Kummissjoni Ewropea > NGE > Divorzju > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 23-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Divorzju - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex iġġib divorzju? 1.
2. Liema huma l-bażijiet għad-divorzju? 2.
3. X’inhuma l-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward ta’: 3.
a) ir-relazzjonijiet personali ta’ bejn il-miżżewġin? a)
b) il-qsim tal-proprjetà tal-miżżewġin? b)
c) it-tfal minorenni tal-miżżewġin (p.e. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet tal-manteniment? (ara “Parental responsibility -Ireland”) c)
d) l-obbligu li jitħallas manteniment lill-parti l-oħra fiż-żwieġ? (Ara “Maintenance Claims – Ireland”) d)
4. Xi jfisser it-terminu legali “firda personali bil-liġi” fil-prattika? 4.
5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal-firda personali bil-liġi? 5.
6. X’inhuma l-konsegwenzi fil-liġi tal-firda personali bil-liġi? 6.
7. Xi jfisser it terminu “annullament taż-żwieġ” fil-prattika? 7.
8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-annullament taż-żwieġ? 8.
9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ l-annullament taż-żwieġ? 9.
10. Hemm xi mezzi alternattivi mhux bil-qorti biex issolvi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju bla ma tmur il-qorti? 10.
11. Fejn għandi nippreżenta l-applikazzjoni (Petizzjoni) għad-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rrispettati u liema dokumenti għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni? 11.
12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Nista’ nappella minn deiċiżjoni li għandha x’taqsam mad-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ? 13.
14. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni fuq id-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tingħata għarfien fl-Ingilterra u f’Wales? 14.
15. Lejn liema qorti għandi ndur biex nikkontesta l-għarfien ta’ deċiżjoni fuq id-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 15.
16. Liema liġi tad-divorzju tapplika l-qorti f’kawża tad-divorzju bejn miżżewġin li ma jgħixux fl-Ingilterra u f’Wales jew li huma ta’ nazzjonalità differenti? 16.

 

1. X’inhuma l-kondizzjonijiet biex iġġib divorzju?

Xi ħadd mill-miżżewġin kellu domiċilju fl-Irlanda fid-data li nfetħet il-kawża.

JEW

Xi ħadd mill-miżżewġin kellu r-residenza ordinarja fl-Irlanda matul il-perjodu kollu ta’ sena sa dik id-data.

L-Artikolu 39 (1) (a) u (b) tal-Family Law (Divorce) Act, 1996.

2. Liema huma l-bażijiet għad-divorzju?

  1. Fid-data li nfetħet il-kawża li l-miżżewġin għexu għal rashom għal perjodu ta’, jew perjodi li b’kollox jagħmlu, ta’ l-anqas erba’ snin matul il-ħames snin ta’ qabel,

    U

  2. Li ma hemmx prospett tajjeb ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin,

    U

  3. Li hemm jew sejjer isir, fir-rigward tal-miżżewġin u kull membru dipendenti fil-familja, tali provvediment li l-qorti (is-Circuit Court flimkien mal-Qorti Għolja – l-Art. 38 [1]) jidhrilha xieraq

L-Artikolu 5 (1) ta’ l-Att.

3. X’inhuma l-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward ta’:

a) ir-relazzjonijiet personali ta’ bejn il-miżżewġin?

N/a

b) il-qsim tal-proprjetà tal-miżżewġin?

N/a

c) it-tfal minorenni tal-miżżewġin (p.e. ir-responsabbiltà tal-ġenituri u t-talbiet tal-manteniment? (ara “Parental responsibility -Ireland”)

N/a

FuqFuq

d) l-obbligu li jitħallas manteniment lill-parti l-oħra fiż-żwieġ? (Ara “Maintenance Claims – Ireland”)
  1. Iż-żwieġ, is-suġġett tad-digriet, jinħall bid-digriet u parti f’dik iż-żwieġ tista’ tiżżewweġ mill-ġdid – l-Art. 10 (1)
  2. Meta tagħti digriet ta’ divorzju, il-qorti tista’ tagħti ordni ta’ aġġustament tal-proprjetà – l-Art. 14 (1) ta’ l-Att –il-proprjetà jistgħu jinbiegħu, jinqasmu ndaqs jew individwalment jew ikunu ttrasferiti f’isem xi ħadd mill-partijiet waħdu
  3. Meta tagħti digriet ta’ divorzju, il-qorti tista’ tagħti tali direzzjonijiet kif jidhrilha xieraq fir-rigward tal-benesseri, il-kustodja ta’, jew id-dritt ta’ aċċess għal, xi ħadd mill-membri dipendenti f’ dik il-familja li għadu tfal – l-Art. 5 (2) ta’ l-Att. Il-benesseri ta’ l-ulied tiġi fuq kollox
  4. Meta tagħti digriet ta’ divorzju, il-qorti tista’ tagħti ordni ta’ manteniment favur xi ħadd mill-miżżewġin. Din l-ordni għandha tieqaf tapplika malli l-persuna li tkun qiegħda tirċievi l-manteniment terġa’ tiżżewweġ – l-Art. 13 ta’ l-Att.

    Il-Qorti tista’ wkoll tagħmel aġġustament ta’ l-ordni fir-rigward tal-pensjoni favur xi ħadd mill-miżżewġin – l-Art. 17 ta’ l-Att.

4. Xi jfisser it-terminu legali “firda personali bil-liġi” fil-prattika?

F’termini prattiċi, firda personali bil-liġi (bil-qorti) tfisser divorzju bil-konsegwenzi kollha tiegħu ħlief id-dritt li persuna terġa’ tiżżewweġ u jinżammu d-drittijiet li joħorġu mis-Succession Act, 1965.

FuqFuq

5. X’inhuma l-kondizzjonijiet għal-firda personali bil-liġi?

Waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

  1. adulterju
  2. imġieba mhux iġġustifikata u sevizzi
  3. abbandun għal aktar minn sena
  4. għajxien tal-partijiet għal rashom għal aktar minn sena u ż-żewġ partijiet jaqblu ma’ l-applikazzjoni
  5. għajxien tal-partijiet għal rashom għal 3 snin
  6. nuqqas ta’ relazzjoni normali ta’ miżżewġin għal sena – l-Art. 2 tal-Judicial. Separation and Family Law Reform Act, 1989

6. X’inhuma l-konsegwenzi fil-liġi tal-firda personali bil-liġi?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4 aktar ’il fuq. Firda personali bil-qorti ma tistax tinbidel f’divorzju u ma hija prekondizzjoni għad-divorzju. Madankollu, l-eżistenza minn qabel ta’ digriet ta’ firda personali bil-qorti tista’ f’xi każijiet tissodisfa xi wħud mill-provi meħtieġa fir-rigward ta’ Applikazzjoni għad-divorzju.

7. Xi jfisser it terminu “annullament taż-żwieġ” fil-prattika?

Dan ifisser li kull parti fi żwieġ annullat tkun bħalkieku qatt ma żżewġu lil xulxin.

8. X’inhuma l-kondizzjonijiet għall-annullament taż-żwieġ?

Tinħtieġ waħda minn dawn:

  • Xi ħadd mill-miżżewġin kellu domiċilju fl-Irlanda fid-data li nfetħet il-kawża
  • Xi ħadd mill-miżżewġin kellu r-residenza ordinarja fl-Irlanda għal sena f’dik id-data
  • Xi ħadd mill-miżżewġin miet qabel dik id-data

u

FuqFuq

  • kellu domiċilju fl-Irlanda fiż-żmien li miet jew
  • kellu r-residenza ordinarja fl-Irlanda għal sena f’dik id-data.

9. X’inhuma l-konsegwenzi legali ta’ l-annullament taż-żwieġ?

Iż-żwieġ jitqies li qatt ma eżista. Kull parti hija ħielsa li terġa’ tiżżewweġ.

10. Hemm xi mezzi alternattivi mhux bil-qorti biex issolvi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-divorzju bla ma tmur il-qorti?

Kwistjonijiet finanzjarji u ta’ proprjetà u kwistjonijiet fir-rigward ta’ ulied dipendenti jistgħu jintlaħaq kompromess dwarhom permezz tal-medjazzjoni mingħajr ma tmur il-qorti, imma l-qorti biss tista’ tiddikja firda personali bil-qorti jew tagħti Digriet ta’ Divorzju.

11. Fejn għandi nippreżenta l-applikazzjoni (Petizzjoni) għad-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ? Liema formalitajiet iridu jkunu rrispettati u liema dokumenti għandi nippreżenta ma’ l-applikazzjoni?

Is-Circuit Court, fl-istess waqt mal-Qorti Għolja, għandha kompetenza biex tiddetermina applikazzjoni għad-divorzju/firda personali bil-qorti/annullament.

Applikazzjoni għad-divorzju/firda personali bil-qorti fis-Circuit Court tinbeda permezz ta’ Civil Bill fl-uffiċċju tas-Circuit Court rilevanti u l-proċedura hija rregolata bl-Ordni 59 Regola 4 tar-Regoli tas-Circuit Court 2001.

Applikazzjoni għad-divorzju/firda personali bil-qorti fil-Qorti Għolja tinbeda permezz ta’ Special Summons li tinħareġ mill-Uffiċċju Ċentrali. Il-proċedura hija rregolata bl-Ordni 70A tar-Regoli tal-Qrati Superjuri (S.1 Nru 343 ta’ l-1997). Applikazzjoni għall-annullament fil-Qorti Għolja tinbeda billi tkun ippreżentata Petizzjoni fl-Uffiċċju Ċentrali. Il-proċedura hija rregolata bl-Ordni 70 tar-Regoli tal-Qrati Superjuri.

FuqFuq

12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva – permezz tal-Bord ta’ l-Għajnuna Legali, wara li jsir eżami tal-mezzi.

13. Nista’ nappella minn deiċiżjoni li għandha x’taqsam mad-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ?

Id-deċiżjoni tal-Qorti Għolja wara appell minn deċiżjoni tas-Circuit Court f’kawża tad-divorzju/firda personali bil-qorti/annullament hija finali u konklużiva u ma jistax isir appell minnha – l-Art. 39 tal-Courts of Justice Act, 1936.

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti Għolja, f’kawża tad-divorzju/firda personali bil-qorti/annullament li tinbeda fil-Qorti Għolja, isir fil-Qorti Suprema.

14. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni fuq id-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tingħata għarfien fl-Ingilterra u f’Wales?

X’għandi nagħmel biex deċiżjoni fuq id-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tingħata għarfien fl-Ingilterra u f’Wales?

15. Lejn liema qorti għandi ndur biex nikkontesta l-għarfien ta’ deċiżjoni fuq id-divorzju/firda personali bil-liġi/annullament taż-żwieġ maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Il-Qrati Irlandiżi, minħabba l-istatus kostituzzjonali tad-Divorzju, jiddeterminaw jekk divorzju ddikjarat barra jistax jingħata għarfien jew le fl-Irlanda – i.e. Il-Qorti Għolja jew is-Circuit Court.

16. Liema liġi tad-divorzju tapplika l-qorti f’kawża tad-divorzju bejn miżżewġin li ma jgħixux fl-Ingilterra u f’Wales jew li huma ta’ nazzjonalità differenti?

Il-kondizzjonijiet biex iġġib divorzju fl-Irlanda huma dawk stipulati fil-paragrafu 1 supra. Il-persuna miżżewġa li ma tkunx tgħix fl-Irlanda jew li ma tkunx Irlandiża tista’ tapplika għad-Divorzju fl-Irlanda jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fid-dettal fl-Art. 39 (1) (a) u (b) tal-Family Law (Divorce) Act, 1996. Il-kompetenza tal-qrati Irlandiżi fir-rigward tad-divorzju hija msejsa fuq ir-residenza u mhux in-nazzjonalità.

Aktar tagħrif

  • Courts Service Ireland English
  • Oasis : Information on Public Services English

« Divorzju - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit