Kummissjoni Ewropea > NGE > Infurzar tas-sentenzi > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 13-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Infurzar tas-sentenzi - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhi t-tifsira ta’ l-“eżekuzzjoni” fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali? 1.
2. Taħt liema kondizzjonijiet jista’ dritt jiġi eżegwit? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-ħtiġiet essenzjali biex jingħata l-kunsens għall-eżekuzzjoni 2.2.
3. Il-miżuri eżegwibbli 3.
3.1. Fuq liema beni tad-debitur jistgħu jinħarġu miżuri eżegwibbli? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri eżegwibbli? 3.2.
3.3. Għal kemm tul ta’ żmien jibqgħu jgħoddi l-miżuri eżegwibbli? Dan it-tul taż-żmien li fih jibqgħu jgħoddu huwa limitat bil-liġi jew b’deċiżjoni tal-qorti? 3.3.
4. Teżisti l-possibbiltà ta’ appell kontra l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni ? Min jista’ jagħmel l-appell ? Quddiem liema qorti jrid isir l-appell u f’liema tul taż-żmien? X’inhu l-effett ta’ meta jsir appell? 4.

 

1. X’inhi t-tifsira ta’ l-“eżekuzzjoni” fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

L-eżekuzzjoni (l-infurzar obbligatorju) hija l-applikazzjoni tal-forza ġegħiela użata mill-istat biex jiġu implimentati talbiet eżegwibbli.

Ir-regoli ta’ l-eżekuzzjoni jipprovdu għal diversi tipi ta’ eżekuzzjoni, bid-distinzjoni fuq in-naħa l-waħda dwar jekk it-titolu eżegwibbli jkunx maħsub għal talba dwar flus jew għal talba dwar funzjoni speċifika u, min-naħa l-oħra, kontra liema beni għandha tiġi eżwegwita d-deċiżjoni.

Jekk titolu eżegwibbli li jkun espress f’termini monetarji għandu jiġi eżegwit fuq il-beni mobbli tad-debitur, it-tipi ta’ eżekuzzjoni li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati: l-eżekuzzjoni fuq oġġetti mobbli, l-eżekuzzjoni fuq ammonti riċevibbli, l-eżekuzzjoni ta’ talba fit-talbiet ta’ ħlas u l-eżekuzzjoni fir-rigward ta’ drittijiet għall-flus. L-eżekuzzjoni fuq oġġetti mobbli tiġi implimentata fil-prinċipju fi tliet stadji: qbid, realizzazzjoni u ħlas.

L-eżekuzzjoni fuq il-proprjetà tittratta l-beni immobbli tad-debitur u l-kreditur bit-titolu eżegwibbli jista’ jagħżel bejn il-ħolqien obbligatorju ta’ garanzija, ammistarazzjoni obbligatorja jew bejgħ obbligatorju b’subbasta.

Ma hemmx proċedura unika ta’ l-eżekuzzjoni għal titoli eżegwibbli maħsuba għal talba għal funzjoni speċifika. Il-metodi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati għall-eżekuzzjoni ta’ l-azzjoni meħtieġa jew tħollija barra: it-tneħħija obbligatorja, il-funzjoni sostituta u l-penali għad-disprezz (multi u perjodi ta’ ħabs).

FuqFuq

2. Taħt liema kondizzjonijiet jista’ dritt jiġi eżegwit?

2.1. Il-proċedura

Kemm id-deċiżjonijiet ġudizzjali kif ukoll dawk li ma humiex ġudizzjali jistgħu jkunu drittijiet eżegwibbli.

Id-deċiżjonijiet mhux ġudizzjali jinkludu dawn li ġejjin:

  • ordnijiet mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward tat-talbiet taħt il-liġi privata u l-liġi pubblika u fir-rigward tal-penali finanzjarji u l-multi amministrattivi, fejn l-eżekuzzjoni tiġi rriferuta quddiem il-qorti, u l-ħlas magħmul quddiem l-awtoritajiet amministrattivi,
  • ordnijiet minn min huwa responsabbli li jipprovdi s-sigurtà soċjali fir-rigward tat-talbiet għall-benifiċċji,
  • soluzzjonijiet u deċiżjonijiet mit-tribunali ta’ l-arbitraġġ,
  • dokumenti notarili eżegwibbli,
  • provi ta’ l-arretrati.

Biex jeżegwixxi d-dritt tiegħu, il-kreditur li jrid l-eżekuzzjoni jrid fil-prinċipju jkollu fil-pussess tiegħu konferma tal-kapaċità ta’ eżekuzzjoni li tingħata mill-awtorità relevanti fil-proċedura li jistabbilixxi dan id-dritt.

Il-qorti li titratta l-eżekuzzjoni jkollha l-ġuriżdizzjoni fil-prinċipju biex tagħti l-kunsens għall-eżekuzzjoni. Il-qorti distrettwali dejjem għandha l-ġuriżdizzjoni sostantiva. Il-ġuriżdizzjoni ġeografika hija f’idejn il-qorti li tirreġistra t-talba fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni fuq il-proprjetajiet imniżżla fir-reġistru ta’ l-artijiet u, fil-prinċipju, il-qorti li fid-distrett tagħha jkun residenti d-debitur, fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-ammonti riċevibbli. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-oġġett li fuqu tittieħed il-miżura eżegwibbli jkun jinstab fil-bidu tal-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni, jew inkella, il-qorti li fid-distrett tagħha jkollhan tittieħed l-ewwel miżura eżegwibbli.

FuqFuq

Il-ġudikanti uniċi u r-reġsitraturi biss għandhom il-ġuriżdizzjoni li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-proċedimenti ta’ l-eżekuzzjoni. Ħafna funzjonijiet jiġu ttrasferiti, fi kwistjonijiet ta’ l-eżekuzzjoni, lir-reġistraturi, li huma uffiċjali federali mħarrġa apposta għal dan il-għan. Dawn il-funzjonijiet jinkludu, b’mod partikulari, l-eżekuzzjoni tal-miżuri fuq il-beni mobbli tad-debitur. Madankollu, l-eżekuzzjoni fuq il-beni immobbli (ħlief fil-kas tal-ħolqien obbligatorju ta’ garanzija, li huwa allokat lir-reġistraturi), l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ dritt barrani, l-impożizzjoni ta’ ħabs u d-deċiżjonijiet dwar l-appelli huma madankollu rriżervati għas-sentenza tal-ġudikanti.

L-azzjonijiet ta’ l-eżekuzzjoni jittieħdu minn uffiċjali speċjali li jeżegwixxu l-miżuri meħtieġa, li huma l-marixxalli tal-qorti. Dawn huma responsabbli attwalment għall-eżekuzzjoni tal-miżuri, per eżempju, li jaqbdu l-beni mobbli fiżiċi, l-iżgumbramenti, it-tħejjija ta’ lista tal-beni tad-debitur, eċċ. Il-marixxalli huma uffiċjali eżekuttivi tal-qorti u jridu joqogħdu għall-ordnijiet u l-istruzzjonijiet tal-qorti. Huma ordnati li jibqgħu jeżegwixxu l-miżuri meħtieġa sakemm l-ordni tiġi obduta jew jiġi stabbilit li ma tkunx tista’ tiġi obduta.

Mhux meħtieġa li wieħed ikun irrappreżentat bl-avukat sabiex japplika għall-eżekuzzjoni.

Dawn id-drittijiet tal-qorti inklużivi japplikaw fil-każ ta’ applikazzjoni għall-eżekuzzjoni, fejn il-valur tat-talba li għandha tiġi eżegwita jittieħed bħala l-bażi tal-kalkolazzjoni:

  • fil-proċedimenti ta' l-eżekuzzjoni ħlief għall-proċedimenti msemmija f'paragrafu (b) fejn il-valur tal-materja ttrattata huwa kif ġej:
< />

sa 150 Ewro

13-il Ewro

aktar minn 150 Ewro

sa 360 Ewro

29 Ewro

aktar minn 360 Ewro

sa 730 Ewro

34 Ewro

aktar minn 730 Ewro

sa 2,180 Ewro

46 Ewro

aktar minn 2,180 Ewro

sa 3,630 Ewro

62 Ewro

aktar minn 3,630 Ewro

sa 7,270 Ewro

79 Ewro

aktar minn 7,270 Ewro

sa 36,340 Ewro

114 Ewro

aktar minn 36,340 Ewro

sa 72,670 Ewro

138 Ewro

aktar minn 72,670 Ewro, u għal kull 72,670 Ewro jew parti minnu

138 Ewro aktar f'kull każ

  • fil-proċedimenti ta' l-eżekuzzjoni fir-rigward tal-beni immobbli fejn il-valur tal-materja ttrattata huwa kif ġej:

sa

150 Ewro

26 Ewro

aktar minn 150 Ewro

sa 360 Ewro

34 Ewro

aktar minn 360 Ewro

sa 730 Ewro

44 Ewro

aktar minn 730 Ewro

sa 2,180 Ewro

62 Ewro

aktar minn 2180 Ewro

sa 3,630 Ewro

86 Ewro

aktar minn 3,630 Ewro

sa 7,270 Ewro

132 Ewro

aktar minn 7,270 Ewro

sa 36,340 Ewro

190 Ewro

aktar minn 36,340 Ewro

sa 72,670 Ewro

305 Ewro

aktar minn 72,670 Ewro, u għal kull 72,670 Ewro jew parti minnu

156 Ewro aktar f'kull każ

2.2. Il-ħtiġiet essenzjali biex jingħata l-kunsens għall-eżekuzzjoni

Sabiex tingħata l-approvazzjoni għall-eżekuzzjoni, jeħtieġ li jiġu ssodisfatti l-ħtiġiet ta’ l-eżekuzzjoni (il-ġuriżdizzjoni domestika, l-ammissibilità tal-proċedimenti legali, il-kapaċità ta’ parti li tkun involuta, il-kapaċità meħtieġa biex jinbdew il-proċedimenti u l-awtorizzazzjoni tal-parti li tintervjeni) kif ukoll il-ħtiġiet speċjali ta’ l-eżekuzzjoni iridu jiġu ssodisfatti (il-ġuriżdizzjoni tal-qorti kkonċernata, l-eżistenza ta’ titolu eżegwibbli u l-konferma tal-kapaċità ta’ l-eżekuzzjoni, il-kontenut meħtieġ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni, l-oġġett li fuqu tittieħed il-miżura eżegwibbli). Barra minn hekk, l-applikazzjoni għall-eżekuzzjoni trid tkun ibbażata fuq raġunijiet sostantivi sodi (bażikament huwa meħtieġ li l-partijiet imsemmija fl-applikazzjoni jkunu jaqblu ma’ dawk imsemmija fit-titolu, u il-pretensjoni trid fil-prinċipju tkun inħolqot u l-perjodu tal-ħlas ikun għadda).

FuqFuq

3. Il-miżuri eżegwibbli

3.1. Fuq liema beni tad-debitur jistgħu jinħarġu miżuri eżegwibbli?

Minkejja li fil-prinċipju l-beni kollha tad-debitur jkunu jisgħu jintużaw biex ikopru l-obbligi kollha tiegħu, l-eżekuzzjoni obbligatorja, mhux bħal fil-każ ta’ falliment, tkopri biss il-beni individwali tad-debitur (il-prinċipju ta’ l-ispeċjalità). Għadd ta’ kredituri normalment ikollhom aċċess għal diversi beni. Jekk il-fond maħluq biex jissodisfa t-talbiet ma jkunx suffiċjenti, il-beni li jkunu diġà ġew issekwestrati jerġgħu jiġu ssekwestrati. F’dawn il-kazijiet, il-kredituri jitħallsu biss skond il-prinċipju tal-prijorità : il-kreditur li l-ewwel jissekwestra l-beni jieħu l-preċedenza fuq l-oħrajn. Fejn isir sekwestru fl-istess ħin favur għadd ta’ kredituri, dawn ikollhom dritt bl-istess mod.

Bil-għan li jiġi protett id-debitur, hemm ċerti oġġetti li huma eżentati mill-miżuri eżegwibbli, per eżempju l-affarijiet tad-dar fir-rigward ta’ l-għixien tal-ħajja modest, l-oġġetti meħtieġa għall-eżerċizzju tal-professjoni fil-każ ta’ negozjanti żgħar u bdiewa żgħar, l-ikel u l-fjuwil meħtieġ għad-debitur u għall-membri tal-familja tiegħu li joqogħdu miegħu taħt l-istess saqaf, flus għall-ħajja biżżejjed biex jgħaddu, il-mezzi biex jagħmlu tajjeb f’każ ta’ diżabilità u ta’ trattamenti terapewtiċi, ritratti tal-familja, ittri, eċċ. Teżisti wkoll protezzjoni simili kontra s-sekwestru fil-każ ta’ l-eżekuzzjoni ta’ miżuri fuq l-ammonti riċevibbli: ma jistgħux jinqabdu l-ammonti riċevibbli fir-rigward tal-ħlasijiet fuq l-infiq, il-benifiċċji tal-kura minn infermiera jew l-assistenza familjari. Id-dħul regolari u l-pensjonijiet jistgħu jinqabdu sa ċerti limitu, u dak l-ammont tal-parti li ma tistax tinqabad (“l-ammont minimu għas-sussistenza”) ikun jiddependi fuq kemm ikunu għolja l-pagamenti u kemm ikollu obbligi tal-manteniment id-debitur.

FuqFuq

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri eżegwibbli?

Id-dispożizzjonijiet mid-debitur fir-rigward tal-beni tiegħu huma fil-prinċipju validi legalment għalkemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet iżda jistgħu jkollhom konsegwenzi taħt il-liġi kriminali jekk ibigħ parti mill-beni tiegħu jew jekk inaqqas il-beni tiegħu biex b’hekk ixekkel jew inaqqas il-possibbiltà li kreditur jitħallas. Jista’ jkun hemm ukoll konsegwenzi taħt il-liġi kriminali jekk id-debitur iwarrab oġġett li jkun ġie maqbud uffiċjalment. Jekk il-kapaċità ta’ l-eżekuzzjoni ta’ talba ta’ kreditur tiġi affettwata ħażin b’att legali min-naħa tad-debitur, il-kreditur jista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, jikkontesta dan l-att legali billi jieħu passi bil-qorti, japplika biex jiġi ddikjarat mhux validu u jitlob għalih il-beni li d-debitur ikun warrab bix b’hekk il-kreditur ma jkunx jista’ jitħallas biex ikopri t-talba tiegħu.

L-eżekuzzjoni tal-miżuri fuq il-bilanċi tal-kreditu bankarju tad-debitur issir permezz ta’ sekwestru u ta’ trasferiment: l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni fiha ordni li tipprojbixxi l-istituzzjoni fejn ikun hemm il-kont milli tagħmel ħlasijiet lid-debitur u ordni li tipprojbixxi d-debitur milli jiddisponi mit-talba kontra l-istituzzjoni. Is-sekwestru jsir meta l-istituzzjoni fejn ikun qiegħed il-kont tirċievi l-approvazzjoni tal-miżura eżegwibbli fir-rigward tal-kont . L-istituzzjoni fejn ikun qiegħed il-kont trid sussegwentement tagħmel dikjarazzjoni lill-qorti u lill-kreditur li jitlob l-eżekuzzjoni tal-miżuri rigward l-eżistenza u t-total ta’ l-ammont riċevibbli. L-ammont riċevibbli li jiġi s-sekwestrat jiġi rrealizzat permezz tat-trasferiment. L-ordni li twettaq l-applikazzjoni għal trasferiment tagħti lil kreditur li jeżegwixxi l-miżuri id-dritt li jitħallas mit-terza parti debitriċi (l-istituzzjoni fejn ikun hemm il-kont), jekk ikun meħtieġ ukoll bil-passi bil-qorti. Jekk il-bank jagħmel ħlas lil sid il-kont allavolja l-kont ikun ġie ssekwestrat, dawn il-ħlasijiet ma jkollhomx l-effett li jeħilsu d-dejn tiegħu.

FuqFuq

3.3. Għal kemm tul ta’ żmien jibqgħu jgħoddi l-miżuri eżegwibbli? Dan it-tul taż-żmien li fih jibqgħu jgħoddu huwa limitat bil-liġi jew b’deċiżjoni tal-qorti?

L-approvazzjoni għall-eżekuzjoni (bil-għan ta’ ħlas) tingħata mingħajr limitu taż-żmien. (Fil-każ ta’ l-eżekuzjoni għall-iskop ta’ sigurtà u ta’ inġunzjonijiet provviżorji biss, il-miżuri eżegwibbli jiġu approvati għal perjodu limitat ta’ żmien.)

Il-marixxalli tal-qorti jridu jwaqqfu l-eżekuzzjoni jekk it-talba tiġi ssodisfatta jew iddeferita jew titneħħa l-kontinwazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni, fuq l-asserzjoni tal-kreditur jew jekk id-debitur ikun jista’ jipprova dan b’dokument pubbliku jew b’dokument iċċertifikat pubblikament.

Barra minn hekk, id-debitur jew terza parti b’interess prima facie fil-posponoment tista’ titlob li l-eżekuzzjoni tiġi posposta. L-att fih lista limitattiva tar-raġunijiet għall-posponiment, inklużi b’mod partikulari l-proċedimenti marbuta ma’ l-eżekuzzjoni u ma’ l-appell. Jekk wieħed jassumi li l-posponiment ta’ l-eżekuzzjoni jipperikola s-sodisfazzjon tat-talba tal-kreditur li jrid li l-miżuri jiġu eżegwiti, il-posponiment jista’ jiġi approvat biss jekk l-applikant għall-posponiment jipprovdi s-sigurtà xierqa.

Il-proċedura ta’ l-eżekuzjoni trid tiġi sospiża wkoll meta ssir l-applikazzjoni mill-kreditur li jrid li l-miżuri jiġu eżegwiti, id-debitur jew parti oħra involuta jekk, per eżempju, il-kreditur li jrid li l-miżuri jiġu eżegwiti ma jħallix l-eżekuzzjoni tkompli, jekk id-debitur jiċċertifika permez ta’ dokumenti ikkwalifikati li t-talba tkun ġiet issodisfatta jew iddeferita jew jekk it-titolu eżegwibbli jiġi ddikjarat sussegwentement mhux validu bħala riżultat tal-proċedimenti ta’ l-annullament jew tal-proċedimenti tar-reviżjoni. Fejn l-approvazzjoni għall-eżekuzzjoni tkun ingħatat b’mod mhux korrett jew fejn ikun hemm difetti serji fil-mod kif issir l-eżekuzzjoni (per eżempju eżekuzzjoni tal-miżuri li ssir bla ġusitifikazzjoni mingħajr skop fil-każ li l-beni diponibbli tad-debitur lanqas biss ma jkopru l-ispejjeż tal-proċedura nnifisha), il-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni tiġi awtomatikament mitmuma.

4. Teżisti l-possibbiltà ta’ appell kontra l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni ? Min jista’ jagħmel l-appell ? Quddiem liema qorti jrid isir l-appell u f’liema tul taż-żmien? X’inhu l-effett ta’ meta jsir appell?

Jeżisti d-dritt ta’ l-appell, li huwa rimedju legali li jieħu preċedenza u ma jipposponix, kontra l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni (u, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi, kontra l-ordnijiet l-oħra magħmula fil-prim-istanza matul il-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni). L-appell għandu jsir fil-qorti li ordnat l-eżekuzzjoni fi żmien 14-il ġurnata. Il-partijiet involuti fil-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni huma awtorizzati li jagħmlu l-appell. L-appell kontra l-approvazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni jikkostitwixxi raġuni għall-posponiment ta’ l-eżekuzzjoni. Barra minn hekk, huwa possibbli wkoll għad-debitur taħt ċerti ċirkustanzi (per eżempju t-tneħħija ta’ l-eżekuzzjoni) li jitlob, bil-passi bil-qorti kontra l-kreditur li jrid l-eżekuzzjoni, li l-approvazzjoni individwali għall-eżekuzzjoni ma kenitx ammissibbli.

« Infurzar tas-sentenzi - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit