obbligata, il-qorti kompetenti għall-eżekuzzjoni tinvolvi l-bejgħ ta’ negozju (jew parti minnu) ngħidu aħna, hija l-qorti li n-negozju (jew parti minnu) jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħha, jekk l-eżekuzzjoni taffettwa proprjetà immobbli imma ma tinvolvix il-bejgħ ta’ negozju, il-qorti l-proprjetà tinsab fil-ġurisdizzjoni tagħha.

FuqFuq

Il-proċeduri tal-qorti fir-Repubblika Ċeka huma suġġetti għall-ħlas ta’ drittijiet tal-qorti. Id-drittijiet tal-qorti jitħallsu għall-proċeduri jew għal stadji individwali tal-proċeduri. Il-kwistjoni ta’ drittijiet tal-qorti hija rregolata bl-Att Nru 549/1991 dwar id-drittijiet tal-qorti, ki emendat. F’każijiet iġġustifikati debitament, l-Att jaħseb għall-eżenzjoni mid-drittijiet tal-qorti. Fil-każ ta’ drittijiet tal-proċeduri, l-obbligu tal-ħlas jidħol meta jiġu ppreżentati l-azzjoni jew mozzjoni oħra għall-ftuħ tal-proċeduri.

Drittijiet:

Għal mozzjoni biex tinħareġ ordni ta’ eżskuzzjoni ta’ deċiżjoni

  • għal sodisfazzjon pekunarju f’ammonti ta’ mhux iktar minn u li jinkludu 15 000 CZK CZK 300
  • għal sodisfazzjon pekunarju f’ammonti ta’ iktar minn 15 000 CZK 2 % ta’ l-ammont, b’massimu ta’ CZK 50 000
  • każijiet oħra CZK 1 000
2.2. Eżekuzzjoni mill-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji

L-Eżekuzzjoni ssir mill-eżekutur innominat mill-parti intitolata fil-mozzjoni għall-eżekuzzjoni u awtorizzata twettaq l-eżekuzzjoni bid-deċiżjoni tal-qorti. Atti mill-eżekutur huma kkunsidrati bħala atti tal-qorti.

Il-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni jiftħu bil-preżentazzjoni ta’ mozzjoni. L-eżekuzzjoni tista’ tiġi ordnata biss fuq mozzjoni tal-parti intitolata jew minn kwalunkwa persuna li tista’ tagħti prova li d-dritt ikkonċernat għadda lil jew ġie ttrasferit lilu (il-paragrafu 256(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-parti intitolata tista’ tippreżenta mozzjoni għal mandat ta’ eżekuzzjoni jekk il-parti obbligata ma tosservax minn jeddha r-rekwiżit li t-titlu ta’ l-eżekuzzjoni jimponi fuqu (ara iktar ’il fuq dwar it-titli ta’ l-eżekuzzjoni). Il-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni jibdew fil-jum meta tiġi riċevuta l-mozzjoni għal mandat ta’ eżekuzzjoni mill-eżekutur jew il-qorti kompetenti eżekuttiva flimkien ma’ l-appuntament ta’ l-eżekutur.

FuqFuq

Madanakollu, l-eżekutur jista’ jibda l-eżekuzzjoni biss jekk il-qorti awtorizzatu. Il-proċeduri ta’ l-eżekuzzjoni ma jistgħux jiġu sospiżi sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, eż. l-Att dwar l-Insolvenza u l-Konkors tal-Kredituri kif emendat (skond il-paragrafu 14 dikjarazzjoni ta’ insolvenza għandha, inter alia, l-effetti li ġejjin: il-proċeduri fejn debitur/debitriċi insolventi huwa parti fir-rigward ta’ talbiet dwar beni li jagħmlu parti mill-beni jew tad-debitur/debitriċi insolventi jew mit-talbiet li jridu jiġu sodisfatti minn dawk il-beni, jiġu sospiżi sakemm ma jkunux proċeduri kriminali (f’dan il-każ, madanakollu, ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-kumpens tad-danni), proċedur dwar il-manteniment tal-minuri, jew proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni; għajr fil-każ ta’ proċeduri dwar talbiet kontra debitur/debitriċi insolventi li jridu jiġu ppreżentati u ppruvati (il-paragrafu 20), il-proċeduri jitgħu jissuktaw fuq mozzjoni ta’ l-amministratur/amministratriċi jew partijiet oħra fil-proċeduri, u l-amministratur/amministratriċi jsiru parti fil-proċeduri minflok id-debitur/debitriċi insolventi).

Hawn ukoll, mhuwiex possibbli li tiġi rrinunzjata l-osservanza tal-limiti taż-żmien time limits jew li tiġi ppreżentata mozzjoni għat-tiġdid tal-proċeduri għall-eżekuzzjoni.

Mandat ta’ eżekuzzjoni għandu l-istess effett ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Mhuwa permissibbli l-ebda appell minn mandat ta’ eżekuzzjoni. L-eżekuzzjoni ssir fuq il-bażi tal-mandat hekk kif ir-riżoluzzjoni ġudizzjarja li tordna l-eżekuzzjoni tkun daħlet fis-seħħ.

FuqFuq

L-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji huma intitolati għal dritt għall-azzjoni ta’ l-eżekuzzjoni, riżarċiment ta’ l-ispejjeż fi flus, riżarċiment għall-ħin moħli fuq it-twettiq ta’ l-eżekuzzjoni u riżarċment għan-notifika tad-dokumenti/strumenti. Il-mod li bih isir ir-riżarċiment jiġi ddeterminat kif stabbilit bir-Regolament Nru 330/2001 tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Ir-riżarċiment għall-azzjoni għall-eżekuzzjoni jista’ jiġi jew ma jiġix stabbilit fil-kuntratt. Ir-riżarċiment mhux kuntrattwali huwa ffissat jew bħala perċentwal tas-sodisfazzjon miksub jew f’rata fissa għal każijiet li jinvolvu eżekuzzjoni mhux pekunarja.

3. L-oġġett u n-natura tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni

3.1. X’tipi ta’ beni jistgħu jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni
  • kontijiet bankarji - iva
  • beni mobbli tanġibbli - iva
  • mezzi tat-trasport irreġistrati - iva
  • beni immobbli - iva
  • oħrajn - eż. li jaffettwaw drittijiet oħra fuq il-proprjetà pleġġjata bħala garanzija, eż. drittijiet ta’ sehem f’negozju jew trejdmark irreġistrata
  • tipi ta’ oġġetti jew talbiet finanzjarji li mhumiex l-oġġett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni:

L-eżekuzzjoni ma tistax tapplika għal beni li l-bejgħ tagħhom huwa pprojbit b’dispożizzjonijiet speċifiċi jew li mhumiex suġġetti għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni skond dispożizzjonijiet speċifiċi.

L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ma jistx jiġi applikat għal beni li huma assolutment essenzjali fħall-ħtiġijiet materjali tad-debitur/debitiċi stess u tal-familja tagħhom jew għall-iskopijiet ta’ xogħol id- debitur/debitiċi, kif ukoll affarijiet oħra li l-bejgħ tagħhom imur kontra l-moralità, eż. oġġetti komuni ta’ l-ilbies, għamara u tagħmir normali tad-dar, ċrieket taż-żwieġ u oġġetti oħra ta’ natura simili, rekwiżiti għall-kura tas-saħħa u oġġetti oħra li jeħtieġ id-debitur minħabba mard jew diżabilità fiżika eċċ.

FuqFuq

Is-somma prinċipali ma tistax titnaqqas mill-paga tax-xahar tad-debitur/debitriċi; il-metodi kif titħallas huma stipulati b’digriet tal-Gvern Ċek.

L-eżekuzzjoni ma tapplikax għal talbiet biex jitħallas il-kumpens paid minn kumpanija ta’ l-assigurazzjoni skond kuntratt ta’ l-assigurazzjoni jekk il-kumpens irid jintuża għar-rikostruzzjoni jew it-tiswija ta’ bini.

Daqstant ieħor, l-eżekuzzjoni ma tapplikax għal benefiċċji ta’ kura soċjali pekunarja ta’ darba fil- u benefiċċji ta’ għajnuna soċjali mill-istat imħallsa b’osservanza tal-leġiżlazzjoni speċifika.

3.2. X’inhuma l-effetti tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni

Vis-à-vis debitur/debitriċi li ma josservawx il-miżura – id-deċiżjoni fuq beni tagħhom xorta hija valida, huma suġġetti għal xi sanzjonijiet?

Jekk id-deċiżjoni tal-qorti ma tispeċifikax il-limitu ta’ żmien għall-osservanza, l-obbligu impost irid jiġi osservat fi żmien tlett ijiem jew, fil-każ ta’ żgumbrament, fi żmien ħmistax-il jum miż-żmien meta tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni.

Skond in-natura ta’ l-oġġett ta’ l-osservanza (ara iktar ’il-fuq għat-tipi individwali ta’ osservanza pekunarja jew mhux pekunarja) li trid tinkiseb bid-deċiżjoni ta’ l-eżekuzzjoni, il-metodi ta’ l-eżekuzzjoni jvarjaw.

Minkejja dan, bħala regola ġenerali, wara li tkun ingħatat l-ordni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni l-qorti tieħu ħsieb l-implimentazzjoni tagħha. L-operazzjonijiet individwali għall-infurzar tad-deċiżjoni jistgħu jsiru minn impjegat/a tal-qorti (l-aġent għall-eżekuzzjoni) jekk il-liġi jew dispożizzjoni legali speċifika tippermetti jew jekk l-imħallef odjern/a jkunu awtorizzawh jagħmel dan; meta jagħmel dan, l-impjegat/a tal-qorti jsegwu l-istruzzjonijiet ta’ l-imħallef odjern/a.

FuqFuq

Jekk l-aġent għall-eżekuzzjoni jkun jeħtieġ jippreżenta azzjoni jew mozzjoni oħra għall-ftuħ ta’ proċeduri f’qorti jew xi entità oħra b’rabta ma’ l-operazzjonijiet għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, dan għandu jaġixxi f’isem l-Istate.

Il-grad tad-drittijiet ta’ l-eżekutur/eżekutriċi ġudizzjarji huwa simili. Sakemm l-Att dwar l-Eżekuturi ġudizzjarju ma jgħidx mod ieħor, eżekutur/eżekutriċi huma intitolati jwettqu l-operazzjonijiet kollha li l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u dispożizzjonijiet legali oħra soltu jħallu f’idejn imħallef, uffiċjal għall-eżekuzzjoni jew impjegat/a oħra tal-qorti għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-qorti.

Mandat ta’ eżekuzzjoni għandu l-effett ta’ ordni għall-eżekuzzjoni skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Taħt mandat ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni ssir bis-saħħa legali tar-riżoluzzjoni dwar il-mandat ta’ eżekuzzjoni. Fil-prinċipju, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiġu applikati skond il-każ għall-proċeduri għall-eżekuzzjoni.

Vis-à-vis partijiet terzi – x’inhuma l-obbligi tal-bank rigward l-għoti tat-tagħrif kif ukoll il-qbid ta’ kontijiet, x’inhuma s-sanzjonijiet fir-rigward tad-disprezz ta’ miżura għall-eżekuzzjoni?

F’ordni għall-eżekuzzjoni permezz ta’ tnaqqis obbligatorju mill-kont tad-debitur/debitriċi, il-qorti tordna lill-istituzzjoni finanzjarja ma tħallas l-ebda somma ta' flus mill-kont tal-parti obbligata, ma tagħmel l-ebda tpaċija u ma tiddisponix mill-kont bl-ebda mod sa l-ammont tat-talba eżekwita u l-aċċessjonijiet relatati, mill-mument li tirċievi r-riżoluzzjoni.

FuqFuq

Il-qorti tikkonsenja r-riżoluzzjoni dwar l-ordni għall-eżekuzzjoni lill-parti intitolata, il-parti obbligata u l-istituzzjoni finanzjarja. Din tiġi kkonsenjata direttament lill-istituzzjoni finanzjarja. Ir-riżoluzzjoni ma tistax tiġi kkonsenjata lill-parti obbligata qabel ma tkun ġiet ikkonsenjata lill-istituzzjoni finanzjarja.

Il-Kodiċi ta’ l-Eżekuzzjoni (il-paragrafu 44(4) u (7)) jirregola wkoll il-projbizzjoni dwar id-disponiment tal-proprjetà tal-parti obbligata.

Mill-waqt meta r-riżoluzzjoni dwar l-ordni għall-eżekuzzjoni tiġi kkonsenjata lill-istituzzjoni finanzjarja, il-parti obbligata titlef id-dritt li tiġbed il-flus mill-kont tagħha, li tuża dawn il-flus għall-ħlas jew li tiddisponi mill-flus bi kwalunkwa mod ieħor sa l-ammont tat-talba eżekwita u aċċessjonijiet oħra.

Jekk l-istituzzjoni finanzjarja ma taġixxix kif meħtieġa bid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-parti intitolata tista’ titlob mill-istituzzjoni finanzjarja il-ħlas ta’ l-ammont li kienet tkun intitolata għalih li kieku l-parti l-oħra aġixxiet kif jixraq, anki jekk il-kont tal-parti obbligata ma fihx biżżejjed flus.

B’talba tal-parti li d-dritt tagħha għall-ħlas ta’ somma flus huwa rikonoxxut bid-deċiżjoni, il-qorti tista’ tistaqsi lill-persuna li tintalab tħallas jekk u mingħand min tirċievi paga jew xi dħul ieħor regolari u, fejn ikun jixraq, ma’ liema bank, fergħa ta’ bank barrani jew kooperattiva għat-tfaddil u l-kreditu għandha l-kontijiet tagħha u n-numru ta’ dawk il-kontijiet.

Il-parti interrogata trid twieġeb lill-qorti fi żmien ġimgħa mill-konsenja tal-mistoqsijiet. Jekk din ma tikkonformax ruħha jew jekk tagħti dettalji inkorretti jew inkompleti fit-tweġiba tagħha, il-qorti tista’ timponi multa proċedurali ta’ mhux iktar minn CZK 50 000.

FuqFuq

Skond l-Att Nru 21/1992 dwar il-banek, kif emendat, mhux meqjus ksur tal-kunfidenzjalità li jingħata tagħrif miksub b’rabta ma’ l-applikazzjoni ta’ xogħol bankarju, b’osservanza tal-kundizzjonijet stabbiliti bil-liġi, li entitajiet pubbliċi u persuni oħra fir-Repubblika Ċeka, jekk dak it-tagħrif jingħatalhom biex iwettqu dmirijiethom.

3.3. X’inhi l-validità tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni?

Ara iktar ’il-fuq.

4. Hemm possibbilità ta’ appell?

Iva, jista’ jiġi ppreżentat appell minn riżoluzzjoni għall-eżekuzzjoni b’osservanza tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili dwar miżuri ta’ rimedju.

Parti fi proċeduri jista’ jikkontesta deċiżjoni ta’ qorti distrettwali jew qorti reġjonali mogħtija fi proċeduri fil-prima istanza, jekk dan ma jkunx ipprojbit bid-dritt.

Mhuwiex ammissibbli appell minn sentenza li tagħti deċiżjoni dwar sodisfazzjoni pekunarju li ma jaqbiżx l-CZK 2 000, minbarra aċċessjonijiet relatati; dan ma japplikax għal deċiżjonijiet ta’ għarfien u deċiżjonijiet wara kontumaċa. Appell mill-bażijiet ta’ deċiżjoni mhux ammissibbli.

Appell irid jiġi ppreżentat fil-qorti li tat id-deċiżjoni li mnnha qed issir l-appell fi żmien ħmistax-il jum mill-għoti tal-kopja bil-miktub tad-deċiżjoni. Jekk tinħareġ riżoluzzjoni emendata dwar is-sejbiet tad-deċiżjoni, il-limitu ta’ żmien jibda għaddej mill-ġdid minn meta r-riżoluzzjoni emendata tidħol fis-seħħ.

Jekk persuna intitolata tippreżenta appell ammissibbli fil-ħin, id-deċiżjoni ma tidħolx fis-seħħ legalment qabel ma l-qorti tagħti deċiżjoni effettiva legalment dwar l-appell.

Dwar appelli f’każ ta’ eżekuzzjoni li ssir mill-eżekutur ġudizzjarju/eżekutriċi ġudizzjarja, skond il-paragrafu 44(10) ta’ l-Att dwar l-Eżekuzzjoni appell mir-riżoluzzjoni ġudizzjarja dwar il-mandat ta’ eżekuzzjoni hija ammissibbli, imma ma jista’ jikkontesta l-ebda fatti għajr dawk materjali għall-mandat ta’ eżekuzzjoni; il-qorti tinjora kwalunkwa fatti oħra u tikkonferma l-mandat ta’ eżekuzzjoni. Jekk l-appell ma jkunx fih fatti materjali għall-mandat ta’ eżekuzzjoni jew assolutament l-ebda fatti, il-qorti tiċħad l-appell b’riżoluzzjoni. Skond il-paragrafu 47(3) ta’ l-Att l-ebda rimedju legali mhuwa ammissibbli kontra mandat ta’ eżekuzzjoni.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit