Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 03-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex koppja tkun tista’ tikseb digriet ta’ divorzju? 1.
2. Għal liema raġunijiet jista’ jinkiseb divorzju? 2.
3. X’inhuma l-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward ta’: 3.
a) Iċ-ċirkostanzi personali tal-koppja? a)
b) Il-qsim tal-proprjetà tal-koppja? b)
c) It-tfal tal-koppja li jkunu għadhom taħt l-età? c)
d) L-obbligi ta’ manteniment fil-konfront tal-parti l-oħra d)
4. Xi tfisser fil-prattika is-“separazzjoni legali "? 4.
5. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex tinkiseb separazzjoni legali? 5.
6. X’inhuma l-effetti legali ta’ separazzjoni legali? 6.
7. Xi jfisser fil-prattika “annullament ta’ żwieġ"? 7.
8. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex jiġi annullat żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-effetti legali ta’ annullament ta’ żwieġ? 9.
10. Il-kwistjonijiet relatati ma’ divorzju jistgħu jiġu riżolti b’xi mod ieħor mhux bi proċeduri quddiem il-qorti? 10.
11. F’liema qrati jsiru l-applikazzjonijiet għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema kondizzjonijiet iridu jiġu osservati u liema dokumenti jridu jiġu mehmuża? 11.
12. Huwa possibbli li tingħata għajnuna legali sabiex jiġu kopruti l-ispejjeż tal-kawża? 12.
13. Jista’ jsir appell kontra digriet ta’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? 13.
14. Xi jrid isir biex digriet ta’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li jkun ingħata fi Stat Membru ieħor jiġi rikonoxxut fl-Isvezja? 14.
15. Quddiem liema qorti għandu jsir rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni biex jiġi rikonoxxut fl-Isvezja digriet għal divorżju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li jkun sar fi Stat membru ieħor? Kif jiġu indirizzati dawn il-każijiet? 15.
16. Liema liġi tapplika fi proċedimenti ta’ divorżju bejn miżżewġin li ma jkunux jgħixu fl-Isvezja jew li jkunu ta’ nazzjonalità differenti? 16.

 

1. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex koppja tkun tista’ tikseb digriet ta’ divorzju?

Hemm tip wieħed biss ta’ divorzju. Dan iseħħ kemm jekk ikun hemm qbil bejn il-koppja u kemm jekk le. F’ċerti ċirkostanzi d-divorzju jista’ jingħata biss wara perjodu ta’ sitt xhur li matulu l-koppja tingħata ż-żmien biex terġa’ taħsibha. Dan ikun il-każ meta:

  • iż-żmien biex jerġgħu jaħsbuha jintalab miż-żewġ miżżewġin,
  • jekk xi ħadd mill-miżżewġin ikun igħix b’mod permanenti ma’ uliedu li jkunu taħt l-età ta’ 16-il sena u li jkunu taħt il-kustodja ta’ l-istess ġenitur, jew
  • f’każ illi x-xoljiment taż-żwieġ jintalab minn parti waħda biss.

F’ċerti każijiet eċċezzjonali, madanakollu, dawk il-koppji li jaqgħu taħt il-kondizzjonijiet hawn fuq imsemmija jkollhom id-dritt għad-divorzju mingħajr perjodu biex jerġgħu jaħsbuha. Dan huwa l-każ jekk il-koppja tkun ilha separata għal perjodu ta’ sentejn, jekk iż-żwieġ ikun sar minkejja li l-miżżewġin ikunu jiġu minn xulxin fi grad dirett ta’ axxendenti jew dixxendenti jew ikunu aħwa, jew jekk iż-żwieġ ikun sar minkejja li waħda mill-partijiet tkun diġà miżżewġa jew sieħba fi sħubija reġistrata u ż-żwieġ jew is-sħubija preċedenti ma jkunux ġew xolti. F’każijiet bħal dawn, il-proċedimenti ta’ divorzju jistgħu jitressqu ex officio mill-prosekutur pubbliku.

2. Għal liema raġunijiet jista’ jinkiseb divorzju?

Il-konjugi dejjem għandhom dritt għal digriet ta’ divorżju u m’għandhomx bżonn jistrieħu fuq xi raġunijiet speċjali biex jingħataw dan id-digriet.

FuqFuq

3. X’inhuma l-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward ta’:

a) Iċ-ċirkostanzi personali tal-koppja?

Jekk xi ħadd mill-miżżewġin ikun adotta il-kunjom tal-parti l-oħra maż-żwieġ jew matul iż-żwieġ, ikollu dritt imur lura għall-kunjom ta’ qabel iż-żwieġ.

b) Il-qsim tal-proprjetà tal-koppja?

Wara divorzju, il-proprjetà tal-koppja trid titqassam bejniethom. Il-prinċipju ġenerali hu li l-proprjetà titqassam b’mod indaqs. Ta’ min wieħed isemmi li l-kwistjoni ta’ min għandu tort għax-xoljiment taż-żwieġ hija kompletament irrelevanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-proprjetà tal-koppja.

c) It-tfal tal-koppja li jkunu għadhom taħt l-età?

Wara divorzju, il-miżżewġin awtomatikament jibqgħalhom il-kustodja konġunta tat-tfal tagħhom. Il-kustodja konġunta tista’, madanakollu, tiġi mitmuma mill-qorti:

  • fuq l-inizzjattiva tal-qorti nnifisha, jekk il-qorti jidhrilha li huwa ċar li l-kustodja konġunta m’hijiex fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla, jew
  • fuq talba ta’ wieħed jew waħda mill-miżżewġin, jekk il-qorti jidhrilha li huwa fl-aħjar interessi tat-tifel jew tifla li wieħed mill-miżżewġin ikollu kustodja waħdu.

Jekk il-miżżewġin it-tnejn jitolbu li tintemm il-kustodja konġunta, il-qorti hija obbligata li tilqa’ t-talba.

Iż-żewġ ġenituri huma responsabbli għall-manteniment tat-tfal tagħhom. Il-ġenitur li ma jgħixx mat-tfal jaqdi d-dmir ta’ manteniment tiegħu billi jħallas kontribuzzjonijiet ta’ manteniment għat-tfal lill-parti l-oħra.

FuqFuq

d) L-obbligi ta’ manteniment fil-konfront tal-parti l-oħra

Wara d-divorzju, il-miżżewġin huma responsabbli għall-manteniment tagħhom stess. Jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet f’ċerti ċirkostanzi speċjali, e.ż. meta xi ħadd mill-miżżewġin ikollu diffikultà biex imantni lilu nnifsu wara x-xoljiment ta’ żwieġ twil jew jekk ikun hemm ċirkostanzi mitiganti.

4. Xi tfisser fil-prattika is-“separazzjoni legali "?

M’hemm ebda regoli dwar is-separazzjoni legali taħt il-liġi Svediża.

5. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex tinkiseb separazzjoni legali?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4.

6. X’inhuma l-effetti legali ta’ separazzjoni legali?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4.

7. Xi jfisser fil-prattika “annullament ta’ żwieġ"?

M’hemm ebda regoli dwar l-annullament ta’ żwieġ taħt il-liġi Svediża. Żwieġ jista’ jiġi xolt b’żewġ modi: jew jekk imut xi ħadd mill-miżżewġin jew jekk jingħata digriet ta’ divorzju mill-qorti.

8. Liema kondizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti biex jiġi annullat żwieġ?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 7.

9. X’inhuma l-effetti legali ta’ annullament ta’ żwieġ?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 7.

FuqFuq

10. Il-kwistjonijiet relatati ma’ divorzju jistgħu jiġu riżolti b’xi mod ieħor mhux bi proċeduri quddiem il-qorti?

Il-qorti biss tista’ tiddeċiedi li xxolji żwieġ b’divorżju. Madanakollu, hemm alternattivi oħrajn biex jiġu riżolti d-diversi kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu f’konnessjoni ma’ divorżju.

Il-koppja tista’ tingħata "konsulenza għall-familja", li l-għan tagħha hu li tindirizza kunflitti ta’ koabitazzjoni bejn koppji u familji. B’dan il-mod, il-koppja tingħata għajnuna biex issolvi l-problemi u l-kunflitti, sabiex b’hekk tkun tista’ tgħix flimkien u jiġi evitat id-divorzju. Jekk diġà jkun hemm separazzjoni de facto, is-servizz ta’ konsulenza għall-familja jista’ jgħin biex itaffi l-kunflitt u jagħmilha possibbli għall-adulti biex jaqsmu r-responsabbiltajiet tagħhom ta’ ġenituri. Il-konsulenza għall-familji tingħata kemm minn korpi pubbliċi (muniċipali u tal-kunsill tal-kontea) kif ukoll mill-entitajiet ekklesjatistiċi u minn individwi privati oħrajn. Il-muniċipalitajiet huma responsabbli biex jiżguraw illi l-konsulenza għall-familja tingħata lil kull min jitlobha.

Il-koppja għandha dritt ukoll għal “taħdidiet ta’ kooperazzjoni". Dawn it-taħdidiet m’humiex immirati għar-relazzjoni ta’ bejn l-adulti, iżda lejn it-tfal. L-għan ewleni tat-taħdidiet ta’ kooperazzjoni hu li jintlaħaq ftehim dwar kwistjonijiet relatati mal-kustodja tat-tfal, fejn jgħixu t-tfal u l-aċċess għat-tfal, It-taħdidiet ta’ kooperazzjoni huma preseduti minn esperti. Il-muniċipalitajiet huma responsabbli biex jiżguraw li t-taħdidiet ikunu disponibbli għal kull min jitlobhom.

FuqFuq

Jekk il-koppja tkun tixtieq tagħmel xi bidla fir-rigward tal-kustodja tat-tfal, dan jista’ jsir billi jiġi konkluż ftehim dwar din il-kwistjoni u dan il-ftehim jista’ jiġi approvat sussegwentement mill-kumitat tal-welfare soċjali. Il-kwistjonijiet dwar fejn jgħixu t-tfal u l-aċċess għat-tfal jistgħu jiġu riżolti b’mod simili.

11. F’liema qrati jsiru l-applikazzjonijiet għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema kondizzjonijiet iridu jiġu osservati u liema dokumenti jridu jiġu mehmuża?

Għar-rigward tas-separazzjoni legali u l-annullament ta’ żwieġ, jekk jogħġbok irreferi għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet 4 u 7.

L-ewwel kondizzjoni biex wieħed ikun jista’ jippreżenta rikors għal divorżju quddiem qorti Svediża hi li l-qorti Svediża jrid ikollha ġurisdizzjoni biex tisma’ l-kawża. M’għandniex xi ngħidu, din il-kondizzjoni tkun sidosfatta meta l-miżżewġin it-tnejn ikunu ta’ ċittadinanza Svediża u jkunu jgħixu fl-Isvezja. Izda l-qrati Svediżi għandhom ġurisdizzjoni wkoll f’dawn il-każijiet:

  • meta l-miżżewġin it-tnejn ikunu ta’ ċittadinanza Svediża,
  • meta r-rikorrent ikun ta’ nazzjonalità Svediża u jkun jgħix l-Isvezja jew kien jgħix fl-Isvezja qabel sa mill-età ta’ 18-il sena,
  • meta r-rikorrent ma jkunx ta’ nazzjonalità Svediża, iżda jkun ilu jgħix l-Isvezja għal ta’ mill-inqas sena,
  • jekk l-intimat ikun jgħix fl-Isvezja.

Jekk ikun ċar illi qorti Svediża għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ kawża ta’ divorzju, il-kawża tinstema’ mill-qorti tad-distrett fl-Isvezja fejn il-mara jew ir-raġel ikunu joqogħdu. Jekk ħadd minnhom ma jkun joqgħod fl-Isvezja, il-kawża tinstema’ mill-Qorti tad-Distrett ta’ Stokkolma.

FuqFuq

Hemm żewġ modi differenti kif tista’ tinġieb kawża ta’ divorżju quddiem il-qorti tad-distrett. Jekk il-miżżewġin it-tnejn ikunu jridu d-divorzju, jistgħu jagħmlu rikors konġuntiv għad-divorzju. Madanakollu, jekk parti waħda biss tkun trid id-divorzju, dik il-parti trid tagħmel rikors lill-qorti tad-distrett. Fiż-żewġ każijiet iridu jiġu mehmuża kopji taċ-ċertifikati tat-twelid tal-miżżewġin. Dan jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tat-Taxxa tal-post fejn il-persuna tkun reġistrata. Il-kopji taċ-ċertifikati tat-twelid ma jistgħux ikunu eqdem minn tlett xhur.

12. Huwa possibbli li tingħata għajnuna legali sabiex jiġu kopruti l-ispejjeż tal-kawża?

F’każ dwar divorżju u kwistjonijiet relatati, l-għanuna legali tista’ tingħata biss jekk ikun hemm raġunijiet speċjali.

13. Jista’ jsir appell kontra digriet ta’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ?

Għar-rigward tas-separazzjoni legali u l-annullament ta’ żwieġ, jekk jogħġbok irreferi għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet 4 u 7.

Iva, jista’ jsir appell kontra digriet ta’ divorzju.

14. Xi jrid isir biex digriet ta’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li jkun ingħata fi Stat Membru ieħor jiġi rikonoxxut fl-Isvezja?

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjugi (ir-Regolament ta’ Brussell II), sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċedura speċjali. Madanakollu, hemm ċerti każijiet fejn ma jiġux rikonoxxuti.

FuqFuq

Il-prinċipju ewlieni taħt ir-Regolament ta’ Brussell II għaldaqstant hu li digriet ta’ divorzju jew separazzjoni legali jew annullament ta’ żwieġ li jkun ingħata fi Stat Membru ieħor irid jiġi ttrattat awtomatikament bl-istess mod u jkollu l-istess effett bħal deċiżjoni ekwivalenti Svediża. Għalkemm ir-Regolament huwa għalhekk ibbażat fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent awtomatiku, xorta huwa possibbli għal parti interessata biex tikseb dikjarazzjoni li s-sentenza barranija hija rikonoxxuta jew m’hijiex rikonoxxuta fl-Isvezja. Rikors ta’ din ix-xorta jsir lill-Qorti ta’ l-Appell ta’ l-Isvezja, li f’dan l-istadju tieħu deċiżjoni dwar ir-rikors mingħajr ma tisma’ lill-parti l-oħra.

15. Quddiem liema qorti għandu jsir rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni biex jiġi rikonoxxut fl-Isvezja digriet għal divorżju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li jkun sar fi Stat membru ieħor? Kif jiġu indirizzati dawn il-każijiet?

Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija 14, rikors irid jiġi ppreżentat lill-Qorti ta’ l-Appell Svediża sabiex tintuża l-fakultà mogħtija mir-Regolament ta’ Brussell II biex tinkiseb dikjarazzjoni li s-sentenza barranija hija rikonoxxuta fl-Isvezja. Jekk il-Qorti ta’ l-Appell Svediża tkun iddikjarat f’dawn il-proċeduri li s-sentenza in kwestjoni għandha tiġi rikonoxxuta fl-Isvezja, huwa possibbli għall-parti l-oħra biex tagħmel rikors għal reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Rikors għal din ir-reviżjoni ssir lill-Qorti ta’ l-Appell Svediża, li tisma’ liż-żewġ partijiet fil-kumplament tal-proċeduri. Jista’ mbagħad isir appell lill-Qorti Suprema kontra d-deċiżjoni dwar ir-rikors għal reviżjoni mill-Qorti ta’ l-Appell Svediża.

16. Liema liġi tapplika fi proċedimenti ta’ divorżju bejn miżżewġin li ma jkunux jgħixu fl-Isvezja jew li jkunu ta’ nazzjonalità differenti?

Rikors għal divorżju li jinstema minn qorti Svediża dejjem irid jinstema’ fuq il-bażi tal-liġi Svediża (il-prinċipju tal-lex fori).

F’ċerti każijiet, madanakollu, id-dispożizzjonijiet ta’ liġi barranija jistgħu jiġu meqjusa. Dan japplika f’dawn il-każijiet:

  • meta l-miżżewġin it-tnejn ikunu ta’ nazzjonalità barranija u ħadd minnhom ma jkun għex fl-Isvezja għal ta’ mill-inqas sena, digriet għal divorżju ma jistax jingħata kontra r-rieda ta’ xi ħadd minnhom jekk ma jkunx hemm raġuni għal divorżju taħt il-liġi ta’ l-Istat li tiegħu l-miżżewġin jew xi ħadd minnhom ikun ċittadin.
  • Jekk il-miżżewġin it-tnejn ikunu barranin u xi ħadd minnhom jissottometti illi m’hemm ebda raġuni għax-xoljiment taż-żwieġ taħt il-liġi ta’ l-Istat li tiegħu huwa ċittadin, ma jistax jingħata digriet ta’ divorzju jekk, wara li jitqiesu l-interessi tal-persuna jew tat-tfal taż-żewġ miżżewġin, jirriżulta li hemm raġunijiet partikolari biex dan ma jsirx.

Ta’ min wieħed jisħaq madanakollu illi anki fiż-żewġ każijiet hawn fuq imsemmija, hija sempliċement kwistjoni li tiġi applikata l-liġi Svediża, iżda bi grad ta’ protezzjoni sabiex jiġi evitat digriet ta’ divorzju taħt il-liġi Svediża f’każijiet meta l-miżżewġin ikollhom konnessjoni dgħajfa ma’ l-Isvezja u meta jkun hemm raġunijiet serji kontra l-ħruġ tad-digriet

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit