Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Slovakkja

L-aħħar aġġornament: 28-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Slovakkja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara dansk - ελληνικά - English - español - italiano - Nederlands - português - slovenčina - suomi - svenska
 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet sabiex wieħed jikseb divorzju? 1.
2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju? 2.
3. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ divorzju fejn għandhom x’jaqsmu: 3.
a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi? a)
b) id-diviżjoni tal-proprjetà tal-konjuġi? b)
c) it-tfal minuri tal-konjuġi? eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet ta’ manteniment?(Ara “Ir-responsabbiltà tal-ġenituri – is-Slovakkja”) c)
d) l-obbligu li jitħallas il-manteniment lill-konjuġi l-ieħor/oħra? (ara “It-talbiet għall-Manteniment – is-Slovakkja”) d)
4. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali “separazzjoni legali”? 4.
5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal separazzjoni legali? 5.
6. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ separazzjoni legali? 6.
7. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “annullament ta’ żwieġ”? 7.
8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal anullament ta’ żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ annullament ta’ żwieġ? 9.
10. Hemm mezzi mhux ġudizzjarji alternattivi sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju mingħajr ma wieħed jitla’ l-qorti? (eż. il-medjazzjoni fil-familji) 10.
11. Fejn għandi niddepożita l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali sabiex ikunu koperti l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li għandha x’taqsam ma’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? 13.
14. X’għandi nagħmel biex ikolli deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor rikonoxxuta fis-Slovakkja? 14.
15. Quddiem liema qorti fis-Slovakkja rrid nitla’ biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 15.
16. Liema hija l-liġi applikabbli fi proċedura ta’ divorzju bejn konjuġi li ma jgħixux fis-Slovakkja jew li għandhom nazzjonalitajiet differenti? 16.

 

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet sabiex wieħed jikseb divorzju?

Id-deċizjoni tal-qorti.

2. X’inhuma r-raġunijiet għal divorzju?

L-Artikolu 24 tal-Kodiċi tal-Familji:

“-...ir-relazzjonijiet bejn il-konjuġi huma daqstant iddisturbati, li ż-żwieġ ma jistax jissodisfa aktar il-fini soċjali tiegħu”

3. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ divorzju fejn għandhom x’jaqsmu:

a) ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi?

L-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Familji:

 “Konjuġi li jkun ħa l-kunjom tal-konjuġi l-ieħor/oħra jista’ jinnotifika lill-kumitat nazzjonali li ngħata r-responsabbiltà li jżomm ir-reġistri pubbliċi fi żmien xahar wara li d-digriet tad-divorzju jkun sar finali li huwa/hija se jerġa’/terġa’ jieħu/tieħu l-kunjom li kellu/ha qabel iż-żwieġ.”

b) id-diviżjoni tal-proprjetà tal-konjuġi?

L-Artikolu 148(1) tal-Kodiċi Ċivili:

“Il-kommunjoni ta’ l-akkwisti tiġi xolta meta jinħall iż-żwieġ.”

L-Artikolu 149 tal-Kodiċi Ċivili:

  1. Meta tiġi xolta l-kommunjoni ta’ l-akkwisti, il-kwistjonijiet għandhom jiġu solvuti skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 150.
  2. Meta l-kwistjonijiet jiġu solvuti bi ftehim, il-konjuġi huma obbligati jipprovdu lil xulxin, meta jintalbu jagħmlu dan, b’konferma miktuba dwar il-mod kif se jkunu solvuti l-kwistjonijiet.
  3. Meta l-kwistjonijiet ma jiġux solvuti permezz ta’ ftehim, dan għandu jkun impost mill-qorti, fuq l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-konjuġi.
  4. Jekk, fi żmien tliet snin minn meta tiġi xolta l-kommunjoni ta’ l-akkwisti, ikun għadu ma ntlaħaqx ftehim biex jissolvew il-kwistjonijiet, jew jekk il-qorti ma tkunx solvietx il-kwistjonijiet wara l-applikazzjoni li saret minn kwalunkwe wieħed mill-konjuġi fi tliet snin minn mindu ġiet xolta l-kommunjoni ta’ l-akkwisti, għandha tingħata l-fakoltà li tinstab soluzzjoni meqjusa fejn għandha x’taqsam il-proprjetà mobbli komuni fejn kull konjuġi jkompli juża ċerti oġġetti komuni għalih/a nnifsu/infisha, għal familtu/tha u għan-nies kollha li jgħixu f’daru/ha bħala proprjetarju/a esklużiv/a. Proprjetà oħra mobbli u immobbli titqies bħala li tkun proprjetà ta’ sħubija fejn l-ishma taż-żewġ koproprjetarji jkunu indaqs. L-istess japplika għad-drittijiet l-oħra dwar il-proprjetà komuni tal-konjuġi.

L-Artikolu 150 tal-Kodiċi Ċivili:

FuqFuq

  1. Il-punt ta’ tluq biex tissolva l-kwistjoni jippreżumi li l-ishma taż-żewġ konjuġi huma indaqs.
  2. Is-soluzzjoni tal-kwistjoni tqis, fuq kollox, il-ħtiġijiet tat-tfal minuri, u kif kull wieħed mill-konjuġi appoġġja lill-familja u kkontribwixxa għall-akkwisti u għall-manteniment tal-proprjetà komuni. Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni relattiva għandha tqis ukoll il-punt safejn jieħdu ħsieb it-tfal u kulmin jgħix fid-dar.
  3. Kull konjuġi għandu d-dritt li jitlob kumpens għall-kontribuzzjoni tiegħu/tagħha għall-proprjetà komuni u huwa/hija obbligat/a li jipprovdi/tipprovdi kumpens għall-porzjon tal-proprjetà komuni li ntefqet minħabba l-proprjetà privata tiegħu/tagħha.

c) it-tfal minuri tal-konjuġi? eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet ta’ manteniment?(Ara “Ir-responsabbiltà tal-ġenituri – is-Slovakkja”)

L-Artikolu 26 tal-Kodiċi tal-Familja:

“... il-qorti għandha tispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri fil-konfront tat-tifel/tifla tagħhom fil-perjodu ta’ wara d-divorzju, b’mod partikolari billi tiddetermina liema ġenitur se jkun fdat bit-trobbija tat-tifel/tifla u kif kull ġenitur se jikkontribwixxi għall-manteniment tat-tifel/tifla.”

d) l-obbligu li jitħallas il-manteniment lill-konjuġi l-ieħor/oħra? (ara “It-talbiet għall-Manteniment – is-Slovakkja”)

L-Artikolu 92 tal-Kodiċi tal-Familja:

FuqFuq

 “Konjuġi ddivorzjat li ma jistax jipprovdi għalih/għaliha nnifsu/infisha jista’/tista’ jitlob/titlob lill-ex-konjuġi tiegħu/tagħha kontribuzzjoni għall-manteniment essenzjali tiegħu/tagħha skond il-ħila u l-kapaċità ta’ dan/din ta’ l-aħħar. Jekk ma jirnexxielhomx jiftiehmu, id-deċiżjoni dwar kontribuzzjoni għall-manteniment ta’ din ix-xorta għandha tittieħed mill-qorti fuq applikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minnhom.”

4. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali “separazzjoni legali”?

M’għandu l-ebda tifsira fis-sistema legali Slovakka.

5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal separazzjoni legali?

L-ebda waħda.

6. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ separazzjoni legali?

-

7. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “annullament ta’ żwieġ”?

Il-liġi dwar il-familja tas-Slovakkja tagħmel distinzjoni bejn matrimonium nullum u non matrimonium.

L-Artikolu 17(1) tal-Kodiċi tal-Familja:

“Żwieġ li ġie ddikjarat bħala li huwa invalidu għandu jitqies bħala li qatt ma sar.”

8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal anullament ta’ żwieġ?

L-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Familja:

 “Iż-żwieġ ma jistax isir bejn axxendenti u dixxendenti u bejn l-aħwa; l-istess japplika għal relazzjoni familjari li ġiet stabbilita permezz ta’ adozzjoni sakemm l-adozzjoni tkun fis-seħħ.”

FuqFuq

L-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-Familja:

Żwieġ ma’ minuri li għandu/ha iktar minn sittax-il sena huwa invalidu jekk mhux bil-permess tal-qorti u l-qorti għandha tiddikjara l-invalidità tiegħu ex officio.

“Żwieġ ma jitqies li huwa validu fil-każ ta’ minuri li għandu/ha inqas minn sittax-il sena.”

L-Artikolu 14 tal-Kodiċi tal-Familja:

 “Jekk individwu li m’għandux fakoltajiet mentali biżżejjed jiżżewweġ mingħajr il-permess tal-qorti, il-qorti għandha tiddikjara l-invalidità ta’ żwieġ ta’ din ix-xorta fuq talba ta’ kwalunkwe wieħed mill-konjuġi.”

9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ annullament ta’ żwieġ?

Iż-żwieġ li ġie ddikjarat null jitqies li huwa null mill-bidu, imma fil-perjodu minn meta sar sakemm ġie ddikjarat null jitqies bħala li kien jeżisti. Għaldaqstant, tibqa’ tapplika l-preżunzjoni tal-paternalita mir-« raġel » f’relazzjoni mat-tifel/tifla komuni.

L-Artikolu 17(1) tal-Kodiċi tal-Familja:

“Żwieġ li ġie ddikjarat bħala li huwa invalidu għandu jitqies bħala li qatt ma sar.”

10. Hemm mezzi mhux ġudizzjarji alternattivi sabiex ikunu solvuti kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju mingħajr ma wieħed jitla’ l-qorti? (eż. il-medjazzjoni fil-familji)

Le.

11. Fejn għandi niddepożita l-applikazzjoni tiegħi għal divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi?

L-Artikolu 88(1)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

FuqFuq

L-applikazzjoni għal divorzju u għal annullament ta’ żwieġ għandha tiġi ppreżentata fil-qorti distrettwali fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza konġunta tagħhom fir-Repubblika Slovakka, jekk għall-inqas konjuġi wieħed għandu r-residenza hemm. Meta m’hemmx qorti ta’ din ix-xorta, l-applikazzjoni tista’ issir quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-konvenut, u fin-nuqqas ta’ din ta’ l-aħħar, quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq l-applikant.

L-Artikolu 42 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

“... Fl-applikazzjoni, għandu jiġi ddikjarat liema qorti qed tiġi indirizzata, min huwa l-applikant, ma’ liema kwistjoni għandha x’taqsam u liema kwistjoni qed issegwi, u għandha tkun iffirmata u datata. L-applikazzjoni għandha titressaq bin-numru meħtieġ ta’ kopji oriġinali u ta’ dokumenti mehmuża sabiex kopja oriġinali waħda se tibqa’ fil-qorti u kull parti tingħata kopja oriġinali waħda, jekk ikun meħtieġ.”

L-Artikolu 79 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:

“… L-applikazzjoni għandha tinkludi minbarra d-dettalji ġenerali (l-Artikolu 42 (3)) l-isem, l-impjieg u r-residenza tal-partijiet interessati, jew ta’ l-avukati tagħhom, deskrizzjoni vera tal-fatti kritiċi u l-lista tax-xhieda. Jekk il-parti interessata hija persuna legali, l-applikazzjoni għandha tinkludu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun identifikata, partikolarment isimha u l-isem u l-post tan-negozju.”

12. Nista’ nikseb għajnuna legali sabiex ikunu koperti l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, f’ċirkostanzi speċifikati skond l-Artikolu 144 (it-tieni inċiż) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li għandha x’taqsam ma’ divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ?

Iva.

14. X’għandi nagħmel biex ikolli deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor rikonoxxuta fis-Slovakkja?

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka hija kompetenti biex tirrikonoxxi divorzju/annullament ta’ żwieġ fir-Repubblika Slovakka.

15. Quddiem liema qorti fis-Slovakkja rrid nitla’ biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar divorzju/separazzjoni legali/annullament ta’ żwieġ li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

M’hemm l-ebda possibbiltà ta’ din ix-xorta taħt il-liġi Slovakka applikabbli.

16. Liema hija l-liġi applikabbli fi proċedura ta’ divorzju bejn konjuġi li ma jgħixux fis-Slovakkja jew li għandhom nazzjonalitajiet differenti?

Tapplika l-lex partiae taż-żewġ partijiet, jiġifieri jkollhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-divorzju fiż-żewġ liġijiet.

Aktar tagħrif

Ministerstvo spravodlivosti English - slovencina

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Slovakkja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit