Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Belġju

L-aħħar aġġornament: 01-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


NB: id-dispożizzjonijiet legali kollha msemmija f’dan id-dokument jistgħu jinstabu fil-Federale Overheidsdienst Justitie Deutsch - français - Nederlands taħt l-intestatura "geconsolideerde wetgeving"



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni? 3.
3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri? 3.3.
4. Hemm possibilità ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tagħti miżura bħal din? 4.

 

1. Xi tfisser l-eżekuzzjoni f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

Jekk debitur jonqos li jħares volontarjament sentenza legali, l-attur jista’ jeżegwixxi l-konformità permezz tal-qrati, din hija magħrufa bħala eżekuzzjoni obbligatorja. Jeħtieġ titolu eżekuttiv (l-Artikolu 1386 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), għaliex jinvolvi indħil fl-isfera legali personali tad-debitur. Is-soltu titolu bħal dan ikun sentenza jew att nutarili. B’rispett għall-privatezza tad-debitur it-titolu ma jistax ikun eżegwit f’ċerti ħinijiet (l-Artikolu 1387 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). It-titolu jkun eżegwit minn marixxall.

L-eżekuzzjoni obbligatorja s-soltu tintuża għall-irkupru tal-flus, imma tista’ tkun applikata għall-eżekuzzjoni ta’ twettiq ta’ att.

Aspett importanti ieħor huwa l-ħlas ta’ penali (l-Artikolu 1385a tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan huwa mezz kif issir pressjoni fuq persuna misjuba ħatja biex tinkoraġġixxi l-ħarsien ta’ sentenza legali. Iżda, il-ħlas ta' penali ma jistax ikun impost f'ċerti każijiet: meta l-persuna tkun ikkundannata tħallas somma ta’ flus jew biex tħares kuntratt ta’ l-impjieg u meta ma jkunx kumpatibbli mad-dinjità tal-bniedem. Il-ħlas ta’ penali huwa eżegwit fuq il-bażi ta’ titolu li jipprovdi għalih u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ titolu ieħor.

Fil-każ ta’ persuna kkundannata li tħallas somma ta’ flus, it-talba hija eżegwita kontra l-assi tad-debitur u tissejjaħ qbid. Issir distinzjoni bejn it-tip ta’ beni maqbudin (mobbli jew immobbli)1 u n-natura tal-qbid (qbid kawtelatorju u qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza). Il-qbid kawtelatorju jintuża f’każijiet ta’ emerġenza biex il-beni jitpoġġew taħt il-ħarsien tal-qorti: is-sitwazzjoni tiġi ffriżata biex tissalvagwardja kull eżekuzzjoni sussegwenti. Mingħand min jinqabdu l-beni ma jkollux aktar kontroll fuqhom u ma jistax ibiegħhom jew jiddisponi minnhom. Meta l-beni ta’ debitur jinqabdu fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza jinbiegħu u d-dħul jingħata lill-attur. L-attur m’għandux dritt għall-beni maqbudin innifishom, imma biss għad-dħul mill-bejgħ tagħhom.

FuqFuq

Barra mill-qbid kawtelatorju normali u l-qbid fl-eżekuzzjoni ta' proprjetà mobbli u immobbli hemm ukoll regoli speċjali għall-qbid ta’ bastimenti (l-Artikoli 1467 sa 1480 u l-Artikoli 1545 sa 1559 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)., qbid fil-każ ta’ falsifikazzjoni (l-Artikoli 1481 sa 1488), sekwestru (l-Artikolu 1461 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) replevin (l-Artikoli 1462 sa 1466 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) u l-qbid ta’ frott u uċuħ mhux miġburin jew maħsudin (l-Artikoli 1529 sa 1538 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Fil-bqija ta’ dan id-dokument ser nikkonsidraw biss l-qbid normali.

2. X’inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu joħorġu titolu jew deċiżjoni eżegwibbli?

2.1. Il-proċedura
2.1.1. Il-Qbid Kawtelatorju

Għal qbid kawtelatorju jeħtieġ il-permess ta’ l-imħallef tal-qbid (l-Artikolu 1413 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għandha tintalab l-awtorizzazzjoni permezz ta’ rikors ex parte (l-Artikolu 1417 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). L-istess rikors ma jistax jintuża għall-qbid ta’ proprjetà mobbli u immobbli. Għall-qbid ta’ proprjetà immobbli f’kull każ dejjem teħtieġ talba separata.

L-imħallef tal-qbid għandu jieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn tmint ijiem wara d-depożizzjoni tar-rikors (l-Artikolu 1418 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). L-imħallef jista’ jiddeċiedi li jirrifjuta l-permess jew jagħtih għal kollox jew f’parti lill-attur. Id-deċiżjoni ta’ l-imħallef tal-qbid għandha tkun innotifikata lid-debitur. Id-deċiżjoni tinħareġ lill-marixxal li mbagħad jieħu l-passi meħtieġa.

Hemm eċċezzjoni waħda importanti għal din ir-regola, fejn il-permess ta’ l-imħallef tal-qbid mhux meħtieġ: kull sentenza tikkostitwixxi awtorizzazzjoni għall-impożizzjoni ta’ qbid kawtelatorju fir-rigward tas-sentenzi mogħtija (l-Artikolu 1414 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Hawnhekk, ukoll, trid tkun kwistjoni ta’ urġenza. Is-sentenza sempliċiment tingħata lill-marixxall li jieħu l-passi meħtieġa biex jaqbad il-beni.

FuqFuq

Qbid kawtelatorju jista’ jkun ikkonvertit fi qbid eżekuttiv (l-Artikoli 1489 sa 1493 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

2.1.2. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza

A. Ġenerali

Dan it-tip ta’ qbid jista’ jsir biss skond titolu eżekuttiv (l-Artikolu 1494 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Is-sentenzi2 u l-atti3 jistgħu jkunu eżegwiti biss meta tkun prodotta kopja ċċertifikata4 jew l-oriġinal,5 akkumpanjati mill-formula leġiżlattiva preskritta mid-Digriet Irjali.6

Is-sentenza tal-qorti tkun innotifikata lill-konvenut minn qabel (l-Artikolu 1495 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Jekk it-titolu eżekuttiv huwa sentenza, in-notifika minn qabel hija obbligatorja f’kull każ, għan-notifika tad-debitur. Iżda, jekk it-titolu eżekuttiv huwa att, mhux meħtieġa, għaliex id-debitur diġà jkun jaf bit-titolu. Il-perjodi permessi għar-reviżjoni jew l-appell jibdew meta s-sentenza tkun innotifikata. Il-perjodi ta’ l-appell għandhom l-effett li jissospendu l-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza (imma mhux qbid kawtelatorju) f’każijiet meta parti tkun ġiet kkundannata li tħallas somma ta’ flus. L-eżekuzzjoni kawtelatorja (sentenza li hija eżegwibbli proviżorjament) tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-effett sospensiv ta’ proċeduri ta’ reviżjoni jew ta’ appell.

It-tieni stadju fl-isforżi ta’ l-attur biex iġiegħel il-bejgħ tal-propjetà huwa l-ordni tal-ħlas (l-Artikolu 1499 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan huwa l-ewwel att ta' eżekuzzjoni u l-aħħar twissija għad-debitur, li jkun għadu jista' jevita l-qbid f'dan l-istadju. Hemm perjodu ta’ stennija wara li toħroġ l-ordni tal-ħlas ta’ jum g]all-qbid ta’ proprjetà mobbli (l-Artikolu 1499 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) u 15-il jum għall-proprjetà immobbli (l-Artikolu 1566 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). L-ordni għandha tkun innotifikata lid-debitur u tikkostitwixxi avviż ta’ kontumaċja u talba għall-ħlas. L-eżekuzzjoni obbligatorja tista’ sservi biss għall-irkupru ta’ l-ammonti msemmija fl-ordni tal-ħlas.

FuqFuq

Fl-aħħar tal-perjodu ta’ stennija l-beni jistgħu jinqabdu. Dan isir b'mandat tal-marixxall. Għalhekk l-eżekuzzjoni ssir permezz ta’ uffiċjal kompetenti bħala intermedjarju. Dan l-uffiċjal jitqies bħala l-aġent ta’ l-attur; il-funzjoni tiegħu hija stabbilita bil-liġi u jaħdem taħt sorveljanza ġudizzjarja.7 Għandu responsabilità kontrattwali lejn l-attur u responsabilità mhux kontrattwali lejn terzi (skond il-liġi u fuq il-bażi ta’ dmir ġenerali li ma jagħmilx ħsara).

Fi żmien 24 siegħa mill-att, il-marixxall jibgħat avviż lill-iskrivan tal-qorti ta’ l-ewwel istanza fil-post fejn sar il-qbid (l-Artikolu 1390 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). L-avviż huwa obbligatorju kemm għall-beni mobbli u dawk immobbli. Mhux possibbli li jsir qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew f’proċedura għad-diviżjoni tad-dħul mingħajr ma l-ewwel ikunu kkonsultati l-avviżi tal-qbid (l-Artikolu 1391 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Din ir-regoli kienet introdotta biex tipprevjeni qbid bla bżonn u biex issaħħaħ id-dimensjoni kollettiva tal-qbid.

B. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza: beni mobbli

Dan jeħtieġ ordni ta' ħlas, li d-debitur għandu d-dritt li jopponi. Il-qbid isir bil-mandat tal-marixxall u fl-ewwel istanza huwa miżura kawtelatorja: il-beni ma jiċċaqalqux u m’hemmx bidla fil-proprjetà tagħhom u fl-użu. Huwa possibbli wkoll li jinqabdu beni f’post li ma jkunx id-dar tad-debitur u fil-post ta’ terz.

Fil-każ ta’ proprjetà mobbli l-qbid mhux limitat għall-proċedura waħda biss, imma m’hemmx, tista’ tgħid, lok tat-tieni qbid fuq l-istess beni, minħabba l-ispejjeż. involuti. Meta tasal il-qasma proporzjonata tad-dħul mill-bejgħ tal-beni tad-debitur, l-atturi, ħlief għal dak li jkun għamel il-qbid, ikunu involuti (l-Artikolu 1627 ff tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

FuqFuq

Issir riferta (rapport uffiċjali) tal-qbid. Il-beni maqbudin jinbiegħu l-aktar kmieni wara xahar min-notifika jew in-notifika tal-kopja tar-riferta. Dan id-dewmien huwa maħsub biex jagħti lid-debitur l-aħħar possibilità biex il-bejgħ ma jsirx. Il-bejgħ għandu jkun irriklamat lill-pubbliku permezz ta’ kartelluni u avviżi fil-gazzetti. Isir f’kamra għall-irkantijiet jew f’suq pubbliku, sakemm ma jkunx hemm talba għal post aktar xieraq. Isir minn marixxall, li jikteb rapport uffiċjali u jiġbor id-dħul mill-bejgħ. Fi żmien 15-il jum il-marixxall jaqsam id-dħul proporzjonatament (l-Artikolu 1627 ff. tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Din il-proċedura s-soltu tiġi solvuta amikevolment, u jekk le l-kwistjoni tintbagħat lill-imħallef tal-qbid.

Ċ. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza: beni immobbli (l-Artikolu 1560 ff tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-eżekuzzjoni tibda bin-notifika ta’ ordni tal-ħlas.

Il-qbid imbagħad isir l-aktar kmieni fi żmien 15-il ġurnata u mhux aktar tard minn sitt xhur wara, u fin-nuqqas l-ordni ma tibqax legalment valida. Il-mandat tal-qbid imbagħad għandu jkun traskritt fl-atti tar-reġistru ta’ l-ipoteki fi żmien 15-il jum u nnotifikat fi żmien sitt xhur. L-att tat-traskrizzjoni tal-mandat jagħmel il-proprjetà mhux disponibbli u huwa validu għal massimu ta’ sitt xhur. In-nuqqas li l-mandat ikun traskritt jagħmel lill-qbid invalidu. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, bid-differenza tal-proprjetà mobbli, il-prinċipju ta’ qbid wieħed ma japplikax (proprjetà li nqabdet darba ma tistax tinqabad għat-tieni darba).

L-aħħar pass huwa rikors lill-imħallef tal-qbid biex jaħtar nutar biex jieħu ħsieb il-bejgħ tal-beni u l-gradwazzjoni tal-kredituri. Id-debitur jista’ jippreżenta stqarrija ta’ oppożizzjoni kontra l-azzjonijiet tan-nutar maħtur ma’ l-imħallef tal-qbid. Ir-regoli l-oħra dwar il-bejgħ tal-beni huma stabbiliti b’mod ċar mil-liġi (ara l-Artikoli 1582 ff. tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-bejgħ huwa normalment pubbliku, imma fuq l-inizjattiva ta’ l-imħallef jew fuq talba ta' l-attur li jagħmel il-qbid jista' jkun possibbli bejgħ privat. Id-dħul mill-bejgħ imbagħad jinqasam fost il-kredituri differenti skond l-ordni miftehma tal-prijorità (il-gradwazzjoni) (ara l-Artikoli 1639 to 1654 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). It-tilwim dwar il-gradwazzjoni tal-kredituri jintbagħat lill-imħallef tal-qbid.

FuqFuq

2.1.3. Is-sekwestru

Dan huwa l-qbid tal-krediti li d-debitur għandu fuq terz (eż. l-qbid tal-qligħ mingħand min iħaddmu). Għalhekk dan it-terz huwa debitur sekondarju ta’ l-attur li jagħmel il-qbid. Is-sekwestru (beslag onder derden) mhux l-istess bħalma meta jinqabdu l-beni tad-debitur imma li jinsabu fil-post ta’ terz (beslag bij derden).

Il-kreditu li huwa l-bażi għall-qbid huwa t-talba tal-kreditur fuq id-debitur li kontrih sar il-qbid. Il-kreditu li fuqu jsir il-qbid huwa l-kreditu li kontra minn sar il-qbid ikollu fuq terz/debitur sekondarju.

Regoli ddettaljat fuq is-sekwestru jinstabu fl-Artikoli 1445 sa 1640 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (qbid kawtelatorju) u l-Artikoli 1539 sa 1544 tal-Kodiċi Ġudizzjarju għall-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza.

2.1.4. L-ispejjeż

Flimkien ma’ l-ispejjeż. legali, għandhom jitqiesu l-ispejjeż. tal-marixxalli f’każijiet ta’ qbid. Id-drittijiet għas-servizzi uffiċjali tal-marixxall huma stabbiliti fid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976 li jiffissa r-rati għall-atti tal-marixxalli fil-kawżi ċivili u kummerċjali u r-rata għal ċerti ħlasijiet addizzjonali (ara Federale Overheidsdienst Justitie Deutsch - français - Nederlands).

2.2. Il-kondizzjonijiet sostantivi

A. Qbid kawtelatorju

FuqFuq

Kull attur li għandu kreditu li juri ċerti karatteristiċi jista’ jagħmel qbid kawtelatorju, immaterjalment mill-valur tal-beni maqbudin u l-ammont tat-talba (ara l-Artikolu 1413 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-ewwel prekondizzjoni għal dan it-tip ta’ qbid hija l-urġenza: is-solvenza tad-debitur trid tkun f’perikolu, bir-riżultat li l-bejgħ sussegwenti ta’ l-assi jitpoġġa f’perikolu. Id-deċiżjoni jekk din il-kondizzjoni titħarisx issir mill-qorti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. Għandu jkun hemm l-urġenza, mhux biss fil-mument li jsir il-qbid, imma wkoll meta ssir stima tal-bżonn biex ikompli l-qbid. Hemm xi ftit eċċezzjonijiet għal din il-kondizzjoni: il-qbid fil-każijiet ta’ falsifikazzjoni, il-qbid għal djun fuq il-kambjali u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza barranija.

It-tieni kondizzjoni għal qbid kawtelatorju hija li l-attur għandu jkollu kreditu. Jekk hemm bżonn ta' kreditu għandu jissodisfa ċerti kondizzjonijiet (l-Artikolu 1415 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għandu jkun definittiv (mhux kondizzjonali), pagabbli (tapplika wkoll għall-garanziji għat-talbiet futuri) u fiss (ammont li kien determinat jew jista’ jkun determinat). In-natura u l-ammont tal-kreditu, min-naħa l-oħra huma immaterjali. L-imħallef tal-qbid jiddeċiedi jekk dawn il-kondizzjonijiet tħarsux, imma l-qorti li wara tisma’ l-kawża ma tkunx marbuta b’din id-deċiżjoni.

It-tielet, l-attur li jitlob il-qbid kawtelatorju għandu jkun kompetenti li jagħmel hekk. Dan huwa att ta’ kontroll (mhux ta’ użu) li jista’, jekk meħtieġ, isir minn rappreżentant legali.

Jeħtieġ il-permess ta’ l-imħallef tal-qbid sakemm l-attur ma jkunx kiseb sentenza diġà (ara fuq). Iżda, dan mhux meħtieġ għas-sekwestru kawtelatorju jew is-sekwestru jew għal atturi li diġà kisbu sentenza (l-Artikolu 1414 tal-Kodiċi Ġudizzjarju): kull sentenza tikkostitwixxi titolu eżekuttiv). L-atti nutarili jipprovdu wkoll titolu eżekuttiv.

FuqFuq

B. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza

Hawn, ukoll, jeħtieġ titolu eżekuttiv (l-Artikolu 1494 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan jista’ jkun deċiżjoni ġudizzjarja, strument awtentiku, mandat ta’ eżekuzzjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa, sentenza barranija bl-exequatur, eċċ.

It-talba għandha titfisser f’att li jissodisfa ċerti kriterji. Bħal fil-qbid kawtelatorju, il-kreditu irid ikun ċert, fiss u pagabbli. It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1494 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jgħid li l-qbid magħmul biex jinkiseb il-ħlas tad-dħul dovut f’rati japplika wkoll għar-rati futuri, kif dawn isiru dovuti.

It-titolu għandu jkun kurrenti wkoll. L-imħallef tal-qbid ma jikkonsidrax it-titolu kurrenti jekk il-kreditur tal-qbid m’għadux attur jew jekk il-kreditu kollu jew parti minnu m’għadux attiv (għaliex preskritt, tħallas jew kien hemm ftehim mod ieħor).

3. L-għan u n-natura tal-miżuri ta’ l-eżekuzzjoni?

3.1. X’tip ta’ assi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-eżekuzzjoni?

A. Ġenerali

Jistgħu jinqabdu biss il-beni mobbli u immobbli proprjetà ta’ debitur. Il-beni li jkunu l-proprjetà ta’ terz ma jistgħux jinqabdu, għalkemm huwa irrilevanti fil-pussess ta’ min jinsertaw ikunu l-beni tad-debitur. Huwa għalhekk possibbli li l-beni jinqabdu fil-post ta’ terz, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni tal-qorti (l-Artikolu 1503 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

L-attur normalment jista’ jirkupra d-dejn mill-assi kurrenti tad-debitur. Huwa biss jekk id-debitur ikun b’mod diżonest irrenda ruħu insolventi li jkun possibbli wkoll li l-assi li kellu qabel jinqabdu. Il-qbid ta’ assi futuri normalment mhux possibbli, bl-eċċezzjoni ta’ talbiet futuri.

FuqFuq

Il-frott tal-beni maqbudin normalment jibqa’ mal-persuna li għandha jsir il-qbid fil-każ tal-qbid kawtelatorju. Fil-każ ta’ qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza, iżda, il-frott huwa suġġett ukoll għall-qbid u għalhekk immur għand il-kreditur li jagħmel il-qbid.

Huwa possibbli li jinqabad patrimonju indiviż, imma l-bejgħ obbligatorju tal-proprjetà huwa sospiż sakemm il-partimonju jinqasam (ara per eżempju l-Artikolu 1561 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Jgħoddu regoli speċjali għall-konjuġi.

B. Beni eliġibbli għall-qbid

Il-beni għandhom ikunu eliġibbli għall-qbid. Xi beni ma jistgħux jinqabdu. L-eżenzjoni tagħhom mill-qbid għandha tkun minħabba dispożizzjoni statutorja, jew in-natura tal-beni jew il-fatt li għandhom assoċjazzjoni stretta personali mad-debitur. Mhux possibbli, per eżempju, li jkunu eżentati beni mill-qbid minħabba l-iskop. Dawn il-beni għalhekk m’humiex eliġibbli għall-qbid:

  1. Il-beni elenkati fl-Artikolu 1408 Ger. W. Din ir-restrizzjoni kienet introdotta biex tiggarantixxi kondizzjonijiet raġonevoli ta’ ħajja għad-debitur u l-familja tiegħu.
  2. Beni li m’għandhom l-ebda valur għall-bejgħ u li għalhekk m’għandhom l-ebda użu għall-attur.
  3. Beni li m’humiex trasferibbli għaliex huma assoċjati mill-qrib mad-debitur personalment.
  4. Beni esklużi mill-qbid b’leġiżlazzjoni speċifika (eż. id-dħul u l-pagi tal-minuri, kotba u mużika mhux ippubblikati, u d-dħul tal-ħabsin minn xogħol fil-ħabs).
  5. Il-pagi (qbid tad-dħul) u talbiet simili huma s-soltu eliġibbli għall-qbid b’mod limitat (ara l-Artikoli 1409, 1409a u 1410(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan jinkludi, per eżempju, ħlasijiet ta’ manteniment mogħtija mill-qorti lill-konjugi bla ħtija. Iżda, xi ħlasijiet, bħad-dħul minimu tas-sussistenza, huma esklużi kompletament mill-qbid (ara l-Artikolu 1410(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Iżda, ir-restrizzjonijiet dwar l-eliġibilità għall-qbid ma japplikawx għall-atturi li qed ifittxu li jirkupraw id-dejn tal-manteniment, li t-talbiet tagħhom jieħdu preċedenza (ara l-Artikolu 1412 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Fl-imgħoddi l-gvern kien igawdi immunità mill-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni, bir-riżultat li ma kienx ikun possibbli li tinqabad il-proprjetà tal-gvern. Dan issa nbidel xi ftit bl-Artikolu 1412a tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

FuqFuq

Hemm regoli speċjali dwar il-qbid tal-bastimenti u l-inġenji ta’ l-ajru (għall-qbid kawtelatorju ara l-Artikoli 1467 to 1480 tal-Kodiċi Ġudizzjarju u għall-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza ara l-Artikoli 1545 sa 1559 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

NB: Kienet adottata dan l-aħħar leġiżlazzjoni ġdida dwar il-kontijiet bankarji fil-Belġju: De wet betreffende de onvatbaarheid voor beslag en de onoverdraagbaarheid van de bedragen waarvan sprake is in de artikelen 1409, 1409 bis en 1410 van het Gerechtelijk Wetboek wanneer die bedragen op een zichtrekening gecrediteerd zijn (Att dwar l-ineliġibilità tal-qbid u n-non-trasferibilità ta’ ħlasijiet imsemmija fl-Artikoli 1409, 1409a u 1410 tal-Kodiċi Ġudizzjarju meta dan il-ħlas ikun ikkreditat f’kont kurrenti (ippubblikat fil-Belgisch Staatsblad (Gazzetta Uffiċjali), it-2 ta’ Lulju 2004). Dan għadu mhux fis-seħħ, hemm bżonn ta’ Digriet Irjali għall-implimentazzjoni tiegħu (ara l-Artikolu 5 ta’ l-Att). Il-leġiżlazzjoni testendi r-restrizzjonijiet u l-eżenzjonijiet pprovduti fl-artikoli rilevanti tal-Kodiċi Ġudizzjarju biex jinkludi ammonti kkreditati fil-kontijiet kurrenti.

C. Kantonnement (ħlas parzjali)

Meta jinqabad oġġett, il-qbid is-soltu japplika għall-oġġett kollu, ukoll jekk il-valur jaqbeż l-ammont tat-talba. Dan hu ta’ żvantaġġ serju għad-debitur, għaliex l-oġġett ma jkunx fid-dispożizzjoni tiegħu għal kollox. Biex itaffi l-impatt ta’ dan, il-leġiżlatur Belġjan ippermetta l-possibilità tal-kantonnement: id-debitur jiddepożita ċertu somma u jitħalla jerġa’ juża l-proprjetà tiegħu (ara l-Artikoli 1403 sa 1407 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

FuqFuq

Kemm fil-qbid kawtelatorju u l-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza, jista’ jsir ħlas parzjali fir-rigward ta’ jew it-talba li kienet il-kawża tal-qbid jew l-oġġett tal-qbid innifsu. Fl-ewwel każ il-ħlas parzjali jieħu post il-proprjetà maqbuda, li mbagħad tmur lura għand id-debitur. Fit-tieni każ, l-oġġett maqbud sempliċiment jiċċaqlaq.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

A. Qbid

Fil-mument li l-oġġetti jinqabdu d-debitur jitlef id-dritt li jiddisponi minnhom. Iżda, il-qbid ma jagħtix lill-kreditur li jagħmlu kreditu preferenzjali. L-iskwalifika tfisser li d-debitur mhux permess li jbiegħ, jittrasferixxi jew jagħmel xi piż fuqhom. Iżda, l-oġġetti jibqgħu fil-pussess tad-debitur. F’termini prattiċi m’hemmx bidla fis-sitwazzjoni; iżda s-sitwazzjoni legali hija differenti.

Il-piena għall-ksur ta’ din l-iskwalifika hija li l-azzjonijiet magħmulin mill-persuna li mingħandha sar il-qbid ma jorbtux lill-kreditur li jagħmel il-qbid.

Iżda, l-iskwalifika hija relattiva biss fis-sens li tapplika biss għall-vantaġġ tal-kreditur li jagħmel il-qbid. L-atturi l-oħra xorta jridu jissaportu ċ-ċaqliq fl-assi tad-debitur. Iżda, hija kwistjoni sempliċi għalihom li jassoċjaw ruħhom mal-qbid li diġà jkun ingħata.

L-iskwalifika hija l-ewwel stadju fil-proċess tal-bejgħ ta’ l-assi. Il-beni jiġu fil-kontroll tal-qorti. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza għalhekk għandu wkoll funzjoni kawtelatorja fl-ewwel lok.

B. Sekwestru

Din il-forma ta’ qbid tneħħi l-kontroll minn fuq il-kreditu kollu maqbud, immaterjalment mill-valur tat-talba li kienet il-bażi tal-qbid. Is-sekwestrat jista’ jagħmel ħlas parzjali (kantonneren). Azzjonijiet li jimminaw t-talba m’humiex eżegwibbli kontra l-kreditur li jagħmel il-qbid. Meta s-sekwestru jkun innotifikat ma jista’ jkun hemm l-ebda pagament ieħor bejn il-persuna li mingħandha sar il-qbid u s-sekwestrat.

FuqFuq

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

A. Qbid kawtelatorju

Il-qbid kawtelatorju huwa validu sa tliet snin. Fil-każ ta’ qbid ta’ proprjetà mobbli u s-sekwestru l-perjodu ta’ tliet snin jibda mid-data ta’ l-ordni jew il-mandat (l-Artikoli 1425 u 1458 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Fil-każ ta’ qbid ta’ proprjetà immobbli d-data tat-traskrizzjoni fl-atti tar-reġistru ta’ l-ipoteki tindika l-bidu tal-perjodu tat-tliet snin (l-Artikolu 1436 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Dan il-perjodu jista’ jkun estiż jekk hemm raġunijiet sodi biex isir dan (l-Artikoli 1426, 1459 u 1437 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

B. Il-qbid fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza

Fil-każ ta' qbid fl-eżekuzzjoni ta' sentenza l-ordni biss li tiġi qabel il-qbid hija suġġetta għal perjodu massimu ta' validità. Għal dan it-tip ta’ qbid il-perjodu huwa ta’ għaxar snin fil-każ ta’ proprjetà mobbli (it-terminu normali, għaliex m’hemmx dispożizzjonijiet speċjali) u sitt xhur fil-kaz ta’ proprjetà immobbli (l-Artikolu 1567 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għall-qbid ta’ bastimenti l-perjodu huwa ta’ sena (l-Artikolu. 1549 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

4. Hemm possibilità ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tagħti miżura bħal din?

A. Qbid kawtelatorju

Jekk l-imħallef tal-qbid jirrifjuta permess għall-qbid kawtelatorju, ir-rikorrent (jiġifieri l-attur) jista’ jappella d-deċiżjoni fil-Qorti ta’ l-Appell. Din hija proċedura ex parte. Jekk il-qbid huwa permess fl-appell id-debitur għandu d-dritt li jistitwixxi proċeduri tat-terz kontra d-deċiżjoni (ara l-Artikolu 1419 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

FuqFuq

Jekk l-imħallef tal-qbid jawtorizza qbid kawtelatorju, id-debitur jew kull persuna oħra interessata jistgħu jistitwixxu proċeduri tat-terz kontra d-deċiżjoni. L-iskadenza biex isir dan hija ta’ xahar u l-proċeduri huma istitwiti fil-qorti li ħarġet id-deċiżjoni. Il-qorti mbagħad tiddeċiedi f’proċedura kontradittorja.9 Il-proċeduri tat-terz normalment ma jkollhomx effett sospensiv (ara l-Artikoli 1419 u 1033 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Meta l-qbid kawtelatorju jista’ jkun impost mingħajr l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja d-debitur jista’ jappella kontriha billi jirrikorri għand l-imħallef tal-qbid biex ineħħi l-qbid (l-Artikolu 1420 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Din hija l-proċedura għall-oppożizzjoni ta’ qbid u hija ttrattata bħal fi proċeduri interlokutorji, jekk jeħtieġ flimkien ma’ l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ penali. Ir-raġunijiet għ at-talba jistgħu jkunu n-nuqqas ta’ urġenza (Cass. l-14 ta’ Settembru 1984, Arr. Cass. 1984-85, 87).

Jekk hemm bidla fiċ-ċirkostanzi, jew il-persuna li għandha jkun sar il-qbid (billi jitħarrku l-partijiet kollha quddiem l-imħallef tal-qbid) jew il-kreditur li jkun għamel il-qbid (jew intermedjarju) (permezz ta’ rikors) jistgħu jirrikorru għand l-imħallef tal-qbid biex jemenda jew jirtira l-qbid.

B. Il-qbid fl-implimentazzjoni ta’ sentenza

Id-debitur jista’ jippreżenta stqarrija ta’ oppożizzjoni għall-ordni tal-ħlas, għalhekk jikkontesta l-validità legali tagħha. M’hemm l-ebda terminu statutorju għal dan, u l-oppożizzjoni m’għandhiex effett sospensiv. Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni jinkludu difetti proċedurali u talba għall-perjodu ta’ nifs (jekk it-titolu eżekuttiv huwa att notarili).

Id-debituri jistgħu jippreżentaw stqarrija ta’ oppożizzjoni għand l-imħallef tal-qbid kontra l-bejgħ tal-beni tagħhom, imma lanqas din l-oppożizzjoni m’għandha effett sospensiv.

L-atturi, ħlief għall-attur li jagħmel il-qbid, jistgħu jopponu l-prezz tal-bejgħ, imma mhux il-bejgħ innifsu.

Terz li jgħid li huwa l-proprjetarju tal-beni maqbudin jista’ jippreżenta wkoll stqarrija ta’ oppożizzjoni għand l-imħallef tal-qbid (l-Artikolu 1514 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Dan għandu effett ta’ sospensjoni.

Aktar tagħrif

1 Il-qbid ta’ beni mobbli u immobbli rispettivament.

2 Mogħtija mill-qorti.

3 Bħala regola minn nutar.

4 L-ewwel kopja. Il-parti li tixtieq li teżegwixxi s-sentenza tirċievi biss kopja waħda ċċertifikata. Din tinħareġ mir-reġistru wara li jitħallas dritt.

5 L-oriġinal tas-sentenza jew l-att. Jgħodd għall-każiiet urġenti biss.

6 Dirgiet Irjali tad-9 ta’ Awwissu 1993, Belgisch Staatsblad (Gazzetta Uffiċċjali), id-9 ta’ Awwissu 1993 (www.just.fgov.be Deutsch - français - Nederlands):

"Aħna Albert II, Re tal-Belġjani,

Lil dawk kollha preżenti u li għandhom jiġu, ikun magħruf li:

Nordnaw u nikkmandaw li l-marixxalli kollha hekk mitlubin għandhom jeżegwixxu din is-sentenza, deċiżjoni, ordni jew att

Li l-Prokuraturi-Ġenerali tagħna u l-Prosekuturi Pubbliċi fil-qrati ta’ l-ewwel instanza għandhom jeżegwuha u li l-kmandanti u l-uffiċjali kollha ta’ l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu l-għajnuna tagħhom jekk meħtiġin li jagħmlu hekk skond il-liġi;

B’xiehda ta’ dan, din is-sentenza, id-deċiżjoni, l-ordni jew dan l-att kienu ffirmati u ssiġġillati bis-siġill tal-qorti jew in-nutar."

7 Għall-azzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew ta’ att il-marixxall huwa responsabbli lejn l-imħallef tal-qbid. F’kwistjonijiet ta’ etika huwa responsabbli lejn is-servizz tal-prosekuzzjonijiet pubbliċi u l-fergħa reġjonali tal-kamra tal-marixxalli.

8 Ir-reġistru huwa l-post fejn jinsabu l-oġġetti (l-Artikolu 1565 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Ir-reġistru jipprovdi tagħrif dwar il-proprjetà immobbli, eż. drittijiet ta’ proprjetà, ipoteki magħmulin fuq il-proprjetà

9 jiġifieri l-partijiet kollha jidhru fil-kawża.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit